Obbligi ta' manteniment

Polonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Polonja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qrati kompetenti fir-Repubblika tal-Polonja skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma l-qrati reġjonali (sądy okręgowe) (skont l-Artikolu 11511(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Kodeks postępowania cywilnego) tas-17 ta’ Novembru 1964).

Il-qrati kompetenti fir-Repubblika tal-Polonja għall-appelli msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma l-qrati tal-appell (sądy apelacyjne) (l-Artikolu 394 et seq., flimkien mal-Artikolu 11511 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Appell jiġi ppreżentat f’qorti tal-appell permezz tal-qorti reġjonali li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata (l-Artikolu 369, flimkien mal-Artikolu 397(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fil-Polonja, skont l-Artikoli 3981 – 39821 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, appell fil-kassazzjoni (skarga kasacyjna) hija l-proċedura ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. Il-Qorti kompetenti hija l-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy). L-appell fil-kassazzjoni għandu jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Suprema permezz tal-qorti tal-appell (sąd apelacyjny) li ħarġet id-deċiżjoni kkontestata (l-Artikolu 3985(1) flimkien mal-Artikolu 11511(3) tal-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili).

Dettalji ta’ kuntatt għall-Qorti Suprema:

Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy)

Plac Krasińskich 2/4/6

00-951 Warsaw

Poland

Tel.: +48 22 530 8246

Posta elettronika: ppsek@sn.pl

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fil-Polonja, il-proċedura għall-annullament ta’ sentenza dwar arranġament dwar manteniment irregolat bl-Artikolu 11442 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili hija l-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009. Rikors għal din il-proċedura tiġi ppreżentata fil-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata. Dan ifisser li, skont liema qorti tkun tat is-sentenza kkontestata dwar manteniment, il-ġuriżdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 tista’ tkun f’idejn:

(a) qorti distrettwali (sąd rejonowy)

(b) qorti reġjonali (sąd okręgowy) (jekk dik il-qorti tkun tat sentenza dwar manteniment fi proċedimenti ta’ separazzjoni, divorzju jew annullament).

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Awtorità Ċentrali maħtura skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 fil-Polonja hija:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerstwo Sprawiedliwości)

Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u d-Drittijiet tal-Bniedem (Departament Współpracy Międzynarodowej i Praw Człowieka)

Id-Diviżjoni għall-Irkupru Internazzjonali ta’ Manteniment u Investigazzjonijiet Transfruntiera dwar Kwistjonijiet ta’ Responsabbiltà tal-ġenituri (Wydział ds. Międzynarodowego Dochodzenia Alimentów oraz Transgranicznych Postępowań Dotyczących Odpowiedzialności Rodzicielskiej)

Al. Ujazdowskie 11

00-950 Warsaw

Tel. / Faks: +48 22 23-90-870 +48 22 628 09 49

Posta elettronika: alimenty@ms.gov.pl

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qrati reġjonali (sądy okręgowe) huma maħtura bħala l-awtorità ċentrali għall-preżentazzjoni tar-rikorsi u t-teħid ta’ kwalunkwe azzjoni xierqa relatata mar-rikorsi ppreżentati.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati reġjonali huma elenkati fl-Anness 2 PDF (155 Kb) pl.

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Skont l-Artikolu 843(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-awtorità kompetenti fil-Polonja biex jinbdew l-azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 hija l-qorti distrettwali (sąd rejonowy) b’ġuriżdizzjoni ratione materiae, meta l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni jkunu għaddejja; meta l-eżekuzzjoni tkun għadha ma nbdietx, din l-awtorità tkun il-qorti distrettwali (sąd rejonowy) b’ġuriżdizzjoni ratione materiae skont ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ġenerali.

Skont l-Artikolu 758 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-awtorità kompetenti fil-Polonja biex jinbdew l-azzjonijiet msemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 hija l-qorti distrettwali (sąd rejonowy) li tinkludi l-bailiff li jkun qed jeżegwixxi d-deċiżjonijiet tagħha.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati huma elenkati fuq https://www.gov.pl/web/sprawiedliwosc/znajdz-wybrany-sad-powszechny

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Polonja taċċetta biss il-lingwa Pollakka għat-traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet ċentrali fil-Polonja għal kwalunkwe komunikazzjoni oħra, f’konformità mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009, huma: il-Pollakk u l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.