Medjazzjoni

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Rigward l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet Latvjani b’dan jinformawk li fir-Repubblika tal-Latvja, it-talbiet biex il-ftehimiet bil-miktub li jkunu r-riżultat ta’ medjazzjoni isiru eżegwibbli jiġu rċevuti mill-qrati distrettwali (muniċipali). Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Latvjani jinformawk li l-ftehimiet bil-miktub li jkunu r-riżultat ta’ medjazzjoni jistgħu jsiru infurzabbli fil-Latvja biss sa fejn dan ikun ipprovdut fir-Regolament (UE) No 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenz fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, jew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għal proċedimenti istitwiti qabel l-10 ta’ Jannar 2015.

L-aħħar aġġornament: 06/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.