Divorzju u separazzjoni legali

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(d) (1) EGBGB) ftehim dwar l-għażla tal-liġi skont l-Artikolu 7(2) sa (4) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 jrid jiġi rreġistrat f’att notarili. L-Artikolu 127(a) tal-Kodiċi Ċivili japplika mutatis mutandis.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Skont il-liġi Ġermaniża (l-Artikolu 46(d)(2) EGBGB), il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2010 sal-konklużjoni tas-seduta fl-ewwel istanza.

L-aħħar aġġornament: 16/10/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna