Talbiet żgħar

Polonja

Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qorti distrettwali (sądy rejonowe) jew il-qrati reġjonali (sądy okręgowe).

Fil-prinċipju, il-qorti distrettwali għandha l-ġurisdizzjoni (fl-ewwel istanza). Madankollu, il-qorti reġjonali għandha l-ġurisdizzjoni (fl-ewwel istanza) għal kwistjonijiet li, minħabba n-natura tagħhom, huma ta’ kompetenza ratione materiae tal-qrati reġjonali irrispettivament mill-valur tal-pretensjoni. Dawn jinkludu, pereżempju, il-pretensjonijiet ta’ proprjetà għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Sottomissjonijiet bil-miktub f’forma kartaċea.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-Uffiċċji tas-Servizz għall-Konsumaturi (Biura Obsługi Interesantów) fil-qrati distrettwali u reġjonali.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-metodi ta’ komunikazzjoni elettronika mhumiex permessi.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Ma hemm l-ebda obbligu bħal dan.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Tintalab tariffa stabbilita ta’ PLN 100 għal rikorsi f’kawżi li jkunu qed jinstemgħu skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Tintalab tariffa identika għall-appelli wkoll.

It-tariffi tal-qorti f’materji ċivili jistgħu jitħallsu f’għamla mhux kontanti fil-kont kurrenti tal-qorti kompetenti (l-informazzjoni dwar il-kont tista’ tinkiseb direttament mill-qorti jew mis-sit web tal-qorti, jew mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja), direttament fl-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti, jew f’għamla ta’ bolol tal-qorti disponibbli mill-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Meta jfeġġu ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament, il-qorti kompetenti tagħti s-sentenza tagħha li tista’ tiġi appellata mill-parti kkonċernata fil-qorti tat-tieni istanza (jiġifieri s-sentenzi tal-qorti distrettwali jiġu appellati fil-qorti reġjonali u s-sentenzi tal-qorti reġjonali jiġu appellati fil-qorti tal-appell). L-appelli għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li tkun tat is-sentenza kkontestata fi żmien ġimagħtejn minn meta s-sentenza ssostanzjata tiġi nnotifikata lill-ilmentatur. Jekk il-parti kkonċernata ma tressaqx talba għal notifika ta’ sentenza ssostanzjata fi żmien ġimgħa minn meta titħabbar is-sentenza (jew, fil-każ ta’ sentenza li tingħata f’seduta in camera, fi żmien ġimgħa minn meta s-sentenza tiġi riċevuta), it-terminu perentorju għall-preżentazzjoni ta’ appell jibda jgħodd minn meta jiskadi t-terminu għal tali talba. (l-Artikoli 316 § 1, 367 § 1 u 367 § 2 flimkien mal-Artikoli 369 u 50526 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Meta jfeġġu ċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament, il-qorti tagħti sentenza f’kontumaċja. Il-konvenut jista’ jippreżenta oġġezzjoni kontra s-sentenza f’kontumaċja lill-qorti li tkun tat is-sentenza f’kontumaċja. Fil-każ ta’ eżitu mhux favorevoli, ir-rikorrent għandu d-dritt li jappella skont it-termini ġenerali. (l-Artikoli 339 § 1, 342 u 344 § 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Rikors għall-annullament ta’ sentenza (l-Artikolu 50527a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Il-qorti li tkun tat is-sentenza jkollha l-kompetenza li teżamina r-rikors.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-Pollakk.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-marixxalli tal-qorti (komornicy) huma l-awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-ilmenti kontra l-azzjonijiet meħuda mill-marixxalli tal-qorti jistgħu jsiru quddiem il-qorti distrettwali kompetenti. Il-bażi ġuridika: l-Artikolu 767 § 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Ir-rikors għal rifjut tal-eżekuzzjoni jrid jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali b’ġurisdizzjoni fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur jew, fin-nuqqas ta’ tali qorti, il-qorti reġjonali li fil-ġurisdizzjoni tagħha jkun hemm eżekuzzjoni pendenti jew tkun qed titwettaq eżekuzzjoni.

L-awtorità responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 23 tar-Regolament hija l-qorti distrettwali kompetenti. Il-bażi ġuridika: l-Artikoli 115320 § 1 u § 2 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (għall-eżekuzzjoni li ssir fil-Polonja abbażi ta’ sentenza mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fi Stat Membru ieħor tal-UE) jew l-Artikolu 8202 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (għall-eżekuzzjoni li ssir fil-Polonja abbażi ta’ ordni ta’ titolu eżekuttiv f’għamla ta’ sentenza mogħtija minn qorti Pollakka skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u li jkun fiha dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà).

L-aħħar aġġornament: 04/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.