Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Il-qorti distrettwali li tinsab fis-sede tal-qorti reġjonali; f'Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Buda. L-appelli huma ġestiti mill-qrati reġjonali jew, f'Budapest, il-Qorti Reġjonali Kapitali ta' Budapest.
Talba għal reviżjoni mill-Qorti Suprema (Curia), trid tiġi sottomessa lill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-prim istanza.
Il-proċedura ta' revizjoni skont l-Artikolu 19 trid tinbeda fil-qorti distrettwali li taġixxi fil-prim istanza, skont ir-regoli ta' proċess mill-ġdid (Att III tal-1952 tal-Kodiċi tal-Proċedura ċivili, Kapitolu XIII, Taqsimiet 260-269.
Ministry of Justice of Hungary
1054 Budapest,
Kossuth tér 2-4,
Tel: (36) 1 795 4846,
Faks: (36) 1 795 0463,
Email: nmfo@im.gov.hu
Fil-proċedimenti skont l-Artikolu 21(2), il-qorti distrettwali li tinsab fis-sede tal-qorti reġjonali jew f'Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Buda. Fi proċedimenti skont l-Artikolu 21(3), il-qorti distrettwali li fil-ġuriżdizzjoni tagħha huwa stabbilit il-marixxall tal-qorti fil-proċedura ta' infurzar.
Ungeriż.
(a) Formoli għas-sottomissjoni ta' applikazzjoni: Ungeriż
(b) Formoli għas-sottomissjoni ta' talba: Ungeriż, Ingliż jew Ġermaniż
(c) Għal komunikazzjoni oħra, l-Awtorità Ċentrali meta ssirilha talba taċċetta l-Ingliż u l-Ġermaniż apparti l-Ungeriż.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.