L-ordnijiet ta’ protezzjoni maħruġa f’pajjiż wieħed tal-UE jistgħu jibqgħu jiġu eżegwiti f’ieħor
Id-dritt li wieħed ikompli jibbenefika minn miżuri protettivi meta jġorr minn Stat Membru għal ieħor
Biex tkun protett bħala vittma (b'mod partikolari vittma ta' forom differenti ta' vjolenza domestika u segwiment ta' persuna bil-moħbi) minn vjolenza u fastidju, l-awtoritajiet nazzjonali spiss jistgħu joffrulek miżuri speċifiċi (trażżin, impediment jew ordni ta' protezzjoni oħra) li jgħinu biex jipprevjenu aggressjonijiet jew assalti ulterjuri mill-ħati. Jekk tingħata ordni ta' protezzjoni fi Stat Membru huwa probabbli li tkun tixtieq tkompli tibbenefika minn din il-protezzjoni meta ġġorr jew tivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor. Għal din il-fini, l-UE daħħlet fis-seħħ mekkaniżmu għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri protettivi.
Il-miżuri protettivi nazzjonali jistgħu jkunu ta' natura tad-dritt ċivili, kriminali jew amministrattiv u d-dewmien, il-kamp ta' applikazzjoni u l-proċeduri ta' adozzjoni tagħhom ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Minħabba bażijiet ġuridiċi separati fil-liġi tal-UE għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri tad-dritt ċivili u l-miżuri tad-dritt kriminali, kien hemm bżonn ta' żewġ strumenti separati biex tkun żgurata ċ-ċirkolazzjoni tat-tliet tipi l-aktar komuni ta' miżuri protettivi fl-UE. Ordnijiet protettivi koperti mid-Direttiva u r-Regolament jikkonċernaw sitwazzjonijiet fejn inti, bħala vittma jew vittma potenzjali ta' delitt, tibbenefika minn projbizzjoni jew regolazzjoni tad-dħul f'ċerti postijiet, tkun ikkuntattjat jew avviċinat minn persuna li tikkawżalek riskju.
Żewġ proġetti kkofinanzjati mill-Programm Daphne tal-Unjoni Ewropea marbuta mal-Ordni Ewropea ta' Protezzjoni reċentement ippubblikaw ir-riżultati tagħhom:
Dawn il-pubblikazzjonijiet ġew prodotti bl-appoġġ finanzjarju tal-Programm Daphne tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut ta' dawn il-pubblikazzjonijiet huwa r-responsabbiltà unika tal-awturi u ma jistgħu bl-ebda mod jittieħdu bħala li jirrifettu l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-pubblikazzjonijiet jippreżentaw indikaturi utli li jgħinu għat-traspożizzjoni effettiva tad-Direttiva u fihom tagħrif dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali li jista' jgħin lill-prattikanti.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.