Obbligi ta' manteniment

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

L-awtorità maħtura skont tal-Artikolu 27(1) hija l-President tal-Qorti Ċivili (Tribunal judiciaire) jew il-President tal-Kamra tan-Nutara.

L-awtorità maħtura skont l-Artikolu 32(2) hija l-Qorti tal-Appell (Cour d’appel).

L-awtorità li għandha ġuriżdizzjoni territorjali maħtura skont l-Artikolu 27(1) hi determinata, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(2) skont l-indirizz tar-residenza abitwali tal-parti li l-eżekuzzjoni qed tintalab fil-konfront tagħha, jew skont il-post tal-eżekuzzjoni.

L-awtorità maħtura skont l-Artikolu 32(2) hi dik kompetenti biex tieħu konjizzjoni ta’ rikorsi kontra deċiżjonijiet tal-imħallef li jittratta kwistjonijiet dwar il-familja (juge aux affaires familiales).

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċedura prevista fl-Artikolu 33 hija l-appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation), skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikoli 973 sa 982 u 1009 sa 1031 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Il-proċedura ta' rieżami prevista fl-Artikolu 19 tar-Regolament hija l-appell, li jista' jsir quddiem il-qorti tal-appell, li taħtha tkun taqa' l-qorti li tkun tat id-deċiżjoni kkontestata.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

Direttorat għall-Franċiżi li jinsabu barra minn pajjiżhom u tal-amministrazzjoni konsulari

Servizz dwar il-konvenzjonijiet, l-affarijiet ċivili u l-kooperazzjoni ġudizzjarja

Sotto-direttorat għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni

Uffiċċju dwar l-irkupru ta' ħlasijiet għall-manteniment f'pajjiż barrani

27, Rue de la Convention

CS- 91533

F - 75732 PARIS CEDEX 15

Telefown: + 33 (0)1 43 17 91 99

Fax : +33 (0)1 43 17 81 97

E-mail: obligation.alimentaire@diplomatie.gouv.fr

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-imħallef li se jwettaq l-eżekuzzjoni u li jkollu ġurisdizzjoni territorjali huwa dak li jinsab fl-istess post fejn jirrisjedi d-debitur jew fil-post fejn se tiġi eżegwita l-miżura. Jekk id-debitur jirrisjedi barra minn pajjiżu jew jekk il-post tad-domiċilju ma jkunx magħruf, l-imħallef li jkollu ġurisdizzjoni huwa dak tal-post fejn se tiġi eżegwita l-miżura.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-lingwa Franċiża biss.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-lingwa Franċiża biss.

L-aħħar aġġornament: 08/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.