Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgaruil-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiżil-Portugiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Spejjeż

Spanja

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – il-kustodja tat-tfal, l-Istati Membri ntalbu jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba bl-ispejjeż tal-proċess fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewġu. Għandhom tifel ta’ tliet snin meta jisseparaw. Il-Qorti ddeċidiet li tagħti l-kustodja tat-tifel lill-omm u dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm tressaq talba biex tillimita d-dritt ta' aċċess għall-missier. Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin fi Stat Membru (Stat Membru B), mingħajr ma żżewġu. Għandhom tifel flimkien iżda jisseparaw immedjatament wara li jitwieled it-tifel. Deċiżjoni tal-Qorti fl-Istat Membru B tagħti l-kustodja tat-tifel lill-omm bi dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm u binha jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif huma awtorizzati jagħmlu permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa’ fi Stat Membru B. Wara ftit snin, l-omm tiftaħ kawża fi Stat Membru A biex tbiddel id-dritt ta' aċċess għall-missier.

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Spejjeż fi Spanja

Spejjeż għat-Tribunali, l-appelli u soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.

Studju tal-Każ

Tribunal

Appelli

Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim

Spejjeż inizjali

Spejjeż ġenerali

Spejjeż inizjali

Din l-alternattiva hija possibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Każ A

Spejjeż inizjali.- Id-depożiti mħallsa lill-avukat u l-prokuratur, sakemm ma tkunx intitolat għall-għajnuna legali (irregolata bil-Liġi 1/1996 dwar l-Għajnuna Legali).

Jekk il-proċediment jikkonċerna biss il-kura u l-kustodja tal-minuri ma titħallasx taxxa fuqu (l-Artikolu 4(1) tal-Liġi 10/2012).

Dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-proċess. Huma jiġu imposti fuq il-parti li kellha l-pretensjonijiet kollha tagħha miċħuda (l-Artikolu 394(1) L.E.C.) wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż.

Il-parti li tappella trid tħalli depożitu minn qabel, sakemm ma tkunx intitolata għall-għajnuna legali (il-15-il Dispożizzjoni Addizzjonali LOPJ).

Jekk il-proċediment jikkonċerna biss il-kura u l-kustodja tal-minuri ma titħallasx taxxa fuqu (l-Artikolu 4(1) tal-Liġi 10/2012).

Il-partijiet jistgħu jaqblu fuq arranġamenti oħra rigward l-aċċess. Dan irid isir bi ftehim, li jrid ikun innotifikat lill-Prosekutur Pubbliku u approvat minn Awtorità Ġudizzjarja.

Il-partijiet jistgħu, bi qbil bejniethom, jitolbu s-sospensjoni tal-proċedimenti u jmorru għall-medjazzjoni, b'konformità mal-Liġi 5/2012 tas-6 ta' Lulju.

Is-servizzi tal-medjazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-Portal tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-medjazzjoni intraġudizzjarja hija offruta minn organi ġudizzjarji u hija bla ħlas.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

Spejjeż tal-avukati, l-amministraturi ġudizzjarji u l-esperti

Studju tal-Każ

Avukati

Amministraturi ġudizzjarji.

Esperti

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż

Ir-rappreżentanza hija obbligatorja?

Spejjeż qabel is-sentenza.

Spejjeż wara s-sentenza

Bilfors jintervjenu?

Każ A

Il-partijiet jridu jkunu assistiti minn avukat u rappreżentati minn prokuratur (l-Artikolu 750 L.E.C.).

F'każ ta' qbil reċiproku jistgħu jinqdew b'avukat u prokuratur wieħed.

L-avukat u l-prokuratur iridu jiġu pprovduti b’fondi u u l-ħlas suċċessiv eventwali tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-parti telliefa (fil-każ ta’ proċedimenti kontenzjużi)

Ma jirrappreżentax lill-partijiet

L-ebda spiża

L-ebda spiża

Jista' jkun neċesarju l-intervent ta' ċertu speċjalisti (psikologi).

Il-ħlas ta' tali servizz isir mill-parti li tipproponih, għajr fejn ikun mill-uffiċċju psikosoċjali tal-qorti.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Spejjeż għall-kumpens tax-xhieda, depożitu jew garanzija u spejjeż oħra rilevanti.

Studju tal-Każ

Kumpens tax-xhieda

Depożiti

Spejjeż oħrajn

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spejjeż

Jeżistu? Meta u kif jintużaw?

Spejjeż

Deskrizzjoni

Każ A

Ix-xhieda għandhom id-dritt li jkunu kkumpensati mill-parti li ssejħilhom bħala xhieda, għad-danni kkawżati mid-dehra tagħhom fil-qorti (Art. 375(1) L.E.C.)

Parti mill-prezz hija inkluża fil-ħlas tal-ispejjeż

Ma jiġi ppreżentat l-ebda depożitu bil-quddiem

Xejn

Iċ-Ċertifikati tar-Reġistru Ċivili korrispondenti, bħat-twelid ta' tfal (li bħalissa huwa b'xejn) u dokumenti oħra li fuqhom huma bbażati d-drittijiet tiegħu, u l-ispejjeż relattivi tagħhom.

Każ B

Idem

Idem

Idem

Idem

Idem

Spejjeż għall-għajnuna legali u rimborżi oħrajn.

Studju tal-Każ

Għajnuna Legali

Rimborżi

Meta u taħt liema kundizzjonijiet tapplika?

B'liema kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rimborż tal-ispejjeż tal-kawża?

Hemm okkażjonijiet meta l-ispejjeż tal-għajnuna legali jkollhom jiġu rimborżati lill-organizzazzjoni li tipprovdi l-għajnuna legali?

Każ A

Hija tapplika għal min m’għandux mezzi finanzjarji biżżejjed biex ikun involut f'kawża (Avukat, prokuratur, fost l-oħrajn)

Jitqies li hemm nuqqas ta’ mezzi finanzjarji meta persuna fiżika tkun tista’ turi li r-riżorsi u d-dħul finanzjarji tagħha, ikkalkulati kull sena abbażi tal-kunċetti kollha u għal kull unità familjari, ma jkunux jaqbżu d-doppju tal-Indiċi Pubbliku tad-Dħul għal Iżjed minn Skop Wieħed (IPREM), fis-seħħ fiż-żmien tal-applikazzjoni.

Għandu jitqies il-ftehim li jkun sar mal-avukat tiegħu, jekk ikun sar. Jekk ma jkunx sar, l-ispejjeż jitħallsu mill-parti li jkollha l-pretensjonijiet tagħha kollha miċħuda (skont l-Artikolu 394 LEC), b'ċerti eċċezzjonijiet.

L-ispejjeż rimborżabbli huma l-kont tal-avukat, sakemm dan ma jkunx ogħla minn terz tal-ammont ikkontestat, it-tariffi tal-prokuratur u spejjeż oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jiġu rimborżati wara l-valutazzjoni tal-ispejjeż.

Każ B

L-istess bħall-każ ta' qabel

Idem

Idem

Idem

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju tal-Każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika?

X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor?

Meta u b'liema kundizzjonijiet tapplika?

X'inhuma l-ispejjeż bejn wieħed u ieħor?

Każ B

Id-dokumenti pubbliċi jew privati li jistgħu jkunu meħtieġa f’kundizzjonijiet legali stabbiliti

(traduzzjoni minn traduttur ġuramentat rikonoxxut b’mod uffiċjali)

It-tariffi tal-interpreti jvarjaw.

Interpreti għall-proċediment fejn jirriżulta li jkun hemm bżonnhom. Ikun hemm bżonnhom meta persuna li jkollha tiġi interrogata, tagħti dikjarazzjoni jew tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx taf il-lingwa. Jekk is-servizzi tal-interpretu jintalbu mill-qorti, ma jsirx ħlas mill-partijiet għall-interpretazzjoni. Kull persuna li taf il-lingwa kkonċernata tista' tinħatar interpretu wara li tieħu ġurament u twiegħed li se tittraduċi sew.

F'każijiet oħrajn, it-tariffi tal-interpreti jvarjaw.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.