Talbiet żgħar

Lussemburgu

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix) huwa kompetenti biex jagħti s-sentenzi stipulati mir-Regolament.

Ħolqa għas-sit web nazzjonali: http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Justice de paix de Luxembourg
Bâtiment JP
Cité Judiciaire
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1
Faks: (+352) 465434

Justice de paix de Diekirch
Bei der Aaler Kiirch
L-9211 - Diekirch
Tel: (+352) 808853-1
Faks: (+352) 804190

Justice de paix d'Esch-sur-Alzette
Place Norbert Metz
L-4006 - Esch-sur-Alzette
Tel.: (+352) 530 529

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-Lussemburgu jaċċetta l-posta bħala mezz ta’ komunikazzjoni.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali) - Luxembourg
Cité judiciaire
Bâtiment BC
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 221846

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali) - Diekirch
Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 - Diekirch
Tel.: (+352) 802315

Centre Européen des Consommateurs GIE (Ċentru Ewropew għall-Konsumaturi GIE)

271, route d'Arlon
L-1150 Luxembourg

Tel.: +352 26 84 64 1

Faks: +352 26 84 57 61

Email: info@cecluxembourg.lu

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Fil-Lussemburgu, il-mezzi elettroniċi ta’ notifika jew ta’ komunikazzjoni għadhom mhumiex ammissibbli skont ir-regoli ta’ proċedura u l-komunikazzjoni ssir bil-posta.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Ara (d).

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliż diġà ġew tradotti.

Fil-Lussemburgu ma jitħallsux tariffi tal-qorti lill-qorti kompetenti fil-qafas tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Madankollu, wara s-sentenza, jiġġarrbu xi tariffi tal-qorti fil-livell tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni u wara li ssir talba mill-parti li tkun rebħet il-kawża.

Japplika r-Regolament emendat tal-Gran Dukat tal-24 ta' Jannar 1991 li jiddetermina t-tariffi tal-marixxalli tal-qrati. Issib aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett fis-sit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Chambre des huissiers de justice du Grand-Duché du Luxembourg): http://www.huissier.lu/ .

Fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti), it-tariffa fissa unika għan-notifika tal-atti minn marixxall tal-qorti tammonta għal EUR 138.

Il-ħlas lill-marixxalli tal-qorti jista’ jsir permezz ta’ trasferiment bankarju.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Fil-każijiet li fihom l-ammont tat-talba ma jaqbiżx l-EUR 2 000.00, id-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tal-Ġustizzja jkunu finali. Huwa possibbli biss li jsir appell fuq punti tal-liġi (pourvoi en cassation).

Jekk l-ammont tat-talba jkun jaqbeż l-EUR 2 000.00, sentenza mogħtija fil-Qorti tal-Prim’Istanza minn Kummissarju tal-Ġustizzja tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell (appel) quddiem l-imħallef presedenti tal-qorti distrettwali (Tribunal d’arrondissement). L-appell jista’ jiġi ppreżentat permezz ta’ rikors ippreżentat mill-applikant jew mill-avukat tiegħu. Ir-rappreżentanza minn avukat anzjan (avocat à la cour) hija fakultattiva. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ appell huwa ta’ 40 jum min-notifika tas-sentenza. Il-partijiet jiġu kkonvokati mir-reġistratur tal-qorti minn tal-anqas tmint ijiem qabel is-seduta. Jekk dawn ikunu jgħixu fi Stat Membru ieħor tal-UE, dan il-limitu ta’ żmien jiżdied bi 15-il jum minħabba d-distanza, skont l-Artikolu 167 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili. Il-proċedura quddiem l-imħallef presedenti tal-qorti distrettwali tkun waħda orali.

Jistgħu jiġu ppreżentati appelli fuq punti tal-liġi minn deċiżjonijiet finali ta’ Kummissarju tal-Ġustizzja, kif ukoll minn deċiżjonijiet mogħtija fl-appell mill-Imħallef presedenti ta’ qorti distrettwali. Il-qorti kompetenti hija l-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation) u r-rappreżentanza minn avukat anzjan hija obbligatorja.

Il-ħolqa għas-sit web nazzjonali: http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Tribunal d'arrondissement de Luxembourg
Bâtiments TL, CO, JT
Cité judiciaire
2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1

Tribunal d'arrondissement de Diekirch
Palais de Justice
Place Guillaume
L-9237 Diekirch
Tel.: (+352) 803214-1
Faks: (+352) 807119

Cour de Cassation
Cité judiciaire
Bâtiment CR
2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-2369/2373

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Il-Prim’Imħallef tat-tribunal tal-Kummissarju tal-Ġustizzja li fih tkun ingħatat id-deċiżjoni, jew is-sostitut tiegħu, huwa responsabbli mid-deċiżjoni dwar ir-rikors għal ritrattazzjoni.

Ir-rikors għal ritrattazzjoni jrid jiġi ppreżentat bil-miktub lir-reġistratur tal-qorti li tkun tat id-deċiżjoni, mill-intimat jew inkella mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. Ir-rappreżentanza minn avukat anzjan hija fakultattiva u l-partijiet jistgħu jidhru personalment jew inkella jistgħu jkunu assistiti jew rappreżentati minn kwalunkwe persuna fost dawk imsemmija fl-Artikolu 106 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili (ħolqa għall-Artikolu 106 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili: http://www.legilux.public.lu/leg/textescoordonnes/codes/nouveau_code_procedure_civile/PageAccueil.pdf - paġni 21 et seq.).

Minn tal-anqas tmint ijiem qabel is-seduta, il-partijiet jiġu kkonvokati biex jidhru quddiem il-qorti mir-reġistratur tal-qorti. Skont l-Artikoli 103 u 167 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, dan il-limitu ta’ żmien jiġi estiż jekk il-partijiet ma jkollhomx id-domiċilju tagħhom jew ma jkunux residenti abitwali fil-Lussemburgu. Il-proċedura quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja tkun waħda orali.

Ħolqa għas-sit web nazzjonali: http://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Justice de paix de Luxembourg
Bâtiment JP
Cité Judiciaire
L-2080 - Luxembourg
Tel.: (+352) 475981-1
Faks: (+352) 465434

Justice de paix de Diekirch
Bei der Aaler Kiirch
L-9211 - Diekirch
Tel.: (+352) 808853-1
Faks: (+352) 804190

Justice de paix d'Esch-sur-Alzette
Place Norbert Metz
L-4006 - Esch-sur-Alzette
Tel.: (+352) 530 529

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliż diġà ġew tradotti.

(1) Fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ġudizzjarji ssir mill-marixxalli tal-qorti.

Issib id-dettalji ta’ kuntatt tal-marixxalli tal-qorti fis-sit web tal-Kamra tal-Marixxalli tal-Qorti tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Chambre des huissiers de justice du Grand-Duché du Luxembourg): http://www.huissier.lu/

(2) Għall-fini tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, l-awtorità kompetenti hija l-Imħallef presedenti tal-Qorti Distrettwali.

L-aħħar aġġornament: 05/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.