Talbiet żgħar

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija stabbilita mid-Deċiżjoni dwar il-qrati, il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom u l-post tagħhom“par tiesām, to darbības teritorijām un atrašanās vietām” .

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Fil-Latvja, ir-rikorsi jiġu aċċettati kemm jekk preżentati bil-posta kif ukoll jekk preżentati personalment fil-qorti inkwistjoni; id-dokumenti jistgħu jiġu ffirmati wkoll mill-attur bl-użu ta’ firma elettronika sigura Latvjana u jiġu sottomessi b’mod elettroniku lill-qorti Latvjana.

Jekk jogħġbok innota wkoll li, fid-dawl tar-Regolament eIDAS u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-UE, ġew imfassla l-emendi tal-liġi dwar id-dokumenti elettroniċi u qed isiru l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa biex jippermettu li dokumenti elettroniċi minn Stati Membri oħra tal-UE jiġu aċċettati dment li dawn jiġu ffirmati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament eIDAS.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

IL-QORTI DISTRETTWALI TAL-BELT TA’ RIGA VIDZEME

Indirizz: Abrenes iela 3, Riga, LV-1356

Tel: 67077222, 67077370, 67077290, 67077259

Fax: 67077203

Posta elettronika: rigas.vidzeme@tiesas.lv

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qrati fil-Latvja jistgħu jiffirmaw dokumenti bl-użu ta’ firma elettronika sigura Latvjana u jistgħu jibagħtuhom b’mod elettroniku meta l-parti kkonċernata tkun ikkonfermat b’mod ċar u esprimiet ix-xewqa tagħha li tirċievi d-dokumenti b’mod elettroniku.

Madankollu, huwa importanti li wieħed jinnota li jista’ jkun hemm każijiet fejn il-firma elettronika sigura Latvjana ma tiġix irrikonoxxuta min-naħa tar-riċevitur.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

L-Artikolu 56 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jipprovdi fost l-oħrajn li t-taħrik għandu jintbagħat lill-avukati, in-nutara, il-marixxalli, il-amministraturi u l-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-gvern lokali bil-posta elettronika. Il-qorti tinforma lill-avukati bid-dokumenti kif ukoll bid-dokumenti elettroniċi permezz tas-sistema online. In-nutara, il-marixxalli, l-amministraturi u l-istituzzjonijiet tal-Istat u tal-gvern lokali jiġu infurmati bid-dokumenti mħejjija mill-qorti u dokumenti oħra f’format elettroniku bil-posta elettronika, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx innotifikat lill-qorti tar-reġistrazzjoni bħala utent tas-sistema online. Jekk parti f’kawża tinnotifika lill-qorti li taqbel li tikkomunika magħha b’mod elettroniku, u tirreġistra bħala utent tas-sistema online, id-dokumenti tal-qorti jiġu nnotifikati lilha permezz tas-sistema online. Jekk il-qorti tiltaqa’ ma’ ostakli tekniċi fin-notifika tad-dokumenti tal-qorti permezz tas-sistema online, dawn għandhom jitwasslu b’mod ieħor stabbilit fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, iżda t-taħrika tintbagħat fl-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mill-parti f’kawża. It-taħrika tintbagħat bil-posta elettronika lir-rappreżentanti li l-post tar-residenza rreġistrat jew l-indirizz għall-korrispondenza tagħhom ikun barra mil-Latvja, filwaqt li d-dokumenti mħejjija mill-qorti u dokumenti oħra f’format elettroniku jintbagħtu lilhom permezz tal-posta elettronika sakemm ma jindikawx ir-reġistrazzjoni tagħhom bħala utent tas-sistema online.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

L-ispejjeż tal-qorti jinkludu:

- tariffa tal-Istat (valsts nodeva);

- tariffa klerikali (kacelejas nodeva);

- tariffi assoċjati mal-eżami tal-kawża.

Kalkulatur tal-ispejjeż tal-qorti:

https://manas.tiesas.lv/eTiesasMvc/e-pakalpojumi/nodevu_kalkulators

It-tariffa tal-Istat

Skont l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ammont speċifiku jitħallas lill-Istat permezz ta’ tariffa għal kull rikors għal talba.

Ir-rikorsi skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma soġġetti għat-tariffi tal-Istat elenkati hawn taħt. Għal talba li tista’ tiġi vvalutata bħala ammont monetarju:

(a) sa EUR 2 134, it-tariffa hija 15 % tal-ammont mitlub, iżda mhux inqas minn EUR 70;

(b) minn EUR 2 135 sa EUR 7 114, it-tariffa hija ta’ EUR 320 flimkien ma’ 4 % tal-ammont mitlub li jaqbeż l-EUR 2 134.

Rikors skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar irid ikun akkumpanjat minn dokument li juri l-ħlas tat-tariffa tal-Istat skont il-proċedura u għall-ammont stabbilit fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Tariffa ġudizzjarja tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

Tariffa ġudizzjarja (tariffa tal-Istat):

Benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Reġistrazzjoni Nru 90000050138

Nru tal-Kont LV55TREL1060190911200

Bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Skop tal-ħlas: id-dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta’ tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.

It-tariffa klerikali

Skont l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, għandha titħallas it-tariffa klerikali:

- għall-ħruġ ta’ vera kopja ta’ dokument f’kawża, kif ukoll għall-ħruġ mill-ġdid ta’ sentenza jew deċiżjoni tal-qorti;

- għall-ħruġ ta’ dikjarazzjoni;

- għall-ħruġ ta’ kopja ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni;

- għaċ-ċertifikazzjoni tad-dħul fis-seħħ ta’ sentenza tal-qorti, jekk tali sentenza għandha tiġi ppreżentata lil istituzzjoni barra mill-pajjiż;

- għal taħrika tax-xhieda.

It-tariffa klerikali (l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

Tariffa klerikali tal-awtorità ġudizzjarja:

Benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Reġistrazzjoni Nru 90000050138

Nru tal-Kont LV39TREL1060190911100

Bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Skop tal-ħlas: id-dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta’ tariffa klerikali jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.

Tariffi assoċjati mal-eżami tal-kawża

L-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jipprovdi li l-ispejjeż relatati mal-eżami ta’ kawża jikkonsistu:

- fl-ammonti pagabbli lix-xhieda u lill-esperti;

- fl-ispejjeż li jirriżultaw mill-interrogazzjoni tax-xhieda jew mit-twettiq ta’ spezzjonijiet fuq il-post;

- fl-ispejjeż imġarrba biex jinstab il-konvenut;

- fl-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ sentenza;

- fl-ispejjeż għall-konsenja, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta’ taħrik u dokumenti oħra tal-qorti;

- fl-ispejjeż tal-pubblikazzjoni ta’ avviżi fil-gazzetti;

- fit-tariffi relatati mal-iżgurar ta’ talba.

Tariffi assoċjati mal-eżami tal-kawża (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) - qrati distrettwali (tal-belt) u reġjonali

Benefiċjarju: Uffiċċju tal-Qrati (Tietsu administrācija)

Nru tar-Reġistrazzjoni 90001672316

Nru tal-Kont LV51TREL2190458019000

Bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Skop tal-ħlas: “21499”, u pprovdi d-dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-eżami ta’ kawża jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

L-appelli kontra s-sentenzi tal-qorti jridu jiġu ppreżentati lill-qorti li tat id-deċiżjoni. Ir-rikors għandu jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali kkonċernata għal deċiżjonijiet tal-qorti distrettwali jew tal-belt.

IL-QORTI REĠJONALI TA’ RIGA

Indirizz: Brīvības bulvāris 34, Riga, LV-1886

Fax: 67088270

Tel: 67088211, 67088262

Posta elettronika: riga.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ KURZEME

Indirizz: Kūrmājas prospekts 2/6, Liepāja, LV- 3401

Tel: 63420059

Fax: 63423479, 63483187

Posta elettronika: kurzeme.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ LATGALE

Indirizz: Atbrīvošanas aleja 95, Rēzekne, LV-4601

Tel: 64625581

Fax: 64624033

Posta elettronika: latgale.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ VIDZEME

Indirizz: Tērbatas iela 13, Valmiera, LV-4201

Tel: 642 32919

Fax: 642 31122

Posta elettronika: vidzeme.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ VIDZEME

Bini tal-Qorti ta’ Madona

Indirizz: Porka iela 1, Madona, LV-4801

Tel: 648 23579

Fax: 648 60691

Posta elettronika: vidzeme.madona.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ ZEMGALE

Indirizz: Akadēmijas iela 9, Jelgava, LV-3001

Tel: 63023508

Fax: 63023911

Posta elettronika: zemgale.apgabals@tiesas.lv

IL-QORTI REĠJONALI TA’ ZEMGALE

Bini tal-Qorti ta’ Aizkraukle

Indirizz: Jaunceltnes iela 5, Aizkraukle, LV-5101

Tel: 65128197

Fax: 65128119

Posta elettronika: zemgale.aizkraukle.apgabals@tiesas.lv

Jista’ jitressaq appell kontra sentenza skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fejn:

(1) il-qorti tal-ewwel istanza tkun applikat jew interpretat b’mod żbaljat regola tal-liġi sostantiva, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża;

(2) il-qorti tal-ewwel istanza tkun kisret regola tal-liġi proċedurali, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża;

(3) il-qorti tal-ewwel istanza tkun għamlet konstatazzjonijiet ta’ fatt żbaljati jew ivvalutat l-evidenza b’mod żbaljat, jew ipprovdiet valutazzjoni legali żbaljata taċ-ċirkostanzi tal-kawża, u dan wassal għal aġġudikazzjoni żbaljata tal-kawża.

Appell li jiddikjara li sentenza hija vvizzjata jrid jindika wkoll dan li ġej:

(1) liema regola tal-liġi sostantiva tkun ġiet applikata jew interpretata b’mod żbaljat mill-qorti tal-ewwel istanza, jew liema regola tal-liġi proċedurali tkun kisret, u kif dan ikun affettwa l-aġġudikazzjoni tal-kawża;

(2) liema mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt li jkunu saru mill-qorti tal-ewwel istanza jkunu żbaljati, liema evidenza tkun ġiet ivvalutata b’mod żbaljat, kif jista’ jitqies li l-valutazzjoni legali taċ-ċirkostanzi tal-kawża tkun vvizzjata, u kif dan ikun affettwa l-aġġudikazzjoni tal-kawża.

Appell kontra sentenza minn qorti tal-ewwel istanza jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 20 jum mill-għoti tas-sentenza. Jekk tkun inħarġet sentenza mqassra, il-perjodu ta’ żmien għall-appell jibda mid-data stabbilita mill-qorti għall-għoti tas-sentenza sħiħa. Jekk is-sentenza tingħata wara d-data indikata, il-perjodu ta’ żmien għall-preżentata ta’ appell kontra s-sentenza jibda mid-data proprja tal-għoti tas-sentenza. Fil-każijiet ta’ hawn fuq u meta sentenza tkun qed tintbagħat lil parti fil-proċedimenti li tkun tgħix barra mill-pajjiż, jista’ jiġi ppreżentat appell fi żmien 20 jum minn meta tinħareġ kopja tas-sentenza. Meta l-kawża tkun ġiet aġġudikata permezz ta’ proċedura bil-miktub, minbarra dak ta’ hawn fuq, it-terminu għall-appell jibda jiddekorri mill-jum meta tingħata s-sentenza.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Rieżami ta’ kawża b’rabta ma’ reviżjoni tas-sentenza jista’ jinbeda mill-konvenut abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, billi jippreżenta rikors:

(1) għar-reviżjoni ta’ sentenza jew deċiżjoni minn qorti distrettwali jew tal-belt – lill-qorti reġjonali korrispondenti;

(2) għar-reviżjoni ta’ sentenza jew deċiżjoni minn qorti reġjonali – lill-Qorti Suprema;

(3) għar-reviżjoni ta’ sentenza jew deċiżjoni minn awla tal-Qorti Suprema – lid-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti Suprema.

APGABALTIESAS PDF (211 Kb) lv

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-Latvjan.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniżl-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi:

Bailiffs awtorizzati

Il-lista ta’ bailiffs awtorizzati hija disponibbli fuq: http://www.lzti.lv/zverinati-tiesu-izpilditaji/

Awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23:

Il-qorti distrettwali jew tal-belt li fil-qasam tal-ġuriżdizzjoni tagħha s-sentenza minn qorti barranija hija eżegwibbli, fuq rikors tad-debitur.

RAJONA (PILSĒTAS) TIESAS PDF (340 Kb) lv

L-aħħar aġġornament: 19/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.