Videjokonferenzi

Il-vidjokonferenzi transfruntiera huma mod rapidu u effiċjenti ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji. Dawn jintużaw għas-smigħ tax-xhieda, tal-partijiet, tal-vittmi u tal-esperti f’ambjent sikur. Il-vidjokonferenzi għandhom ħafna benefiċċji peress li jistgħu inaqqsu l-ispejjeż, l-ivvjaġġar, l-impatt ambjentali, u l-ħin meħtieġ għall-proċeduri tal-qorti, filwaqt li jżidu s-sigurtà.