Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Divorzju u separazzjoni legali

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

L-Artikolu 7 minn (2) sa (4) – Ir-rekwiżiti formali applikabbli għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli

Ir-Regolament jimponi tliet kundizzjonijiet formali għall-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli: l-att irid ikun bil-miktub, datat u ffirmat mill-partijiet.

Barra minn hekk, huwa joffri lill-Istati l-possibilità li jistipulaw regoli formali supplimentari u jippreċiżaw il-mod kif dawn ir-regoli se jiġu imposti skont is-sitwazzjoni tal-miżżewġin.

Fid-dritt Franċiż ma hemm l-ebda dispożizzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali meħtieġa għall-validità ta' ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli f'każ ta' divorzju jew separazzjoni ġudizzjarja. Għalhekk Franza ma għamlitx id-dikjarazzjoni prevista mill-Artikolu 17(1)(a).

Għaldaqstant, jekk ikunu jixtiequ, il-miżżewġin jistgħu jitolbu parir professjonali mingħand min iħossu li jista' jaqdihom l-aħjar.

L-Artikolu 5 (3) – Il-possibbiltà tal-għażla tal-liġi applikabbli matul il-proċedimenti

Il-ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jagħżlu liema liġi tapplika għad-divorzju jew separazzjoni ġudizzjarja tagħhom jista' jiġi konkluż u mmodifikat f'kull ħin, imma mhux wara li tinfetaħ kawża l-qorti.

Madankollu, jekk il-lex fori tkun tippermetti, il-liġi applikabbli tkun tista' tintgħażel mill-miżżewġin anke tul l-andament tal-proċedura (l-Artikolu 5(2) u (3)).

Fid-dritt Franċiż din il-possibilità mhijiex prevista. Din hi r-raġuni għala Franza ma għamlitx id-dikjarazzjoni prevista mill-Artikolu 17(1)(b).

L-aħħar aġġornament: 02/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna