Spejjeż

Ungerija

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – kuntratti, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija wasslet prodotti li jiswew 20,000 euros. Il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru B twassal prodotti li jiswew 20,000 euro lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt jaqa’ taħt il-liġi ta’ Stat Membru B u miktub bil-lingwa ta' Stat Membru B. Dan il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej, li jinsab fi Stat Membru A, iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz kif stipulat fil-kuntratt max-xerrej.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Spejjeż fl-Ungerija

L-ispejjeż ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

Studju ta’ każ

Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR)

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Drittijiet

Każ A

Iva

Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur.

Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jistgħu jitolbu lill-qorti għall-medjazzjoni, li hija mingħajr ħlas.

Każ B

Iva

Kif miftiehma bejn il-partijiet u l-medjatur.

Kull min huwa involut fi proċedimenti ġodda jew li għadhom għaddejjin jistgħu jitolbu lill-qorti għall-medjazzjoni, li hija mingħajr ħlas.

It-tariffi tal-avukat, il-bailiff u l-espert

Studju ta’ każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentanza ġuridika hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentanza ġuridika hija mandatorja?

Bilfors trid tintuża?

Drittijiet

Każ A

Le

Kif miftiehma bejn il-klijent u l-avukat.

Le

Le Il-qorti għandha taħtar espert fuq talba tal-parti li tkun qiegħda tagħti x-xhieda, ħlief jekk tordna t-teħid tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista' tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati.

Ġeneralment l-espert jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ.

Każ B

Iva. Il-qrati għandhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar talbiet relatati ma' ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport u l-bgħit tal-merkanzija (Artikolu 23(1)(d) tal-Att III tal-1952 dwar il-proċedura ċivili), u r-rappreżentazzjoni ġuridika hija mandatorja f'kull stadju tal-kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-prim'istanza tal-qrati ġenerali, kif ukoll waqt l-appell, ħlief jekk il-kawża taqa' taħt klawżola ta' esklużjoni (Artikolu 73/A(1)(b) tal-Att III tal-1952).

Kif miftiehma bejn il-klijent u l-avukat.

Le

Le Il-qorti għandha taħtar espert fuq talba tal-parti li tkun qiegħda tagħti x-xhieda, ħlief jekk tordna t-teħid tax-xhieda ex officio. Kull waħda mill-partijiet tista' tissottometti wkoll l-opinjonijiet ta' esperti privati.

L-espert jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. Jekk il-qorti tordna t-teħid tax-xhieda ex officio, it-tariffa tiġi stabbilita skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ.

Il-kumpens tax-xhieda

Studju ta’ każ

Il-kumpens tax-xhieda

Ix-xhieda għandhom dritt għal kumpens?

Drittijiet

Każ A

Iva

Il-kumpens tax-xhieda huwa regolat bil-liġi. Ix-xhieda għandhom dritt għal rifużjoni tal-ispejjeż tat-trasport, l-akkomodazzjoni u l-bżonnijiet tagħhom, kif ukoll kumpens għall-perjodu li fih ma marrux għax-xogħol.

Spejjeż għall-għajnuna legali

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Meta u taħt liema kondizzjonijiet tgħodd?

Każ A

L-operaturi ekonomiċi mhumiex intitolati għall-għajnuna legali.

Każ B

L-operaturi ekonomiċi mhumiex intitolati għall-għajnuna legali.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kondizzjonijiet tgħodd?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kondizzjonijiet tgħodd?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Jekk il-parti ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

It-traduttur jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont in-numru ta' ittri (madwar HUF 5 kull ittra), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet li għandhom dritt jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħhom matul il-proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem f'isimhom mill-Istat. Dawn l-ispejjeż jiġu mbagħad regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż ġudizzjarji.

Jekk il-parti ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

L-interpretu jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 - 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew irid iħallas bil-quddiem it-tariffi tal-interpretu meta l-interpretazzjoni hija meħtieġa bil-liġi.

Każ B

Jekk il-parti ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

It-traduttur jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. It-tariffa tiġi kkalkulata skont in-numru ta' ittri (madwar HUF 5 kull ittra), l-iskadenza u l-lingwa tas-sors. L-ispejjeż tat-traduzzjoni marbuta max-xhieda prodotta u s-sottomissjonijiet tal-partijiet li għandhom dritt jużaw il-lingwa nazzjonali, reġjonali jew minuri tagħhom matul il-proċedimenti ċivili jitħallsu bil-quddiem f'isimhom mill-Istat. Dawn l-ispejjeż jiġu mbagħad regolati mid-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tal-ispejjeż ġudizzjarji.

Jekk il-parti ma titkellimx jew ma tifhimx bl-Ungeriż.

It-traduttur jistabbilixxi t-tariffi tiegħu/tagħha. It-tariffa fis-siegħa tiddependi mil-lingwa użata. Madwar HUF 10 000 - 12 000 fis-siegħa. L-Istat huwa responsabbli għal jew irid iħallas bil-quddiem it-tariffi tal-interpretu meta l-interpretazzjoni tkun meħtieġa bil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 15/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.