Medjazzjoni

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Medjazzjoni


*input mandatarju

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu talbiet skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva huma dawn li ġejjin kif stipulat fl-Artikolu 68a tal-Att Nru 97/163 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli Proċedurali, kif emendat, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Att:

a) il-Qorti Reġjonali ta' Bratislava f'każ ta' kwistjonijiet matrimonjali;

b) il-Qorti distrettwali b'ġuriżdizzjoni fuq il-post tad-domiċilju tat-tfal, u jekk it-tfal ma jkollhomx domiċilju, il-qorti fid-distrett fejn it-tfal ikunu residenti. Jekk ma jkunx hemm tali qorti, il-Qorti tad-Distrett ta' Bratislava I hija kompetenti jekk il-każ jikkonċerna t-tqegħid tat-tfal f'kura speċjali jew regolament ta' aċċess għat-tfal;

c) il-qorti kompetenti li tordna eżekuzzjoni ta' deċiżjoni jew li toħroġ awtorizzazzjoni biex tipproċedi għal eżekuzzjoni fejn mhux possibbli li tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti skont l-ittra (b). F'każ ta' deċiżjonijiet li ma jirrikjedux eżekuzzjoni l-awtorità kompetenti hija l-qorti ġenerali b'ġuriżdizzjoni fuq il-persuni li d-deċiżjoni tkun trid tiġi rikonoxxuta kontrihom; jekk ma tkun teżisti l-ebda qorti tali, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta' Trnava.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna