Medjazzjoni

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Il-qorti kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva ta' Medjazzjoni hija l-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni ratione materiae inkwistjoni, skont l-Artikolu 14(2) tal-Liġi Nru 29/2013, li tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali applikabbli għal medjazzjoni fil-Portugall u l-arranġamenti legali li jirregolaw il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali, il-medjaturi u l-medjazzjoni pubblika.

L-Artikoli 64 u 65 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jinkludu r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ratione materiae. L-Artikolu 64 jipprovdi li l-qrati tal-liġi jkollhom ġuriżdizzjoni f'każijiet li ma jkunux assenjati għal tip ieħor ta' qorti, filwaqt li l-Artikolu 65 jistipula li l-liġijiet dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja jiddeterminaw liema każijiet, minħabba r-ratione materiae tagħhom, jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-qrati u t-taqsimiet b'ġuriżdizzjoni speċjalizzata.

Il-liġijiet dwar l-organizzazzjoni ġudizzjarja jikkonsistu fil-Liġi Nru 62/2013 tas-26 ta' Awwissu 2013, kif emendata u d-Digriet Amministrattiv Nru 49/2014 tas-27 ta' Marzu 2014, kif emendat.

L-aħħar aġġornament: 05/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.