Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
[1]Ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, il-Parti I, Nru 247 tal-10 ta' April 2015.
(6) Id-dokumenti proċedurali u dokumenti proċedurali oħrajn jistgħu jiġu nnotifikati mill-uffiċjal tal-qorti u bil-faks, bil-posta elettronika / b'mezzi oħra li jippermettu t-trażmissjoni tal-kontenut tad-dokument u l-konferma tal-irċevuta tiegħu, meta l-parti kkonċernata tkun ipprovdiet lill-qorti d-dettalji tagħha għal din il-fini. Għall-finijiet tal-konferma tal-irċevuta, meta tibgħat dokument proċedurali, il-qorti tibgħat ukoll formola li jkun fiha li ġej: isem il-qorti, id-data, isem l-uffiċjal ikkonċernat u d-dokumenti mibgħuta; din il-formola trid timtela mid-destinatarju fid-data tal-irċevuta, bl-isem miktub ċar, u bil-firma tal-persuna responsabbli biex tirċievi l-korrispondenza. Il-formola tiġi rritornata lill-qorti, b'faks, bil-posta elettronika, jew b'mezzi oħrajn.
It-tweġiba għandha tinkludi: l-isem u l-kunjom, in-numru ta' identifikazzjoni personali, id-domiċilju jew ir-residenza tal-intimat jew, għall-persuni ġuridiċi, l-isem u l-uffiċċju rreġistrat u, meta jkun xieraq, il-kodiċi ta' reġistrazzjoni jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tal-entrata fir-reġistru kummerċjali jew fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi, u l-kont tal-bank jekk l-intimat ma jkunx semmieh diġà fid-dikjarazzjoni tat-talba. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 148(1)(II) japplikaw kif xieraq. Jekk l-intimat ikun jgħix barra l-pajjiż, it-tweġiba tagħti wkoll indirizz fir-Rumanija fejn jintbagħtu l-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-każ.
Id-dikjarazzjoni tat-talba għandha tinkludi:
a) l-isem u l-kunjom, id-domiċilju jew ir-residenza tal-partijiet jew, għall-persuni ġuridiċi, l-uffiċċju rreġistrat. Hija għandha tinkludi wkoll in-numru ta' identifikazzjoni personali jew, skont il-każ, il-kodiċi ta' reġistrazzjoni jew in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tal-entrata fir-reġistru kummerċjali jew fir-reġistru tal-persuni ġuridiċi, u l-kont tal-bank tar-rikorrent u tal-intimat, jekk il-partijiet dawn il-partijiet ikunu ġew assenjati dawn l-elementi ta' identifikazzjoni skont il-liġi, sa fejn ikun jaf ir-rikorrent. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 148(1)(II) għandhom japplikaw. Jekk ir-rikorrent ikun jgħix barra l-pajjiż, it-tweġiba tindika wkoll indirizz fir-Rumanija fejn jintbagħtu l-komunikazzjonijiet kollha li jikkonċernaw il-każ.
(1) Kull talba indirizzata lill-qrati trid issir bil-miktub u trid tinkludi isem il-qorti indirizzata, l-isem u l-kunjom, id-domiċilju jew ir-residenza tal-partijiet jew, meta jkun il-każ, l-isem u l-post tan-negozju tagħhom, l-isem u l-kunjom, id-domiċilju jew ir-residenza tar-rappreżentanti tagħhom, meta jkun il-każ, l-oġġett, il-valur tat-talba, meta jkun il-każ, ir-raġunijiet għat-talba u l-firma. Meta jkun il-każ, it-talba trid tinkludi indirizz tal-posta elettronika jew id-dettalji tal-kuntatt indikati għal din il-fini mill-partijiet, u numru tat-telefown, numru tal-faks jew simili.
(2) Rikorsi ppreżentati personalment jew bi prokura jistgħu jinkitbu b'format elettroniku, jekk ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi.
(3) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (2) japplikaw ukoll f'każijiet fejn dan il-Kodiċi jeħtieġ li s-sottomissjonijiet, l-argumenti jew il-konklużjonijiet tal-partijiet jew kwalunkwe dokument proċedurali ppreżentat lill-qorti ikun bil-miktub.
Wara li każ jitressaq il-qorti, ir-rikorsi, it-tweġibiet jew dokumenti oħrajn jistgħu jintbagħtu direttament lill-qorti permezz ta' avukat jew konsulent legali jekk ikollhom il-partijiet. F'dan il-każ, ir-riċevitur tat-talba jiċċertifika l-irċevuta tal-kopja ppreżentata l-qorti jew, meta jkun il-każ, b'kull mezz ieħor li jiżgura li din il-proċedura tiġi kkompletata.
(1) Dikjarazzjoni ta’ talba ppreżentata personalment jew bi prokura, bil-posta, b'kurjer jew b'faks jew skennjata u mibgħuta bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, tkun irreġistrata u ttimbrata bid-data tal-wasla.
(4) Jekk id-dikjarazzjoni tkun ġiet ikkomunikata, skont il-liġi, b'faks jew bil-posta elettronika, l-uffiċjal huwa awtomatikament meħtieġ jagħmel kopji tad-dikjarazzjoni aspejjeż tal-parti li obbligata tagħmilhom. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 154 (6) għandhom ikomplu japplikaw.
(1) Fir-rigward tal-eżekuzzjoni, ir-rikorsi elenkati hawn taħt huma suġġetti għat-taxxi li ġejjin:
(…)
b) rikors għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni, inkluża eżekuzzjoni provviżorja - RON 50.
(2) Jekk l-eżekuzzjoni tkun ikkontestata, it-taxxa tiġi kkalkulata fuq il-valur tal-oġġetti involuti fl-eżekuzzjoni kkontestata, jew fuq l-ammont tad-dejn ikkonċernat, meta d-dejn ikun inqas mill-valur tal-oġġetti. Din it-taxxa ma tistax taqbeż l-RON 1 000 irrispettivament mill-ammont disputat. Jekk is-suġġett tal-eżekuzzjoni ma jistax jiġi vvalutat fi flus, l-oġġezzjoni għall-proċedimenti ta' eżekuzzjoni tkun suġġetta għal taxxa ta' RON 100.
(3) Jekk l-oġġezzjoni għall-proċedimenti ta' eżekuzzjoni tirreferi wkoll, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 712(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura ċivili, għal raġunijiet ta' fatt u tad-dritt relatati mas-sustanza tad-dritt, it-taxxa tal-boll tkun iddeterminata skont l-Artikolu 3(1).
It-taxxi tal-boll ġudizzjarji għandhom jitħallsu bil-quddiem, ħlief fejn previst mod ieħor mil-liġi.
Jekk il-persuna responsabbli li tħallas it-taxxa tal-boll ġudizzjarja ma jkollha l-ebda domiċilju jew residenza jew, meta jkun il-każ, l-ebda uffiċċju rreġistrat fir-Rumanija, it-taxxa tal-boll għandha titħallas fil-kont tal-baġit lokali tal-unità amministrattiva ta' fejn tkun ibbażata l-qorti li tintroduċi l-azzjoni jew l-applikazzjoni, f'kontanti, bi trasferiment bankarju jew b'sistema onlajn; dan il-kont għandu jkun kont separat tad-dħul tal-baġit lokali għal "taxxi tal-boll ġudizzjarji u oħrajn" fl-unità territorjali amministrattiva fejn il-persuna fiżika jkollha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, meta jkun il-każ, fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha.
- appell għal annullament tas-sentenza finali (appell straordinarju) jista' jsir jekk ir-rikorrent ma jkunx tħarrek kif xieraq u ma kienx preżenti għall-proċedimenti; l-appell għall-annullament jitressaq fil-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata (l-Artikoli 503(1) u 505(1) KPĊ);
- rieżami (appell straordinarju) ta' sentenza fuq is-sustanza (jew le) jista' jkun meħtieġ jekk parti ma tkunx tħalliet tidher il-qorti minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħha u l-qorti tkun mgħarrfa b'dan; ir-rikors għal rieżami jrid jiġi ppreżentat lill-qorti li tkun tat id-deċiżjoni li qed jintalab rieżami għaliha (l-Artikolu 509(1)(9) u (2) u l-Artikolu 510(1) KPĊ);
- parti li taqbeż skadenza tingħata skadenza ġdida biss jekk tkun tista' tagħti raġunijiet dovutament ġustifikati għad-dewmien; għal dik il-fini, il-parti trid tikkonforma mad-dokument proċedurali sa mhux aktar minn 15-il jum wara l-avveniment li pprevjena l-prestazzjoni u titlob skadenza ġdida fl-istess żmien; fil-każ ta' appelli, din l-iskadenza hija identika għal dik prevista għall-proċeduri ta' appell; it-talba għal skadenza ġdida għandha tiġi ttrattata mill-qorti kompetenti li tisma' rikors relatat mad-dritt eżerċitat qabel l-iskadenza (l-Artikolu 186 KPĊ).
Bir-Rumen.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.