Obbligi ta' manteniment

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Greċja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Il-qorti li għandha l-kompetenza li tisma’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 27(1) hija l-Qorti tal-Prim’Istanza, u skont l-Artikolu 32(2) il-qorti li għandha l-kompetenza li tisma’ l-appelli minn deċiżjonijiet meħuda f’dawn l-applikazzjonijiet hija l-Qorti tal-Appell li l-Qorti tal-Prim’Istanza li ħarġet id-deċiżjoni tkun fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha.

Il-proċedura ta’ rimedju stipulata fl-Artikolu 32(2) hija l-appell (έφεση).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċedura ta’ rimedju stipulata fl-Artikolu 33 hija l-appell fil-kassazzjoni (αίτηση αναίρεσης). Il-qorti li tittratta l-proċedura ta' rimedju hi l-Qorti Suprema Ċivili u Kriminali tal-Greċja (Areios Pagos jew bil-Grieg: Άρειος Πάγος).

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Skont l-Artikolu 19, deċiżjoni mogħtija b’kontumaċja minn qorti barranija tista’ tiġi kkontestata mill-parti kontumaċi/l-konvenut.L-appelli kontra deċiżjonijiet mogħtija b’kontumaċja jinġiebu quddiem il-qorti li tkun tat id-deċiżjoni.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili u Kriminali tal-Ministeru tal-Ġustizzja ġie nnominat bħala l-Awtorità Ċentrali skont l-Artikolu 49(3).

Mesogeion 96

11527 Athens

Tel.: (+30) 213 1307312

Faks: (+30) 213 1307499

E-mail: civilunit@justice.gov.gr mntolia@justice.gov.gr vsarigiannidis@justice.gov.gr

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Fil-liġi Griega m’hemmx dispożizzjoni li tippermetti lil entitajiet pubbliċi jew entitajiet suġġetti għal superviżjoni mill-awtorità kompetenti li jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ Awtorità Ċentrali kif stipulat fl-Artikolu 51(3) .

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-awtorità li għandha l-kompetenza fil-qasam tal-eżekuzzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 21 hija l-Qorti tal-Prim’Istanza.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Grieg.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwi aċċettati mill-Awtorità Ċentrali għal skopijiet ta’ komunikazzjoni ma’ Awtoritajiet Ċentrali oħra msemmija fl-Artikolu 59 huma l-Grieg u l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 01/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.