Obbligi ta' manteniment

Litwanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Litwanja

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament u l-appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali rikorsi skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament huma eżaminati mil-Lietuvos apeliacinis teismas [Qorti tal-Appell tal-Litwanja].

The Court of Appeal of Lithuania

Gedimino pr. 40/1

LT-01503 Vilnius
Tel. (8 5) 266 3479

Faks: (8 5) 266 3060
e-mail :apeliacinis@apeliacinis.lt

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Sentenza adottata mill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja wara li tisma’ appell minn deċiżjoni dwar rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tista’ tiġi appellata fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema tal-Litwanja. It-tali appelli jinstemgħu skont ir-Regoli li jirregolaw il-proċedimenti fil-qorti tal-kassazzjoni, kif stabbilit mill-Kodiċi Litwan tal-Proċedura Ċivili, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament jew fil-Liġi Litwana li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik internazzjonali li tirregola l-proċedimenti ċivili. Meta jintlaqa’ appell quddiem il-qorti tal-kassazzjoni, dan jiddaħħal bi prijorità fil-lista ta’ kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema. Il-Qorti Suprema tistabbilixxi skadenza ta’ mhux iktar minn 14-il jum biex jiġu ppreżentati r-risposti tal-appell. Fin-notifika tagħha tar-reġistrazzjoni tal-appell fil-lista tal-kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema (l-Artikolu 350(7) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), il-Qorti Suprema tinnotifika lill-partijiet u lil persuni oħra involuti fil-każ dwar l-iskadenza stabbilità għar-risposta tal-appell.

Il-partijiet huma obbligati li jissottomettu risposta bil-miktub għall-appell filwaqt li persuni oħra involuti fil-każ jistgħu jissottomettu risposta bil-miktub għall-appell sad-data tal-iskadenza stabbilità mill-Qorti Suprema. Dik l-iskadenza hija kkalkulata mid-data li fiha l-appell jiddaħħal fil-lista ta’ kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Id-deċiżjonijiet ta’ manteniment jiġu riveduti, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament, mill-qorti li tkun tathom. Ladarba tkun aċċettat rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar l-obbligi ta’ manteniment, il-qorti għandha tibgħat kopja ta’ dak ir-rikors u l-annessi tiegħu lir-rikorrent u tinfurmah li hu għandu jippreżenta tweġiba bil-miktub għar-rikors fi żmien 14-il jum mid-data li fiha jkun intbgħat ir-rikors. Rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar l-obbligi ta’ manteniment jiġi eżaminat mill-qorti permezz ta’ proċedura bil-miktub. Jekk tqis li jkun meħtieġ, il-Qorti tista’ ssejjaħ proċedimenti orali biex tisma’ r-rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar il-manteniment. Il-Qorti trid teżamina rikors għal reviżjoni ta’ deċiżjoni dwar l-obbligi ta’ manteniment mhux iktar tard minn 14-il jum wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tar-risposti u trid tagħti deċiżjoni dwar waħda mill-possibilitajiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Vilnius State-guaranteed Legal Aid Service

Odminių g. 11

LT-01122 Vilnius

Numru tat-telefon: (8 5) 264 7480

Numru tal-faks: (8 5) 264 7481

E-mail: vilniausvgtpt@infolex.lt

Fejn ir-rikorsi jirrelataw ma’ obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied lejn persuni taħt il-21 sena, il-Bord tal-Fond tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol iwettaq il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali.

Konstitucijos pr. 12-101

LT-09308 Vilnius

Numru tat-telefon: +370 443 26659

Numru tal-faks: +370 443 27341

E-mail: mazeikiai@sodra.lt

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Meta r-rikorsi jikkonċernaw obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied fir-rigward ta’ persuni taħt l-età ta’ 21 sena, l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Manteniment tat-Tfal taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u tax-Xogħol twettaq il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali skont l-Artikolu 51 tar-Regolament.

Dettalji ta’ kuntatt tal-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Manteniment tat-Tfal taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol:


Rinktinės g. 48A

LT-09318 Vilnius
Numru tat-telefon: (8 5) 272 8081

Numru tal-faks: (8 5) 265 3984
E-mail: info@vif.lt

Meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, tingħata għajnuna legali garantita mill-Istat fir-rigward tar-rikorsi elenkati fl-Artikolu 56 tar-Regolament skont il-proċedura stabbilità mil-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Liġi Litwana li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u dik internazzjonali li tirregola l-proċedimenti ċivili, jew fir-Regolament. Jekk isir evidenti matul ir-reviżjoni tar-rikorsi elenkati fl-Artikolu 56 tar-Regolament li rikorrent ikun jeħtieġ għajnuna legali garantita mill-Istat, is-Servizz tal-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat ta’ Vilnius u l-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Manteniment tat-Tfal taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u tax-Xogħol jittrażmettu r-rikors għal għajnuna legali garantita mill-Istat direttament lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ għajnuna legali garantita mill-Istat, jiġifieri s-servizzi Litwana ta’ għajnuna legali ggarantiti mill-Istat.

Ismijiet u dettalji ta’ kuntatt tas-servizzi Litwana tal-għajnuna legali ggarantiti mill-Istat

Servizz tal-għajnuna legali ggarantit mill-Istat

Indirizz

Telefon

Faks

Email

Vilnius State-guaranteed Legal Aid Service

Odminių g. 3, LT 01122 Vilnius

852647480

852647481

vilniausvgtpt@infolex.lt

Kaunas State-guaranteed Legal Aid Service

Kęstučio g. 21, LT 44320 Kaunas

837408601, 837428404

837428403, 837428405

kaunovgtpt@infolex.ltt

Klaipėda State-guaranteed Legal Aid Service

Herkaus Manto g. 37, LT-92236 Klaipėda

846256176

846256176

kl.vgtpt@infolex.lt

Šiauliai State-guaranteed Legal Aid Service

Dvaro g. 123A, LT 76208, Šiauliai

841520040

841520040

svgtpt@svgtpt.lt

Panevėžys State-guaranteed Legal Aid Service

Klaipėdos g. 72, LT 35193, Panevėžys

845570152

845436201

paneveziovgtpt@infolex.lt

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Ir-rikorsi għar-rifjut li tiġi infurzata d-deċiżjoni ta’ manteniment tal-qorti tal-oriġini, jew kollha kemm hi jew parzjalment, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament, għandhom jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja.

The Court of Appeal of Lithuania
Gedimino pr. 40/1
LT-01503 Vilnius
Numru tat-telefon: (8 5) 266 3479
Numru tal-faks: (8 5) 266 3060
E-mail: apeliacinis@apeliacinis.lt

Ir-rikorsi biex jiġi sospiż l-infurzar tad-deċiżjoni dwar il-manteniment tal-qorti tal-oriġini, jew b’mod sħiħ jew parti minnu, kif imsemmi fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament, jinstemgħu mill-qorti distrettwali tal-post fejn qed jintalab l-infurzar.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Litwan hija l-unika lingwa aċċettata għat-traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament, iżda kemm il-Litwan kif ukoll l-Ingliż huma aċċettati għat-traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 28 u 40.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwi aċċettati għal skop ta’ komunikazzjoni bejn l-Awtorità Ċentrali Litwana u Awtoritajiet Ċentrali oħrajn, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament, huma l-Litwan u l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 08/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.