Property consequences of registered partnerships

National rules relating to the division of the property of civil partnerships for couples that have an international element to their relationship, in cases of dissolution of the partnership or death

European Union citizens increasingly move across national borders to study, work or start a family in another EU country. This leads to an increased number of international couples, whether in a marriage or a registered partnership.

International couples are couples whose members have different nationalities, live in an EU country other than their own or own property in different countries. International couples, whether in a marriage or in a registered partnership, need to manage their property and, in particular, share it in case of divorce/separation or the death of one of the members.

EU rules help international couples in these situations. These rules apply in 18 EU countries: Sweden, Belgium, Greece, Croatia, Slovenia, Spain, France, Portugal, Italy, Malta, Luxembourg, Germany, the Czech Republic, the Netherlands, Austria, Bulgaria, Finland and Cyprus.

These rules determine which EU country’s courts should deal with matters concerning the property of an international couple and which law should apply to resolve these matters. The rules also simplify how judgments or notarial documents originating in one EU country should be recognised and enforced in another EU country.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Should you need additional information, please contact the authorities or a legal professional of the EU country concerned.

You can also consult the website http://www.coupleseurope.eu/en/home of the Council of Notariats of the European Union.

Last update: 28/11/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Il-Konsegwenzi Patrimonjali ta’ Sħubijiet Irreġistrati - Malta

1 Hemm forom differenti ta’ “sħubijiet irreġistrati” f’dan l-Istat Membru? Spjega d-differenzi bejn il-forom differenti?

Il- forma ta` “sħubija irreġistrata” kontemplata f`Malta hija dik ta` “unjoni ċivili” skont l-Att dwar L-Unjonijiet Ċivili – Kap 530 tal-Liġijiet ta` Malta. Ir-reġistrazzjoni ta’ sħubija bħala unjoni ċivili hi permessa bejn żewġ persuni tal-istess sess jew ta’ sess differenti. Unjoni ċivili, ladarba tkun reġistrata, għandha l-effetti u l-konsegwenzi kollha li jikkorrispondu fil-liġi ta’ żwieġ ċivili. Sħab f`unjoni ċivili ċċelebrata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn jistgħu fi żmien ħames snin mill-1 ta’ Settembru 2017 jikkonvertu l-unjoni ċivili tagħhom fi żwieġ. Meta unjoni ċivili tiġi kkonvertita fi żwieġ, l-unjoni ċivili tintemm mal-konverżjoni, u ż-żwieġ li jirriżulta jitqies li ilu jeżisti mid-data ta’ meta l-unjoni ċivili tkun ġiet kostitwita.

2 Hemm reġim ta’ proprjetà statutorju għas-sħubijiet irreġistrati f’dan l-Istat Membru? X’jipprevedi? Għal liema forom ta’ “sħubija rreġistrata” japplika?

Illi ġialadarba unjoni ċivili u żwieġ ċivili għandhom l-istess effetti legali anke r-reġim ta` proprjetà huwa l-istess. L-Istat Malti jofri lil partijiet li jkunu jridu jikkuntrattaw unjoni ċivili taħt il-leġislazzjoni Maltija, il-liberta’ li jagħżlu huma dak ir-reġim li għandha tirregola l-proprjeta’ tagħhom. Madanakollu, ir-reġim tal-proprjetà matrimonjali ewlieni ġewwa Malta huwa dak tal-Komunjoni tal-Akkwisti.

Dan ir-reġim jopera b’operazzjoni tal-liġi f’kull unjoni, salv jekk il-partijiet li jkunu diġa’ kkuntrattaw jew li għadhom ser jikkuntrattaw jagħżlu illi l-proprjetà matrimonjali tagħhom għandha tiġi regolata b’reġim ieħor li ma jmurx kontra l-ispirtu tal-liġi Maltija. Tali regim ieħor irid jiġi krejat permezz ta’ kuntratt pubbliku.

Tipi ta’ reġimi oħra li jirregolaw il-proprjeta’ matrimonjali li jeżistu ġewwa Malta li japplikaw ukoll għal-unjonijiet ċivili huma s-Separazzjoni tal-Beni u l-Komunjoni ta’ Residwu taħt Amministrazzjoni Separata.

Il-Komunjoni tal-Akkwisti bħala r-reġim tal-proprjetà matrimonjali statutorju ġewwa Malta, jipprovdi illi dak kollu li jiġi akkwistat mill-partijiet wara s-sħubija, ikun jifforma parti minn din il-Komunjoni tal-Akkwisti u għaldaqstant ikun jappartjeni liż-żewġ partijiet f’ishma ndaqs. Il-liġi Maltija tipprovdi speċifikament dak li għandu jifforma parti mill-Komunjoni tal-Akkwisti, b’esklużjoni għal donazzjonijiet, wirt u proprjeta’ parafernali ta’ kull parti.

Is-Separazzjoni tal-Beni bħala reġim ieħor li l-partijiet jistgħu jagħżlu minnflok ir-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti, jipprovdi illi kull parti għandha d-dritt illi jkollha l-kontroll assolut u tamministra dawk il-ħwejjeġ li hija tkun akwistat qabel u wara l-unjoni, u dan mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra.

Il-Komunjoni ta’ Residwu taħt Aministrazzjoni Separata bħala reġim ieħor li l-partijiet jistgħu jagħżlu minnflok ir-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti, jipprovdi illi kull parti fis-shubija għandha d-dritt li takkwista, żżomm u tamministra dawk il-ħwejjeġ li hija tkun akkwistat f’isimha daqslikieku hija kienet is-sid esklussiv tal-istess ħwejjeġ. Madanakollu permezz ta’ dan ir-reġim, il-partijiet ma humiex preklużi milli jiksbu beni flimkien, liema beni għandhom ikunu amminisrati b’mod konġunt mill-partijiet.

3 Is-sħab, kif jistgħu jirregolaw ir-reġim tal-proprjetà tagħhom? X’inhuma r-rekwiżiti formali f’dan il-każ?

Fir-rigward tar-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti, ir-regola ġenerali hi li ż-żewġ partijiet għandhom l-obbligu li jirregolaw u jamministraw l-proprjetà matrimonjali tagħhom flimkien. Madanakollu, l-liġi Maltija fir-rigward ta’ dan ir-reġim partikolari tiddistingwi bejn amministrazzjoni ordinarja, ċjoe’ dawk l-atti li jmissu lil waħda mill-partijiet fis-sħubija, u amministrazzjoni straordinarja, ċjoe’ dawk l-atti li jmissu liż-żewġ partijiet flimkien. Il-liġi Maltija telenka biss dawk l-atti ta’ amministrazzjoni straordinarja, b’hekk dak li ma huwiex espressament imniżżel fil-liġi, għandu jkun ikkunsidrat li jikkostitwixxi att ta’ amministrazzjoni ordinarja. Għaldaqstant bħala rekwiżit formali li għandu dejjem jiġi onorat sabiex jiġi regolat ir-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti huwa dak tal-kunsens taż-żewġ partijiet fis-sħubija. F’każ li l-kunsens tal-partijiet ma jkunx ingħata sabiex isir att rigward trafseriment jew ħolqien ta’ jedd reali jew personali fuq proprjeta’ immobbli jew mobbli, l-att jista’ jiġi annullat fuq it-talba tal-parti li ma tkunx tagħat il-kunsens tagħha.

Fir-rigward tar-reġim ta’ Separazzjoni ta’ Beni, ir-regola ġenerali hi kull parti fis-sħubija għandha d-dritt li tirregola u tamministra l-proprjeta’ li jkollha fuq isimha mingħajr ebda kunsens tal-parti l-oħra.

Fir-rigward tar-reġim tal-Komunjoni ta’ Residwu taħt Amministrazzjoni Separata, ir-regola ġenerali hi li meta parti fis-sħubija tagħżel li tagħmel akkwist waħedha, dan isir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens mill-parti l-oħra, u l-parti li tkun għamlet l-akkwist ikollha d-dritt li tirregola u tamministra l-imsemmi akkwist waħedha. Filwaqt li meta ż-żewġ partijiet fis-sħubija jagħmlu akkwist flimkien, il-kunsens tat-tnejn ikun ingħata u għaldaqstant għandhom id-dritt li jirregolaw u jamministraw l-imsemmi akkwist flimkien.

4 Hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ kif jiġi rregolat reġim tal-proprjetà?

Meta jkun qiegħed jiġi operat ir-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti, il-partijiet fis-sħubija għandhom l-obbligu li jagħmlu kollox flimkien. Għaldaqtsant ma għandhom l-ebda liberta’ kif jirregolaw u jamministraw, għajr għal dawk l-atti ta’ amministrazzjoni ordinarja li ma jirrikjedux il-kunsens taż-żewġ partijiet.

Min-naħa l-oħra meta jkun qiegħed jiġi operat ir-reġim tas-Separazzjoni tal-Beni, kull parti fis-sħubija għandha l-libertà li tagħmel dak kollu li jidrilha xieraq bil-propjetà li jkollha fuq isimha mingħajr ebda indħil mill-parti l-oħra.

Fir-rigward tar-reġim tal-Komunjoni tar-Residwu taħt Amministrazzjoni Separata, f’każ li parti fis-sħubija tagħmel akkwist mingħajr il-kunsens tal-parti l-oħra, din għandha l-liberta’ li tirregola r-reġim mingħajr ebda restrizzjonijiet. Madanakollu, jekk isir akkwist f’isem iż-żewġ partijiet, dawn tal-aħħar ma jkollhom l-ebda libertà li jagħmlu li jridu iżda għandhom jaġixxu t-tnejn flimkien.

5 X’inhuma l-effetti legali tax-xoljiment jew l-annullament fuq il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija rreġistrata?

Meta jkun qiegħed jiġi operat ir-reġim tal-Komunjoni tal-Akkwisti, il-liġi tistipula ċar illi dan ir-reġim jibda minn dakinhar taż-żwieġ u jispiċċa malli jmut wieħed mill-konjugi jew malli jinħall iż-żwieġ. Magħdud ma’ dan, il-liġi tkompli billi tistipula ukoll f’każ li jkun hemm firda legali tal-miżżewġin, jista’ jintalab il-qsim ġudizzjarju tal-beni tal-partijiet.

F’każ li jkun qiegħed jiġi operat ir-reġim tal-Komunjoni ta’ Residwu taħt Amministrazzjoni Separata, il-liġi tistipula illi din tispiċċa, fost oħrajn, meta jkun hemm ix-xoljiment taż-żwieġ u mas-separazzjoni legali tal-miżżewġin.

Madanakollu, f’każ li fiż-żwieġ ikun hemm fis-seħħ ir-reġim tas-Separazzjoni tal-Beni, kull parti fiż-żwieġ li jtemmu ż-żwieġ tagħhom, jinfirdu jew jannullaw iż-żwieġ tagħhom, jibqgħu jirregolaw u jamministraw l-akkwisti li huma jkunu għamlu huma f’isimhom.

Dan kollu japplika ukoll f`każ ta’ sħubijiet irreġistrati.

Għaldaqstant l-effetti tad-divorzju separazzjoni jew annullament fir-rigward tal-proprjeta’ matrimonjali, huwa li dak li jkun ġie akkwistat matul iz-zwieg jinqasam bejn il-partijiet b’mod amikevoli jew inkella permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti kompetenti.

6 X’inhuma l-effetti legali tal-mewt fuq il-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija rreġistrata?

Mal-mewt ta’ wieħed mill-partijiet, tapplika l-liġi tas-suċċessjoni  Maltija f`każ li Malta ikollha ġurisdizzjoni  u l-fattur ewlieni li għandu jittieħed in-konsiderazzjoni huwa jekk il-parti li tkun mietet tkunx mietet testata jew intestata.

7 Liema awtorità għandha l-kompetenza li tiddeċiedi f’każ relatat mal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija rreġistrata?

L-Awtorità kompetenti sabiex tiddeċiedi kwistjonijiet marbutin mar-reġim tal-proprjetà matrimonjali hija l-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja).

8 X’inhuma l-effetti tal-konsegwenzi patrimonjali tas-sħubija rreġistrata fuq ir-relazzjonijiet legali bejn sieħeb u parti terza?

Mal-mument li reġim ta’ proprjetà matrimonjali jibda jopera mas-sħubija tal-partijiet, dan jagħti bidu għal relazzjoni legali bejn l-isħab u terzi persuni, meta dan ikun il-każ. Terzi persuni jkollhom id-dritt li jeżerċitaw il-jeddijiet legali tagħhom kontra l-isħab flimkien jew separatament, skont il-każ, ma’ min ikunu għamlu kuntratt jew id-dejn.

9 Deskrizzjoni qasira tal-proċedura għad-diviżjoni, inklużi l-partizzjoni, id-distribuzzjoni u l-likwidazzjoni, tal-proprjetà tas-sħubija rreġistrata f’dan l-Istat Membru.

Sabiex issir diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali, normalment tali proċedura ssir fl-istadju li l-partijiet jkunu bdew proċeduri ta’ separazzjoni jew divorzju. Proċeduri ta’ dawn it-tip jirrikjedu li qabel ma’ l-partijiet ma jirrikorru quddiem il-Qorti kompetenti, huma għandhom jibdew il-proċess ta’ medjazzjoni fejn il-medjatur jipprova jirranġa s-sitwazzjoni bejn l-isħab.

Illi f’każ li l-medjazzjoni tkun ta’ suċċess, l-isħab ikunu jistgħu jisseparaw b’mod bonarju f’liema każ l-isħab jiftiehmu fuq id-drittijiet tagħhom reċiproċi, fuq id-drittijiet tagħhom fuq uliedhom u dwar id-diviżjoni tal-proprjetà matrimonjali, issir att pubbliku li jiġi skrutinizzat mill-Qorti kompetenti sabiex ikun aċċertat li nżamm bilanċ bejn id-drittijiet tal-isħab. Dan il-kuntratt wara li jiġi approvat mill-Qorti kompetenti jiġi insinwat u rreġistrat sabiex ikun effettiv għall-finijiet kollha tal-liġi, inkluż fir-rigward ta’ terzi persuni.

Illi jekk il-proċedura ta’ medjazzjoni ma tkunx ta’ suċċess u l-partijiet ma jaslux għall-arranġament bonarju, huma għandhom jibdew proċeduri appożiti quddiem il-Qorti kompetenti, fejn ssir talba fir-rigward tax-xoljiment tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali sabiex b’hekk il-proprjetà matrimonjali tkun tista’ tiġi diviża bejn iż-żewġ partijiet. Wara li d-deċiżjoni tal-Qorti kompetenti tgħaddi in ġudikat, l-istess sentenza tiġi rreġistrata sabiex tkun effettiva għall-finijiet kollha tal-liġi, inkluż fir-rigward ta’ terzi persuni.

10 X’inhuma l-proċedura u d-dokumenti jew l-informazzjoni tipikament meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà immobbli?

Sabiex proprjetà immobbli tiġi reġistrata ġewwa Malta, in-Nutar Pubbliku li jkun għamel il-kuntratt tal-proprjetà immobbli, jippreżenta nota ta’ insinwa lir-Reġistru Pubbliku sabiex din tiġi insinwata. Mal-mument li jkun hemm in-nota tal-insinwa, il-proprjetà immobbli tkun ġiet irreġistrata u l-kuntratt ikollu saħħa fir-rigward tal-partijiet tal-kuntratt u kif ukoll fuq terzi persuni.

L-aħħar aġġornament: 15/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.