Obbligi ta' manteniment

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Finlandja

Liġi tal-Familja - obbligi ta’ Manteniment


*input mandatarju

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Il-qorti li għandha l-kompetenza biex tittratta kwistjonijiet skont l-Artikolu 27(1) hija l-käräjäoikeus/tingsrätt (il-Qorti Distrettwali). Il-qorti li tisma’ l-appelli skont l-Artikolu 32(2) hija l-hovioikeus/hovrätt (il-Qorti tal-Appell).

Id-dettallji biex isir kuntatt ma’ dawn il-qrati huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index/yhteystiedot.html

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Il-proċedura għal rimedju msemmija fl-Artikolu 33 tinvolvi appell quddiem il-korkein oikeus/högsta domstolen (il-Qorti Suprema) jekk tiġi ddikjarata ammissibbli (il-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, il-Kapitolu 30, l-Artikoli 1-5 kif applikabbli)

Appelli kontra sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema.

Persuna li tkun tixtieq tappella kontra sentenza trid titlob awtorizzazzjoni biex jitressaq appell lill-Qorti Suprema.

L-awtorizzazzjoni biex jitressaq appell tista' tingħata biss jekk ikun importanti li l-kawża titressaq quddiem il-Qorti Suprema għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi f'każijiet oħra simili jew minħabba l-uniformità fil-prassi legali. Tista' tingħata wkoll awtorizzazzjoni biex jitressaq appell jekk ikun hemm raġuni speċjali għal dan minħabba li jkun sar żball proċedurali jew żball ieħor fil-kawża, liema żball jista' jkun raġuni biex is-sentenza tiġi revokata jew tiġi annullata, jew ikun hemm raġuni importanti oħra biex tingħata awtorizzazzjoni biex jitressaq appell;

L-istruzzjonijiet għall-appell jiġu annessi mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell. L-istruzzjonijiet jindikaw ir-raġunijiet għaliex tista' tingħata awtorizzazzjoni biex jitressaq appell skont il-liġi u kif il-persuna li tkun qed titlob biex tressaq appell għandha tipproċedi sabiex l-appell jinstema' mill-Qorti Suprema. L-iskadenza biex tintalab awtorizzazzjoni biex jitressaq appell u biex jiġi ppreżentat l-appell hija ta' 60 jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tkun saret disponibbli għall-partijiet.

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Ir-rikorsi għal proċedura ta’ rieżami għall-iskopijiet tal-Artikolu 19 iridu jsiru quddiem il-qorti li tkun ħadet id-deċiżjoni finali fil-każ. Il-proċedura hija rregolata mill-Artikoli 3-5 u 14a tal-Kapitolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, kif applikabbli. Id-dettallji biex isir kuntatt ma’ dawn il-qrati huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index/yhteystiedot.html

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

L-awtorità ċentrali tal-Finlandja hija l-oikeusministeriö / justitieministeriet [Ministeru tal-Ġustizzja].

Id-dettalji ta’ kuntatt tagħha huma:

Oikeusministeriö [Ministeru tal-Ġustizzja]

Unità għall-Amministrazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali

PL 25

FIN-00023 Valtioneuvosto [Gvern]

Telefown 358-9-1606 7628

Faks 358-9-1606 7524

Posta elettronika maintenance.ca@om.fi

Jekk jogħġbok innota li l-Kansaneläkelaitos (KELA) / Folkpensionsanstalten [Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Finlandja], li hija entità pubblika, tista' twettaq xi wħud mill-kompiti fdati lill-awtorità ċentrali (għal aktar dettalji, ara l-Artikolu 71(1)(e) Korpi pubbliċi). Madankollu, l-applikazzjonijiet kollha riċevuti fil-Finlandja għandhom jiġu indirizzati lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Il-Kansaneläkelaitos / Folkpensionsanstalten [Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali] hija l-korp pubbliku maħtur skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament dwar il-Manutenzjoni.
Meta l-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali tkun tat manteniment lil individwu intitolat għalih, hija twettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ċentrali li ġejjin:

  • tapplika għar-rikonoxximent jew rikonoxximent u dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 56(1)(a);
  • tapplika għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew li għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest skont l-Artikolu 56(1)(b);
  • tagħmel talba għal miżuri speċifiċi taħt l-Artikolu 53(1).

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali huma:

Kansaneläkelaitos [Istituzzjoni tal-Assigurazzjoni Soċjali]
Perintäkeskus
PL 50

FI-00601 Helsinki;

Finland

Tel. : +35820 634 4940 (individwi)

+35820 634 4942 (awtoritajiet)

Faks: +35820 635 3330
Posta elettronika: maintenance@kela.fi

Sit web: http://www.kela.fi/in/internet/english.nsf

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

L-awtorità kompetenti għall-iskopijiet tal-Artikolu 21 hija l-ulosottomies/utmätningsman (l-uffiċjal eżekuttiv tal-qorti) fil-lok ta’ residenza jew fid-domiċilju tal-konvenut. Ir-rikors imsemmi f’dak l-Artikolu jista’ jiġi indirizzat lil kwalunkwe aġenzija eżekuttiva lokali.

Id-dettalji biex isir kuntatt ma’ dawn l-aġenziji eżekuttivi huma disponibbli fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja fl-indirizz: http://www.oikeus.fi/ulosotto/fi/index/yhteystiedot.html

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Finlandja tilqa' traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bl-Ingliż.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-Finlandja taċċetta l-lingwa Finlandiża, Żvediża u Ingliża għal skopijiet ta’ komunikazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 15/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna