Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Spejjeż

Franza

F’din it‑taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn l‑ispejjeż tal‑proċeduri applikabbli għal Franza. Għal analiżi aktar fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn l-istudji ta' każijiet: Liġi tal-Familja – Divorzju Liġi tal-Familja – Kura tat‑tfal Liġi tal-Familja – Manteniment Liġi Kummerċjali – Kuntratt Liġi Kummerċjali – Responsabbiltà

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

Dispożizzjonijiet relatati mal‑ħlasijiet lill‑professjonijiet legali

Ir‑rati huma magħmula minn ħlasijiet fissi u ħlasijiet varjabbli (ħafna drabi bħala perċentwal tal‑valur tad-disputa). Trid issir distinzjoni bejn:

  • uffiċjali tal‑qorti: (avukati u rappreżentanti legali), li l‑ħlas tagħhom huwa parzjalment fiss biss; fil‑parti l‑kbira, il‑ħlasijiet huma mifthiema b’mod liberu mal‑klijent.
  • uffiċjali tal‑qorti jew pubbliċi, li l‑ħlas tagħhom huwa ffissat mill‑qafas regolatorju tal‑Gvern Franċiż.

Avukati tal‑Qorti

Id-Digriet Nru. 80-608 tat‑30 ta’ Lulju 1980 jistabbilixxi r‑rati għall‑avukati tal‑qorti fil‑Qorti tal‑Appell. Uffiċjali tal‑Qorti / Avukati.

Regolamenti jistabbilixxu r‑rati għall‑avukati li jirrappreżentaw il‑partijiet fil‑Prim’Istanza. (Digriet Nru. 72-784 tal‑25 ta’ Awwissu 1972 u Nru. 75-785 tal‑21 ta’ Awwissu 1975).

Qaddejja tal‑proċess maħturin mill‑qorti

Ir‑rati għall‑qaddejja tal‑proċess maħturin mill‑qorti biex jipprovdu formoli tat‑talbiet, avviżi ta’ applikazzjoni u ordnijiet tal‑qorti huma indirizzati fid-Digriet Nru. 96-1080 tat‑12 ta’ Diċembru 1996.


Spejjeż Legali Fissi

Spejjeż Legali fi Proċeduri Ċivili

Spejjeż legali fissi għal‑litiganti fi proċeduri ċivili

Fi kwistjonijiet ċivili, hemm ħlasijiet li huma legalment indispensabbli għal teħid ta’ azzjoni, u l‑ammont tagħhom ġie stabbilit jew b’leġiżlazzjoni jew b’ordni tal‑qorti. Dawn il‑ħlasijiet huma magħrufin bħala spejjeż.

Huma jinkludu:

  1. Ħlasijiet, charges, taxi jew levies imħallsa lill‑uffiċċji tal‑qorti jew lill‑awtoritajiet tat‑taxxa (dawn il‑ħlasijiet jew levies huma rari minħabba li l‑Liġi Nru. 77-1468 tat‑30 ta’ Diċembru 1977 stabbilixxiet il‑prinċipju ta’ servizz pubbliku b’xejn fir‑rigward tal‑qrati ċivili u amministrattivi);
  2. L‑ispejjeż għat‑traduzzjoni tad‑dokumenti, fejn dan huwa meħtieġ bi statut jew bi ftehim internazzjonali;
  3. Spejjeż tax‑xhud;
  4. Remunerazzjoni lill‑ispeċjalisti tekniċi;
  5. Infiq fiss (ħlasijiet għall‑qaddejja tal‑proċess, avukati tal‑qorti, avukati);
  6. Emolumenti għal uffiċjali tal‑qorti jew pubbliċi;
  7. Remunerazzjoni lill‑avukati sakemm dan ikun regolat, inkluż drittijiet għall-akkużi u għall‑avukati;
  8. Spejjeż involuti biex jintbagħat dokument barra mill‑pajjiż;
  9. Spejjeż għal interpretazzjoni u traduzzjoni magħmula neċessarji minn talbiet evidenzjali li jsiru barra mill‑pajjiż fuq talba tal‑qrati skont ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat‑28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali;
  10. Rapporti ta’ sigurtà soċjali ordnati fuq kwistjonijiet ta’ familja u proċeduri ta’ wardship għall‑adulti u l‑minuri;
  11. Remunerazzjoni tal‑persuna maħtura mill‑qrati biex tirrappreżenta d‑drittijiet tat‑tifel/tifla.

L‑istadju meta l‑ispejjeż fissi jridu jitħallsu fi proċeduri ċivili

Spejjeż ta’ proċeduri ċivili jinkludu s‑somom kollha mħallsa jew li għad iridu jingħataw mill‑partijiet qabel jew matul azzjoni.

Dawn huma per eżempju, qabel il‑ftuħ ta’ proċess, l‑ispejjeż ta’ konsultazzjonijiet ma’ konsulenti legali, speċjalisti tekniċi u spejjeż tal‑ivvjaġġar.

Matul l‑azzjoni, dawn l‑ispejjeż jistgħu jikkonċernaw l‑ispejjeż tal‑proċeduri mħallsa lill‑uffiċjali tal‑qorti, ħlasijiet imħallsa lill‑Istat u ħlasijiet ta’ konsulenza.

Wara l‑proċeduri, huma jistgħu jikkonċernaw l‑ispejjeż tal-infurzar tas‑sentenza.

Spejjeż legali fi kwistjonijiet kostituzzjonali

Spejjeż legali fissi għal litiganti fi proċeduri kostituzzjonali

Minħabba li m’hemmx dispożizzjonijiet għal individwi biex iressqu azzjoni quddiem il‑Kunsill Kostituzzjonali taħt regoli ta’ proċedura Franċiżi attwali, m’hemmx il-bżonn li din il‑mistoqsija tiġi mwieġba.

X’informazzjoni preliminari għandi nistenna mir‑rappreżentant legali tiegħi (l‑avukat tiegħi)?

Informazzjoni marbuta mad‑drittijiet u l‑obbligi tal‑partijiet

Hija kwistjoni ta’ imġiba professjonali għal uffiċjali tal‑qorti li jipprovdu lill‑klijenti tagħhom, b’informazzjoni marbuta mad‑drittijiet u l‑obbligi tal‑partijiet.

Sorsi ta’ informazzjoni relatati ma’ spejjeż legali

Fejn nista’ nsib informazzjoni fuq spejjeż legali fi Franza?

Fuq is‑siti elettroniċi tal‑Ministeru tal-Ġustizzja u professjonijiet varji.

F’liema lingwi nista’ nsib informazzjoni dwar spejjeż legali fi Franza?

Din l‑informazzjoni hija disponibbli bil‑Franċiż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni oħra dwar dawn l‑ispejjeż?

M’hemm l‑ebda sit elettroniku li jippubblika l‑ispejjeż tal‑proċeduri.

Taxxa fuq il‑Valur Miżjud (VAT)

Fejn nista’ nsib informazzjoni fuq din? X’inhuma r‑rati applikabbli?

Ir‑rati huma mogħtija b’taxxi esklużi. Ir‑rata applikabbli tal‑VAT għadha 19.6% bl‑eċċezzjoni ta’ servizzi mogħtija lil riċevituri ta’ għajnuna legali (5.5%).

Għajnuna Legali

X’inhuma l‑limiti tad‑dħul biex tirċievi għajnuna legali?

L‑għajnuna legali ma tagħmel l‑ebda distinzjoni bejn kwistjonijiet ċivili jew kriminali, jew in‑natura tad-disputa. Hija tiffoka biss fuq ir‑riżorsi tal‑applikant meta tiġi biex tagħti jew tirrifjuta l‑benefiċċju.

Għalhekk, kull persuna b’nazzjonalità Franċiża u kull nazzjonal minn Stat Membru tal‑Unjoni Ewropea, kif ukoll entitajiet legali li ma jagħmlux profitt li jixtiequ jasserixxu d‑drittijiet legali tagħhom iżda li m’għandhomx riżorsi biżżejjed jistgħu jitolbu għajnuna legali.

L‑istess, nazzjonali barranin, li huma abitwalment u legalment residenti fi Franza, huma intitolati li jibbenefikaw minn għajnuna legali fi kwistjonijiet ċivili. Din il‑kundizzjoni ta’ residenza legali mhijiex mitluba fi kwistjonijiet kriminali. Barra minn hekk, il‑benefiċċju ma jiġix imċaħħad lill‑minuri, irrespettivament mit‑tip ta’ proċeduri involuti (ċivili, amministrattivi jew kriminali).

Ir‑riżorsi meqjusin huma r‑riżorsi medji tal‑aħħar sena kalendarja tal‑applikant għal għajnuna legali, kif ukoll ir‑riżorsi tal‑persuni li joqogħdu abitwalment fid‑dar tal‑applikant, fejn applikabbli. Fil‑każ tal‑aħħar, il‑limiti aċċettabbli għall‑benefiċċju huma miżjudin b’aġġustamenti għad‑dipendenti.

Madankollu, riċevituri ta’ ċerti tipi ta’ dħul ta’ appoġġ (benefiċċju supplimentari mill‑Fond tas‑Solidarjetà Nazzjonali jew id‑dħul bażiku garantit) huma eżenti milli jagħtu prova li r‑riżorsi tagħhom huma insuffiċjenti.

Barra minn hekk, benefiċċji differenti ta’ ħarsien soċjali ma jitqiesux meta jiġu kkalkulati r‑riżorsi (benefiċċji tal‑familja, ħlasijiet tas‑sigurtà soċjali, benefiċċju tad‑djar).

L‑għajnuna legali tista’ tkun sħiħa jew parzjali jiddependi mir‑riżorsi tal‑applikant. Il‑limiti tad‑dħul għall-għoti tal‑għajnuna legali huma aġġornati kull sena mill‑att finanzjarju. Għall‑2009, id‑dħul medju fix‑xahar riċevut fl‑2008 għal persuna waħidha għandu jkun:

  • ugwali għal jew inqas minn 911 EWRO għal għajnuna legali sħiħa;
  • u bejn 912 u 1,367 EWRO għal għajnuna legali parzjali.

Dawn il‑limiti jiżdiedu b’164 EWRO għal kull wieħed mill‑ewwel 2 dipendenti li joqogħdu mal‑applikant (tfal, sieħeb/sieħba, koabitant, sieħeb ċivil, axxendent, eċċ.) u 104 EWRO għat‑tielet dipendenti u s‑sussegwenti.

Hemm xi kundizzjonijiet oħrajn biex tirċievi għajnuna legali bħala vittma?

Bħala regola ġenerali, l‑istejtus (eż. vittma jew akkużat) tal‑parti għall-proċedura ma jitqiesx. M’hemmx differenza fil‑mod kif il‑vittmi, l‑akkużati, ir-rikorrent jew l‑akkużat fi proċeduri kriminali jew ċivili jiġu ttrattati meta jkun se jiġi deċiż jekk tingħatax għajnuna legali jew le.

Madankollu, il‑qafas tas‑sistema tal‑ġustizzja u l‑liġi tal‑ippjanar tad‑9 ta’ Settembru 2002 tejbet il‑kundizzjonijiet għall‑aċċess għall‑ġustizzja għall‑vittmi tal‑iktar kriminalità serja, jiġifieri attakki intenzjonati kontra l‑ħajja u l‑integrità personali (kriminalità definita u kkastigata bl-Artikoli 221-1 sa 221-5, 222-1 sa 222-6, 222-8, 222-10, 222-14 (1° u 2°), 222‑23 sa 222-26, 421-1 (1°) u 421-3 (1° sa 4°) tal‑Kodiċi Kriminali), u d‑dipendenti tagħhom sabiex huma jkunu jistgħu jibdew azzjoni ċivili għad‑danni li sofrew wara attakk kontra l‑persuna. Biex jibbenefikaw minn għajnuna legali, il‑vittmi u d‑dipendenti tagħhom huma eżentati milli jkollhom għalfejn jagħtu prova tar‑riżorsi tagħhom. Din id‑dispożizzjoni tapplika speċifikament għall‑vittmi ta’ stupru jew abbuż fiżiku ta’ minuri taħt il‑15‑il sena jew persuni li huma partikolarment vulnerabbli, u li jwassal għall‑mewt jew diżabilità permanenti.

Barra minn hekk, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, il‑kundizzjoni tal‑mezzi tista’ tiġi rinunzjata, mingħajr ma jitqies l‑istejtus fil‑proċeduri tal‑applikant tal‑għajnuna legali (rikorrent/l‑akkużat, vittma/akkużat) fejn iċ‑ċirkustanzi tagħhom huma ta’ interess partikolari b’rabta mal‑oġġett tal‑litigazzjoni jew l‑ispejjeż imbassra tal‑proċeduri.

B’mod partikolari, din id‑dispożizzjoni tapplika għall‑vittma ta’ offiża kriminali bħala riżultat taċ‑ċirkustanzi li fihom saret dik l‑offiża.

Hemm kundizzjonijiet oħra biex tikseb għajnuna legali bħala akkużat?

Bħala regola ġenerali, m’hemm l‑ebda kundizzjoni partikolari li tirregola l‑għoti tal‑għajnuna legali lill‑akkużati fl‑azzjoni ewlenija. Madankollu, meta dawk l‑akkużati jfittxu xi forma ta’ riparazzjoni (appell, applikazzjoni biex iwarrbu sentenza, jew appell biex deċiżjoni titwarrab fuq punt ta’ liġi (kassazzjoni)), is‑sitwazzjoni ta’ min iwieġeb għall‑appell/applikazzjoni titjieb jekk diġà kellhom il‑benefiċċju tal‑għajnuna legali. Saħansitra, dawn l‑individwi awtomatikament iżommu l‑benefiċċju tal‑għajnuna legali biex jiddefendu ruħhom.

Madankollu, huwa importanti li wieħed jiftakar ir‑regola ġenerali li tapplika kemm għal min jagħmel it‑talba kif ukoll għall‑akkużat fl‑azzjoni ewlenija, dik li l‑għajnuna legali ma tingħatax jekk l‑ispejjeż koperti minn dan il‑benefiċċju huma mniżżla taħt polza tal‑assigurazzjoni għall‑ispejjeż legali jew sistema ekwivalenti ta’ protezzjoni.

Hemm xi proċeduri li huma eżenti minn akkużi legali?

Quddiem il‑qorti għal talbiet u offiżi żgħar u l‑qorti distrettwali, il‑partijiet mhumiex marbuta li jqabbdu avukat. Jekk il‑valur tal‑azzjoni huwa inqas minn 4,000 EWRO, il‑kwistjonijiet jistgħu jitressqu quddiem dawn il‑qrati bl‑użu ta’ proċedura simplifikata li tiddisponi mir‑rekwiżit tal‑partijiet li jużaw process server maħtur mill‑qorti.

Applikazzjonijiet għal reviżjoni tal‑miżuri relatati mal‑eżerċizzju ta’ responsabilità tal‑ġenituri, inkluż applikazzjonjiet b’rabta ma’ adozzjoni, fejn it‑tifel/tifla ġie/t adottat/a qabel l‑età ta’ 15‑il sena, jew miżuri li jittieħdu wara divorzju, jew applikazzjonijiet għal ħlasijiet ta’ manteniment jistgħu jsiru mingħajr avukat permezz ta’ applikazzjoni sempliċi.

Bħal fil‑proċeduri kollha quddiem il‑qorti ċivili, dawn il‑qrati ma jitolbux ħlasijiet biex jibdew proċeduri jew biex jingħataw sentenzi.

Il-parti telliefa meta għandha tħallas l‑ispejjeż tal‑parti rebbieħa?

Fi kwistjonijiet ċivili, kwalunkwe sentenza jew deċiżjoni li ġġib fi tmiem azzjoni għandha tieħu deċiżjoni fuq l‑ispejjeż li jkunu saru fil‑proċeduri.

Bħala regola ġenerali, spejjeż (ħlasijiet fissi – ara hawn fuq) għandhom jitħallsu mill‑parti telliefa. Madankollu, il‑qorti tista’ f’sentenza raġunata tordna lill‑parti l‑oħra sabiex tħallas xi ftit minn jew l‑ispejjeż kollha.

Parti waħda tista’ titlob ukoll li l‑opponent iħallas id-drittijiet kollha mħallsa jew parti minnhom u li mhumiex inklużi fl‑ispejjeż. Dawn jikkonċernaw, pereżempju, il‑ħlasijiet tal‑avukat, il‑ħlasijiet għar‑rapport tal‑process server u spejjeż tal‑ivvjaġġar. Jekk dan iseħħ, il‑qorti tista’ tordna lill‑parti mitluba li tħallas l‑ispejjeż, jew b’default lill‑parti telliefa, biex tħallas lill‑parti l‑oħra ammont stabbilit mill‑qorti biex tkopri l‑infiq li jkun sar u li ma kienx inkluż fl‑ispejjeż. Il‑qorti tqis il‑prinċipji tal‑ġustizzja u ċ‑ċirkustanzi finanzjarji tal‑parti li tkun ordnata tħallas. Il‑qorti tista’, fuq mozzjoni tagħha stess, tgħid li m’hemmx bażi biex tagħmel ordni bħal din għal raġunijiet ibbażati fuq l‑istess kunsiderazzjonijiet.

Drittijiet tal‑esperti

Fi kwistjonijiet ċivili, il‑ħlas mill‑esperti maħtura mill‑qorti huwa stabbilit b’ordni tal‑qorti.

Jekk il‑qorti tqabbad espert, hija tistabbilixxi retainer minn fejn ikun imnaqqas il‑ħlas. Ir‑retainer ikun qrib kemm jista’ jkun tal‑ħlas finali mistenni. Il‑qorti tinnomina l‑parti jew il‑partijiet li għandha/għandhom jippreżentaw ir‑retainer lill‑uffiċċju tal‑qorti.

Meta jiġi ppreżentat ir‑rapport tal‑espert, il‑qorti tistabbilixxi r-remunerazzjoni, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-inkjesti li jkunu saru, ir-rispett għal‑limitazzjonijiet taż‑żmien u l‑kwalità tax‑xogħol li jkun sar. Il‑qorti tawtorizza lill‑espert biex irodd lura l‑ammonti x-xierqa mpoġġija fl‑uffiċċju tal‑qorti, jew kif meħtieġ, ħlas tal‑ammonti addizzjonali lill‑espert, u jindika l‑parti jew partijiet li għandhom ikunu responsabbli għal dan.

Is‑sentenza jew id‑deċiżjoni li ġġib l‑azzjoni fi tmiemha tagħti deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għar-remunerazzjoni tal‑espert. Bħala regola ġenerali, din ir-responsabbiltà hija tal‑parti telliefa, sakemm il‑qorti, permezz ta’ sentenza raġunata, tagħmel il‑parti l‑oħra responsabbli għal parti minn jew għad-dritt kollu.

Min-naħa l‑oħra, id-drittijiet tal‑esperti mhux maħtura mill‑qorti huma mifthiema b’mod liberu bejn l‑espert u l‑klijent, u għalhekk mhumiex inklużi fl‑ispejjeż. Parti tista’ tapplika quddiem il‑qorti għal ordni lill‑parti t‑telliefa jew inkella lill‑parti ordnata li tħallas l‑ispejjeż, biex tħallas somma li tkopri l‑ħlasijiet li jkunu saru. Il-Qorti tieħu deċiżjoni wara li tkun qieset il-prinċipji ta’ ġustizzja u ċ-ċirkustanzi finanzjarji tal-parti ordnata tħallas.

Ħlasijiet lit‑tradutturi u lill‑interpreti

Dawn il‑ħlasijiet huma r‑responsabilità tal‑parti telliefa, sakemm il‑qorti, permezz ta’ sentenza raġunata, tagħmel lill‑parti l‑oħra obbligata għal parti minn jew għall‑ħlas kollu.

Dokumenti relatati

Studju dwar ir-rapport ta’ Franza dwar it-trasparenza tal-ispejjeż PDF (1312 Kb) en

L-aħħar aġġornament: 08/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.