Korpi tal-ilmenti tal-UE u Internazzjonali oħrajn

Xi korpi oħra li jkunu jistgħu jittrattaw l-ilment tiegħek dwar id-drittijiet fundamentali.

Għandek dejjem tipprova li ssib soluzzjonijiet permezz ta’ mezzi nazzjonali qabel ma tikkuntattja lil korpi internazzjonali.

Ikkuntattja korp internazzjonali biss meta:

  • il-kwistjoni taqa’ esklużivament taħt il-mandat tiegħu
  • is-sistema nazzjonali ma tistax toffri rispons xieraq għat-talba tiegħek, jew
  • m’intix sodisfatt(a) bis-soluzzjoni li ksibt permezz tal-mezzi nazzjonali.

Jekk jogħġbok ivverifika fuq is-sit web ta’ kull korp elenkat hawn taħt qabel ma tippreżenta lment magħhom, jew titlob gwida.

Jekk jogħġbok aqra sew is-sit web ta’ kull istituzzjoni elenkata hawn taħt qabel ma, pereżempju, tippreżenta lment magħhom. Minħabba n-natura internazzjonali tagħhom, il-volum ta’ xogħol b’lura li jkollhom jaf ikun saħansitra akbar minn dak tal-korpi nazzjonali. Għaldaqstant, l-ewwel dejjem għandu jiftittex li jinstabu soluzzjonijiet permezz ta’ kanali nazzjonali qabel ma jiġu kkuntattjati l-istituzzjonijiet internazzjonali. L-istituzzjonijiet internazzjonali għandhom jintużaw biss fis-sitwazzjonijiet li ġejjin: meta l-kwistjoni tkun taqa’ esklużivament taħt il-mandat tal-istituzzjoni internazzjonali inkwistjoni; meta s-sistema nazzjonali ma tkunx tista’ toffri rispons adegwat għat-talba tiegħek; jew, finalment, meta s-soluzzjoni nazzjonali ma tkunx sodisfaċenti.

L-Unjoni Ewropea

Korp

Data għall-kuntatt

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Indirizz: Palais de la Cour de Justice, Boulevard Konrad Adenauer, Kirchberg, L-2925 Luxembourg, Luxembourg

Tel.: (+352)43031

Sit web: https://curia.europa.eu/jcms/jcms/j_6/mt/

Indirizz tal-posta elettronika: https://curia.europa.eu/jcms/jcms/T5_5133/mt/ (formola ta’ kuntatt)

Noti: Il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta d-dritt tal-UE biex tiżgura li dan jiġi applikat bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE. Jekk int ġarrabt danni minħabba azzjoni jew inazzjoni minn Stat Membru, istituzzjoni tal-UE jew il-persunal tagħha, int tista’ tippreżenta lment quddiem il-Qorti.

Il-Kummissjoni Ewropea

Indirizz: European Commission, Secretary-General, B-1049 Brussels, Belgium (indirizz postali għall-ilmenti)

Tel.: 00 800 6 7 8 9 10 11

Sit web: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/problems-and-complaints/help-defending-your-rights/individuals_mt

Indirizz tal-posta elettronika: https://europa.eu/european-union/contact/write-to-us_mt (formola ta’ kuntatt)

Noti: Il-Kummissjoni tippromwovi l-interess ġenerali tal-UE billi tipproponi u tinfurza l-leġiżlazzjoni kif ukoll billi tiżgura li t-tali leġiżlazzjoni tiddaħħal fis-seħħ kif xieraq mill-Istati Membri tal-UE. Jekk int temmen li l-Istat Membru tiegħek naqas milli implimenta kif suppost it-tali leġiżlazzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kummissjoni.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Indirizz: Rue Montoyer 30, 1000 Brussels, Belgium

Tel.: +32 22831900

Sit web: https://edps.europa.eu/edps-homepage_en

Indirizz tal-posta elettronika: edps@edps.europa.eu

Noti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data hu responsabbli għall-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-UE rigward il-konformità tagħhom mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Jekk int temmen li l-privatezza tiegħek inkisret minn Stat Membru jew minn korp tal-UE, tista’ tippreżenta lment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-Ombudsman Ewropew

Indirizz: 1 Avenue du Président Robert Schuman, CS 30403, F-67001 Strasbourg, France

Tel.: +33 388172313

Sit web: https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home

Indirizz tal-posta elettronika: https://www.ombudsman.europa.eu/mt/contacts (formola ta’ kuntatt)

Noti: L-Ombudsman Ewropew jinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet tal-UE jew minn korpi oħra tal-UE. Jekk int temmen li ġejt soġġett(a) għal trattament ħażin, inġust, diskriminatorju jew abbużiv minn kwalunkwe korp tal-UE, tista’ tippreżenta lment mal-Ombudsman.

Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Petizzjonijiet

Indirizz: European Parliament, Bât. Altiero Spinelli, 60 rue Wiertz, B-1047 Brussels, Belgium

Tel.: -

Sit web: https://petiport.secure.europarl.europa.eu/petitions/mt/home

Indirizz tal-posta elettronika: peti-secretariat@ep.europa.eu

Noti: Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet twaqqaf biex jagħmel inkjesti dwar il-mod li bih tiġi implimentata l-leġiżlazzjoni Ewropea. Jekk int tixtieq tissottometti lment dwar suġġett li jaqa’ fi ħdan l-isfera tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, tista’ tippreżenta petizzjoni lill-Kumitat.

Il-Kunsill tal-Ewropa

Korp

Data għall-kuntatt

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konvenzjoni Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali

Indirizz: Secretariat of the Framework Convention for the Protection of National Minorities, Council of Europe, Agora Building, F - 67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: + 33 (0)3 88 41 22 96

Sit web: https://www.coe.int/en/web/minorities/home

Indirizz tal-posta elettronika: https://www.coe.int/en/web/minorities/contact (formola ta’ kuntatt)

Noti: Il-Kumitat Konsultattiv għandu rwol importanti fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Qafas mill-istati. Il-kompitu tiegħu hu li jiżgura li l-istandards tal-Konvenzjoni jiġu applikati mill-istati kkonċernati kollha, fid-diversi oqsma ta’ interess għall-persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali. F’dan il-kuntest, il-Kumitat Konsultativ kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kummissarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem

Indirizz: Council of Europe, Office of the Commissioner for Human Rights, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)388413421

Sit web: https://www.coe.int/en/web/commissioner/home

Indirizz tal-posta elettronika: commissioner@coe.int

Noti: Il-Kummissarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem hu istituzzjoni mhux ġudizzjarja indipendenti u imparzjali bir-rwol li tippromwovi l-għarfien dwar id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett ta’ dawn. F’dan il-kuntest, l-Uffiċċju tal-Kummissarju kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kumitat ta’ Esperti dwar il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi

Indirizz: European Charter for Regional or Minority Languages, DG II - Directorate of Human Dignity and Equality, Council of Europe, Agora Building, 1 Quai Jacoutot, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)390214466

Sit web: https://www.coe.int/en/web/european-charter-regional-or-minority-languages

Indirizz tal-posta elettronika: minlang.secretariat@coe.int

Noti: Il-Kumitat ta’ Esperti jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew tal-Minoranzi. Ir-rwol tiegħu hu li jeżamina s-sitwazzjoni reali tal-lingwi reġjonali jew tal-minoranzi f’kull Stat Parti. F’dan il-kuntest, il-Kumitat kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kumitat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali (il-Kumitat ta’ Lanzarote)

Indirizz: Children's Rights Division, DG II - Directorate General of Democracy, Council of Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: -

Sit web: https://www.coe.int/en/web/children/lanzarote-convention

Indirizz tal-posta elettronika: lanzarote.committee@coe.int

Noti: Il-Kumitat tal-Partijiet jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali. Dan jiffaċilita l-ġbir, l-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ esperjenza u ta’ prattika tajba bejn l-Istati biex dawn itejbu l-kapaċità tagħhom li jipprevjenu u jiġġieldu kontra l-isfruttament sesswali u l-abbuż sesswali tat-tfal. F’dan il-kuntest, il-Kumitat kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kumitat tad-Drittijiet Soċjali fuq il-Karta Soċjali Ewropea

Indirizz: Department of the European Social Charter, Directorate General of Human Rights and Rule of Law, Council of Europe, 1, Quai Jacoutot, F – 67075 Strasbourg Cedex

Tel.: +33 (0)390214961

Sit web: https://www.coe.int/en/web/european-social-charter

Indirizz tal-posta elettronika: social.charter@coe.int

Noti: Id-drittijiet garantiti mill-Karta jikkonċernaw lill-individwi kollha fil-ħajjiet ta’ kuljum tagħhom bħall-abitazzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjieg, il-protezzjoni legali u soċjali, il-moviment liberu tal-persuni u n-nondiskriminazzjoni. Il-Kumitat dwar id-Drittijiet Soċjali jiddetermina jekk il-liġi u l-prattika nazzjonali fl-Istati Parti humiex konformi mal-Karta u kapaċi joffrilek informazzjoni f’dan ir-rigward, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI)

Indirizz: Secretariat of ECRI, Council of Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)390214662

Sit web: https://www.coe.int/en/web/european-commission-against-racism-and-intolerance/home

Indirizz tal-posta elettronika: ecri@coe.int

Noti: Il-Kummissjoni kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza hi inkarigata bil-kompitu li tiġġieled kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu u l-intolleranza fl-Ewropa mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kapaċi toffrilek informazzjoni, iżda ma tistax taġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta’ Venezja)

Indirizz: Secretariat of the Venice Commission, Council of Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 388412067

Sit web: https://www.venice.coe.int/webforms/events/default.aspx?lang=en

Indirizz tal-posta elettronika: venice@coe.int

Noti: Ir-rwol tal-Kummissjoni ta’ Venezja hu li tipprovdi pariri legali lill-Istati Membri tagħha dwar materji kostituzzjonali u, b’mod partikolari, li tgħin lill-istati li jixtiequ jallinjaw l-istrutturi legali u istituzzjonali tagħhom mal-istandards Ewropej u mal-esperjenza internazzjonali fl-oqsma tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ta’ Venezja kapaċi toffrilek informazzjoni, iżda ma tistax taġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea għall-Effikaċja tal-Ġustizzja (CEPEJ)

Indirizz: Directorate General of Human Rights and Rule of Law, Division for the Independence and Efficiency of Justice, Council of Europe, Avenue de l'Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)388413554

Sit web: https://www.coe.int/en/web/cepej/home

Indirizz tal-posta elettronika: cepej@coe.int

Noti: L-għan tas-CEPEJ hu t-titjib tal-effikaċja u tal-funzjonament tal-ġustizzja fl-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għall-Effikaċja tal-Ġustizzja kapaċi toffrilek informazzjoni, iżda ma tistax taġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura

Indirizz: Council of Europe, Secretariat of the Committee for the Prevention of Torture, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 388413939

Sit web: https://www.coe.int/en/web/cpt/home

Indirizz tal-posta elettronika: cptdoc@coe.int

Noti: Il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura jorganizza żjarat f’postijiet ta’ detenzjoni biex jivvaluta kif inhuma ttrattati l-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom. Il-Kumitat ma jistax jaġixxi fuq l-ilmenti individwali tiegħek, iżda jista’ jivvaluta l-komunikazzjonijiet mingħand individwi u jiddeċiedi jekk jeżerċitax il-funzjonijiet tiegħu fuq it-tali komunikazzjonijiet.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Indirizz: European Court of Human Rights, Council of Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)388412018

Sit web: https://www.echr.coe.int/Pages/home.aspx?p=home&c=

Indirizz tal-posta elettronika: http://appform.echr.coe.int/echrrequest/request.aspx?lang=gb (formola ta’ kuntatt)

Noti: Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem kif stipulat fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Jekk int temmen li d-drittijiet tiegħek inkisru mill-azzjoni jew min-nuqqas ta’ azzjoni ta’ stat li hu parti għal din il-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment quddiem il-Qorti.

Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA)

Indirizz: Convention on Action against Trafficking in Human Beings, (GRETA and the Committee of the Parties), Council of Europe, F-67075 Strasbourg Cedex, France

Tel.: +33 (0)390215254

Sit web: https://www.coe.int/en/web/anti-human-trafficking

Indirizz tal-posta elettronika: Trafficking@coe.int

Noti: Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA) hu responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin. F’dan il-kuntest, GRETA kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO)

Indirizz: Violence against Women Division, Department of Equality and Human Dignity, Council of Europe, F-67075 Strasbourg

Fax: +33 (0) 390215648

Sit web: https://www.coe.int/en/web/istanbul-convention/home

Indirizz tal-posta elettronika: conventionviolence@coe.int

Noti: Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Azzjoni kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (GREVIO) hu korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul) mill-Partijiet. F’dan il-kuntest, GREVIO kapaċi joffrilek informazzjoni, iżda ma jistax jaġixxi fuq ilmenti individwali.

 

Nazzjonijiet Uniti

Korp

Data għall-kuntatt

Il-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (CESCR)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (CESCR) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali (CERD)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali (CERD) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni Razzjali mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat dwar l-Għajbien Sfurzat (CED)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat dwar l-Għajbien Sfurzat (CED) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal (CRC) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u taż-żewġ

Protokolli Fakultattivi dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (OPSC), u dwar l-involviment tat-tfal f’kunflitt armat (OPAC) mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CPRD)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat kontra t-Tortura (CAT)

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web: https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat kontra t-Tortura (CAT) hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra mill-Istati parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Konvenzjoni, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem

Indirizz: Petitions Team, Office of the High Commissioner for Human Rights, United Nations Office at Geneva, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179022

Sit web:https://www.ohchr.org/EN/HRBodies/TBPetitions/Pages/HRTBPetitions.aspx

Indirizz tal-posta elettronika: petitions@ohchr.org

Noti: Il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem hu l-korp ta’ esperti indipendenti li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi mill-Istati Parti tiegħu. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti ta’ kwalunkwe wieħed mid-drittijiet stipulati fil-Patt, tista’ tippreżenta lment mal-Kumitat. Int tista’ tippreżenta lment biss kontra Stat li aċċetta l-kompetenza tal-Kumitat biex jeżamina l-ilmenti individwali.

Il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem

Indirizz: Special Procedures Division, OHCHR-UNOG, 8-14 Avenue de la Paix, 1211 Geneva 10, Switzerland

Fax: +41 229179006

Sit web:http://www2.ohchr.org/english/bodies/chr/special/communications.htm

Indirizz tal-posta elettronika: urgent-action@ohchr.org, SPBInfo@ohchr.org

Noti: Il-Proċeduri Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem huma esperti indipendenti fid-drittijiet tal-bniedem b’mandati li jirrapportaw u jagħtu pariri dwar id-drittijiet tal-bniedem minn perspettiva tematika jew speċifika għall-pajjiżi. Jekk int temmen li sfajt vittma ta’ ksur minn Stat Parti tad-drittijiet ċivili, politiċi, kulturali, ekonomiċi u soċjali tiegħek, int tista’ tippreżenta lment mal-espert rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 29/04/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna