Talbiet żgħar

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Svezja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qorti kompetenti biex teżamina rikors biex tinfetaħ Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija l-qorti distrettwali (tingsrätt).

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Ir-rikorsi biex tinfetaħ Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar isiru jiġu ppreżentati fil-qorti distrettwali kompetenti direttament jew bil-posta. Huwa possibbli wkoll li jiġi ppreżentat rikors b’mod elettroniku permezz ta’ servizz elettroniku disponibbli fis-sit web tal-Qrati Żvediżi: Iffirma u ppreżenta d-dokumenti b’mod diġitali – il-Qrati Żvediżi.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Il-qorti distrettwali jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell kontra sentenza tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, il-qorti tal-appell (hovrätt) jew il-Qorti Suprema (Högsta domstolen). Informazzjoni tista tinkiseb ukoll mis-sit web tal-Qrati Żvediżi http://www.domstol.se/.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Awtorità tista’ tinnotifika d-dokumenti elettronikament (eż. bil-posta elettronika). L-ewwel kunsiderazzjoni li tingħata biex jintgħażel metodu ta’ notifikazzjoni hija li dan jeħtieġ li jkun xieraq għall-kontenut u d-daqs tad-dokument u jeħtieġ li jkun jirrikjedu l-inqas spejjeż u inkonvenjenza possibbli. Id-dokumenti ma għandhomx jiġu nnotifikati b’tali mod li ma jkunx xieraq għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

Komunikazzjoni oħra bil-miktub tista’ tintbagħat bil-posta jew elettronikament (eż. bil-posta elettronika).

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Ma hemm l-ebda obbligu li wieħed jaċċetta dokumenti b’notifika elettronika.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

It-tariffa tar-rikors hija SEK 900. Din tista’ titħallas permezz ta’ karta tal-kreditu ((Mastercard/Visa) jew trasferiment bankarju mis-sit web tal-Qrati Żvediżi http://www.betala.domstol.se/.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Appell kontra sentenza ta’ qorti distrettwali jista’ jsir lill-qorti tal-appell. L-appelli jridu jaslu għand il-qorti distrettwali fi żmien tliet ġimgħat mid-data li fiha l-partijiet jirċievu s-sentenza. L-appelli jridu jiġu indirizzati lill-qorti tal-appell kompetenti.

Jekk parti tippreżenta appell kontra sentenza tal-qorti distrettwali, il-parti l-oħra, apparti dak li ġie ddikjarat hawn fuq, tista’ tappella kontra s-sentenza fi żmien ġimgħa mill-jum li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-appell lill-ewwel parti. Tali appell jiskadi jekk l-ewwel appell jiġi rtirat jew jiskadi għal xi raġuni oħra.

Appell kontra sentenza ta’ qorti tal-appell jista’ jsir lill-Qorti Suprema. L-appelli jridu jaslu għand il-qorti tal-appell fi żmien eba’ ġimgħat mid-data li fiha ngħatat is-sentenza.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Ir-rikorsi għal rieżami jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-appell kompetenti.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Sabiex jiġi aċċettat, ċertifikat maħruġ minn Proċedura Ewropea ta’ Talbiet Żgħar irid jinħareġ bl-Iżvediż jew bl-Ingliż, jew jiġi tradottu f’waħda minn dawn il-lingwi.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

L-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten) għandha l-kompetenza fir-rigward tal-eżekuzzjoni fl-Iżvezja u anki tieħu deċiżjonjiet skont l-Artikolu 23.

L-aħħar aġġornament: 01/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.