Obbligi ta' manteniment

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Slovakkja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fis-Slovakkja, il-Qrati Distrettwali ("okresný súd") għandhom il-kompetenza li jittrattaw talbiet għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27(1). Il-Qrati Reġjonali ("krajský súd") għandhom il-kompetenza li jittrattaw appelli minn deċiżjonijiet meħuda dwar talbiet għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 32(2). L-appelli jiġu ppreżentati fil-qorti distrettwali li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata.

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Fis-Slovakkja, il-proċedura ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 33 hija r-rikors għal appell ("dovolanie"), skont l-Artikoli 419-457 tal-Kodiċi ta' Proċedura għat-Tilwim Ċivili (l-Att Nru 160/2015). Ir-rikors għal appell isir mal-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza. Il-Qorti Suprema ("najvyšší súd") tiddeċiedi l-kwistjoni.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament, il-qrati Slovakki huma awtorizzati jemendaw id-deċiżjonijiet waqt rieżami tal-kawża ("obnova konania") skont l-Artikoli 397-418 tal-Kodiċi ta' Proċedura għat-Tilwim Ċivili (l-Att Nru 160/2015). Ir-rikorsi għal rieżami tal-kawża jiġu rieżaminati mill-qorti li tkun iddeċidiet fl-ewwel istanza.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Awtorità Ċentrali skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament hija:

Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže (Iċ-Ċentru għall-Protezzjoni Ġuridika Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ)

Indirizz:

Spitalska 8

P.O. Box 57

SK - 814 99 Bratislava

Dettalji oħra ta’ kuntatt:

Tel.: +421 220463208

Faks: +421 220463258

Indirizz elettroniku: info@cipc.gov.sk

sit web: https://www.cipc.gov.sk

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Mhi qed tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni peress li l-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali fir-Repubblika Slovakka jitwettqu esklussivament miċ-Ċentru għall-Protezzjoni Ġuridika Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ.

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Għall-finijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni huma l-Qrati Distrettwali ("okresný súd") li jaġixxu bħala qrati ta' eżekuzzjoni ("exekučný súd").

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 huma s-Slovakk u ċ-Ċek.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali Slovakki għal skopijiet ta' komunikazzjoni mal-Awtoritajiet Ċentrali l-oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 59 huma s-Slovakk, iċ-Ċek, l-Ingliż u l-Ġermaniż.

L-aħħar aġġornament: 09/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.