Obbligi ta' manteniment

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Il-kompetenza għad-deċiżjoni dwar ir-rikors għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà (exequatur) hija tal-qorti b'ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tas-soltu tal-parti li l-eżekuzzjoni tintalab kontriha jew fuq il-post tal-eżekuzzjoni (l-Artikolu 95 u l-Artikolu 1098 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Deċiżjoni dwar rikors għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà (exequatur) tista’ tiġi appellata. Il-kompetenza għal deċiżjoni fuq appell kontra deċiżjoni dwar rikors għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà (exequatur) hija tal-Qorti tal-Appell (l-Artikolu 96 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Deċiżjoni mogħtija fl-appell (apel) tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ rieżami fuq punt ta' liġi (l-Artikolu 97(1) tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Rieżami fuq punt ta' liġi jaqa' taħt il-kompetenza tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înaltei Curţi de Casaţie şi Justiţie):

Str. Batiştei, nr. 25, sector 2, cod poştal 020934, Bucharest

Telefon: 004021-310.39.08, 004021-310.39.09, 004 021-310.39.12.

Websajt: http://www.scj.ro.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Skont l-Artikolu 19, għal proċedura ta' rieżami (procedura de reexaminare):

Il-qorti kompetenti hija dik li tkun ħarġet id-deċiżjoni, tipikament qorti jew tribunal distrettwali.

Skont l-Artikolu 505(1) tal-Liġi Nru 134/2010, dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors għal annullament jiġi ppreżentat lill-qorti li s-sentenza tagħha tkun qed tiġi kkontestata.

Skont l-Artikolu 510(1) tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors għal rieżami jiġi ppreżentat mal-qorti li tkun ħarġet is-sentenza finali li fir-rigward tagħha jkun ġie ppreżentat rikors għal rieżami.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Id-Direttorat għal-Liġi Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja

str. Apolodor nr. 17

Sector 5, Bucharest

cod 050741

tel. 0040372041077

faks 0040372041079, 0040372041084

email: ddit@just.ro jew dreptinternational@just.ro

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-awtorità b'kompetenza għall-eżekuzzjoni hija l-qorti li l-post tar-residenza jew il-post tal-eżekuzzjoni tad-debitur ikun jinsab fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Ir-Rumen.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Minbarra r-Rumen, il-Ministeru tal-Ġustizzja jaċċetta l-użu tal-Ingliż u l-Franċiż għall-komunikazzjoni ma' awtoritajiet ċentrali oħra fl-Unjoni Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 07/10/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.