Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż legali fil-Belġju. Għal analiżi aktar fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn l-istudji ta' każijiet: Liġi tal-Familja - Divorzju Liġi tal-Familja – Ħarsien tat-tfal Liġi tal-Familja - Manteniment Liġi kummerċjali – Kuntratti Liġi kummerċjali – Responsabbiltà
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-qasam ċivili
Id-drittijiet tal-huissiers de justice fil-proċeduri ċivili u kummerċjali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-30 ta’ Novembru 1976. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tal-31 ta’ Diċembru 2008.
Id-dokumenti u t-tariffi jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Ġustizzja tal-Belġju (sezzjoni “Tariffi u rati ta’ interess” imbagħad “Il-Każijiet kollha”) jew fuq is-sit tal-Portal tal-Ġudikatura tal-Belġju (sezzjoni “Leġiżlazzjoni”).
Fil-qasam kriminali
Id-drittijiet tal-marixxalli tal-ġustizzja fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950 u minn ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.
Id-dokumenti u t-tariffi jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit tal-Kamra Nazzjonali tal-Marixxalli tal-Ġustizzja tal-Belġju (sezzjoni “Tariffi u rati ta’ interessi” imbagħad “Il-Kawżi kriminali”) jew fuq is-sit tal-Portal tal-Ġudikatura tal-Belġju (sezzjoni “Leġiżlazzjoni”).
Id-drittijiet tal-avukati m’humiex irregolati. L-avukat jistabbilixxi d-drittijiet b’mod liberu u jistgħu jiġu nnegozjati bejn il-klijent u l-avukat, iżda xorta waħda għandu jistabbilixxihom f’limiti moderati. L-Organizzazzjoni tal-avukati tista’ tikkontrolla li l-avukat ma jaqbiżx dawn il-limiti.
Hemm diversi modi kif dawn jiġu kkalkulati: ħlas bis-siegħa, ħlas skont il-prestazzjoni, ħlas skont il-valur tal-kawża (persentaġġ tal-valur tal-kawża)… Ftehim fuq id-drittijiet marbut esklussivament mar-riżultat tal-kawża mhuwiex permess mill-Artikolu 446b tal-Kodiċi legali tal-Belġju. L-avukat għandu jinforma lill-klijent minn qabel dwar il-metodu ta’ kalkolu tad-drittijiet tiegħu. Id-drittijiet tal-avukati m’humiex soġġetti għall-VAT fil-Belġju.
Spejjeż fissi għal-litiganti fil-proċedimenti ċivili
L-ispejjeż tat-tribunali fil-Belġju huma fissi. L-ammonti jvarjaw skont il-qorti li quddiemha jitressaq il-proċediment u skont il-fażi tal-proċediment (prim’istanza jew appell).
L-ispejjeż ta’ proċedimenti ġudizzjarji jissejjħu “spejjeż legali”, u huma soġġetti għall-Artikolu 1017 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju.. L-Artikolu 1018 jagħti dettalji dwar l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-ispejjeż legali. L-ispejjeż legali jinkludu:
L-Artikolu 1019 jispeċifika li l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni kklassifikati bħala spejjeż legali jinkludu:
F’ċerti każijiet, meta r-rikorrent jew l-intervenjenti fil-proċedura ma jkunx Belġjan u l-konvenut ikun Belġjan, dan tal-aħħar jista’ jitlob, ħlief jekk teżisti konvenzjoni internazzjonali li tipprevedi eżenzjoni u ħlief f’każijiet partikolari, li l-applikant jew l-intervenjenti jipprovdi garanzija sabiex jiggarantixxi l-ħlas tad-danni u l-interessi li jirriżultaw mill-proċess. Dan huwa previst fl-Artikolu 851 tal-Code judiciaire (Kodiċi ġudizzjarju).
Wieħed għandu jikkunsidra wkoll l-ispejjeż tal-marixxall, tal-avukati (ara hawn fuq), tat-tradutturi u tal-interpreti (ara hawn taħt), jekk ikunu meħtieġa.
Il-mument fi proċedimenti ċivili fejn parti għandha tħallas spejjeż fissi
Ċerti spejjeż ikollhom jitħallsu qabel ma tibda l-azzjoni. Dan huwa l-każ tal-ħlas tar-reġistru li għandu jsir mal-iskedar.
L-ispejjeż li jinqalgħu matul il-proċedimenti ġeneralment jinġabru waqt il-proċedimenti.
Fil-każ ta’ ċerti spejjeż, ikun meħtieġ li jingħata depożitu. Għaldaqstant, l-esperti jitħallsu permezz ta’ depożitu stabbilit mill-parti li tkun talbet il-miżura istruttorja. Bl-istess mod, l-Artikolu 953 jipprevedi li l-parti li titlob is-smigħ ta’ xhud għandha tħalli depożitu mal-iskrivan, qabel dan is-smigħ, li jirrappreżenta l-ammont tat-taxxa u r-rimborż tal-ispejjeż (vjaġġar,...).
Jista’ jiġri li l-ħlasijiet tal-qorti jitħallsu mill-avukat, u li dawn imbagħad jiġu inklużi mat-tariffi u d-drittijiet tiegħu.
Ħlasijiet fissi dovuti mill-partijiet kollha fi proċedimenti kriminali
Il-kwistjoni tal-ħlasijiet fissi fil-proċedimenti kriminali hija rregolata fl-Artikoli 91 et sequitur tad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950.
Il-mument fi proċedimenti kriminali fejn parti għandha tħallas spejjeż fissi
Il-kwistjoni tal-ħlasijiet fissi fil-proċedimenti kriminali hija rregolata fl-Artikoli 91 et sequitur tad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950.
Ħlasijiet fissi għall-individwi fi proċedimenti kostituzzjonali
L-uniċi ħlasijiet li għandhom isiru mill-partijiet fi proċediment kostituzzjonali huma l-ispejjeż tal-posta rreġistrata.
Ir-regoli tal-etika jimponu fuq l-avukati d-dmir ta’ informazzjoni u parir fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Dan jimplika li l-avukat għandu jagħti lill-klijent tiegħu tagħrif rigward id-drittijiet u l-obbligi tiegħu.
L-avukat għandu, inter alia, jinforma lill-klijenti tiegħu rigward il-metodu ta’ kalkolu tad-drittijiet tiegħu.
Wieħed jista’ jsib informazzjoni rigward dan is-suġġett fuq is-sit ta’ SPF Justice, fuq is-sit tal-Commission de Modernisation de l’Ordre Judiciaire (Kummissjoni għall-Immodernizzar tas-Sistema Ġudizzjarja) (sezzjoni “Info juridique”) jew fuq is-siti elettroniċi tad-diversi professjonijiet legali.
Informazzjoni simili tista’ tinstab ukoll fid-dokumenti regolatorji, jew billi ssaqsi f’uffiċċju jew lil xi avukat.
Din l-informazzjoni hija disponibbli bl-Olandiż u bil-Franċiż.
Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-SPF Justice (sezzjoni pubblikazzjonijiet) kif ukoll fuq is-sit tal-Kummissjoni Federali għall-Meditazzjoni.
Ara hawn fuq.
Avukat jista’ jagħtik xi tagħrif rigward stima tat-tul tal-proċedimenti tiegħek. Dan ikun ivarja skont it-tip ta’ proċedimenti li tixtieq tibda u skont it-Tribunal li tixtieq tidher quddiemu.
Avukat jista’ jagħtik xi tagħrif rigward stima tal-ispiża tal-proċedimenti tiegħek. Din tkun tvarja skont it-tip ta’ proċedimenti li tixtieq tibda u skont it-Tribunal li tixtieq tidher quddiemu.
Fejn it-tagħrif dwar l-ispejjeż huwa ppubblikat, l-ispejjeż imsemmija ma jinkludux il-VAT. Ir-rata tal-VAT applikabbli titla’ għal 21%.
Dan huwa suġġett irregolat mill-Artikoli 508/1 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.
L-għajnuna legali inizjali hija bla ħlas għal kulħadd. Dan huwa parir legali inizjali, u b'mod aktar speċifiku:
Dan l-ewwel parir jingħata minn professjonisti tal-liġi u huwa kompletament bla ħlas, hu x’inhu d-dħul tiegħek.
L-għajnuna legali sekondarja tippermetti lil dawk li minħabba li jkollhom dħul baxx ma jkunux jistgħu jħallsu għas-servizz ta’ avukat biex jiksbu s-servizz ta’ avukat jew parti minnu bla ħlas. Avukat jgħinek billi jagħtik parir u jiddefendik. Digriet Irjali tat-18 ta’ Diċembru 2003 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għas-servizz bla ħlas kollu jew parzjali ta’ għajnuna legali sekondarja u tal-għajnuna legali.
Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali kompletament bla ħlas minħabba s-sitwazzjoni soċjali tagħhom:
Dawk li jibbenefikaw minn għajnuna legali bla ħlas minħabba preżunzjoni ta’ nuqqas ta’ dħul (il-preżunzjoni tista’ tiġi ribattuta) :
L-intervent ikun parzjalment bla ħlas (l-avukat jista’ f’dan il-każ jitlob intervent moderat sabiex ikopri s-servizzi tiegħu) għal:
L-ammonti ppreżentati hawn fuq jiġu adattati kull sena skont kif jinbidel l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsum.
L-għajnuna legali tirrigwarda l-ispejjeż tal-proċedimenti legali. Jekk il-klijent ma jkollux biżżejjed mezzi sabiex ikopri l-ispejjeż tal-qorti, jista’ jressaq talba, huwa stess jew permezz tal-avukat tiegħu, fl-uffiċċju tal-għajnuna legali. Huwa jista’, skont il-grad ta’ falliment tiegħu, ikun eżentat, b’mod sħiħ jew parzjalment, milli jħallas l-ispejjeż tal-marixxall, tal-esperti, eċċ. Dan il-qasam huwa rregolat mill-Artikoli 664 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju.
Il-kundizzjonijiet biex wieħed jikseb l-għajnuna legali bħala akkużat fi proċess kriminali, jew inkella bħala vittma jew bħala akkużat huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq.
Iva, pereżempju l-proċedimenti sabiex tikseb ftehim kollettiv ta’ djun jew sabiex tikseb il-possibbiltà li tidħol il-qorti mingħajr spejjeż.
Skont l-Artikoli 1017 et sequitur, l-ispejjeż li jiffurmaw l-ispejjeż legali (spejjeż tal-marixxall, tal-esperti, tat-tribunali,…) fil-prinċipju, jitħallsu mill-parti telliefa ladarba tingħata s-sentenza.
Kontribut ta' darba għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat mill-parti li tkun rebħet il-kawża jagħmel parti mill-ispejjeż legali li għandhom jitħallsu mill-parti telliefa. Dan il-kontribut jissejjaħ “ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża” u jikkonsisti f’kontribuzzjoni ta' darba kkalkulat skont skeda stabbilita skont l-ammonti involuti fil-każ. Din ma tkoprix neċessarjament l-ispejjeż tad-drittijiet kollha. Digriet Irjali tas-26 ta’ Ottubru 2007 jiddetermina l-ammonti ta’ dan il-“ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża”. Dawn l-ammonti jikkonsistu f’ammonti minimi u massimi, u huwa l-imħallef li jevalwa l-ammont tal-ħlas għad-danni f’din il-medda.
F’ċerti każi, huwa possibbli li t-Tribunal ma jikkundannax lill-parti telliefa li tħallas iżda jirregola l-kwistjoni mod ieħor (qsim tal-ispejjeż,…).
Meta l-akkużat u l-persuni ċivilment responsabbli jiġu kkundannati, l-ispejjeż tal-proċedimenti, normalment, jiġu mħallsa minnhom, flimkien ma’ ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża (kontribut ta' darba għall-ispejjeż u d-drittijiet tal-avukat tal-parti li tkun rebħet il-kawża - ara hawn fuq fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali). Għall-kuntrarju, jekk l-akkużat u l-persuni ċivilment responsabbli ma jiġux ikkundannati u l-parti ċivili titlef, din tal-aħħar tista’ jew għandha tkun ikkundannata li tħallas l-ispejjeż kollha tal-proċediment jew parti minnhom lill-Istat u lill-akkużat, kif ukoll ħlas għall-preparazzjoni tal-kawża. F’ċerti każi l-ispejjeż tal-proċediment jitħallsu mill-Istat. Dawn ir-regoli jinstabu fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.
L-ispejjeż tal-esperti m’humiex irregolati u dawn jiffissaw b’mod liberu l-ammont tal-ispejjeż tagħhom. L-imħallef jikkontrolla dawn id-drittijiet b’mod marġinali (jista’ jintervjeni f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet u l-espert) iżda m’hemmx dokument legali li jiffissa l-ammonti li magħhom għandhom jaqblu d-drittijiet tal-esperti. Dan il-qasam huwa rregolat mill-Artikoli 987 et sequitur tal-Kodiċi Ġudizzjarju kif ukoll minn Digriet Irjali tal-24 ta’ Mejju 1933.
Digriet Irjali tal-14 ta’ Novembru 2003 jistabbilixxi madankollu t-tariffi tad-drittijiet u l-ispejjeż dovuti lill-esperti maħtura mill-qrati tax-xogħol għal rapporti mediċi li jirrigwardaw:
Id-drittijiet tal-esperti fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950 u permezz ta’ ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.
Dokumenti disponibbli għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Commission de Modernisation de l'Ordre Judiciaire (sezzjoni “infos juridique” (informazzjoni legali) – “professionnels” (professjonisti) – “tarifs” (tariffi) – “frais de justice” (spejjeż tal-proċedimenti legali)) jew fuq is-sit tal-Portal tal-Awtorità Ġudizzjarja tal-Belġju (sezzjoni “Législation” (Leġislazzjoni)).
Jista’ jkun il-każ li ikun jeħtieġ l-użu ta’ traduttur jew ta’ interpretu waqt kawża. Dan ikun il-każ meta jiġu ppreżentati dokumenti f’lingwa differenti minn dik użata għall-kawża jew meta xhud jitkellem b’lingwa oħra. Huwa wkoll il-każ meta parti tkun titkellem lingwa differenti minn dik użata waqt il-proċedura u ma tkunx tifhem il-lingwa tal-proċedura jew meta l-imħallef ma jifhimx il-lingwa użata minn din il-parti. Ir-regoli applikabbli jinsabu fl-Att tal-15 ta’ Ġunju 1935 rigward l-użu tal-lingwi fi kwistjonijiet ġudizzjarji.
Id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti fil-proċedimenti kriminali huma rregolati minn Digriet Irjali tat-28 ta’ Diċembru 1950 u permezz ta’ ċirkolari ministerjali tat-22 ta’ Jannar 2009. It-tariffi għall-2009 ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Belġju tat-12 ta’ Jannar 2009.
Dokumenti disponibbli għall-konsultazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Commission de Modernisation de l'Ordre Judiciaire (sezzjoni “infos juridique” (informazzjoni legali) – “professionnels” (professjonisti) – “tarifs” (tariffi) – “frais de justice” (spejjeż tal-proċedimenti legali)) jew fuq is-sit tal-Portal tal-Awtorità Ġudizzjarja tal-Belġju (sezzjoni “Législation” (Leġislazzjoni)).
Service Public Fédéral Justice (Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja)
Commission de Modernisation de l’Ordre Judiciaire (Kummissjoni għall-Immodernizzar tas-Sistema Ġudizzjarja)
Rapport tal-Belġju dwar l-Istudju fuq it-trasparenza tal-ispejjeż (829 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.