Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Il-Qorti Distrettwali għandha l-ġuriżdizzjoni biex tagħti sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-rikorsi jenħtieġ li jsiru lir-Reġistratur għall-Qorti Distrettwali rilevanti. L-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt fil-qrati distrettwali jistgħu jinstabu fuq:
http://www.courts.ie/offices.nsf/WebCOByJurisdiction?OpenView&Start=1&Count=30&Expand=5#5.
Il-mezzi standard ta’ komunikazzjoni huma l-posta u l-email.
Il-persunal rilevanti tal-qrati jista’ jipprovdi lill-partijiet assistenza prattika fil-mili tal-formoli u informazzjoni ġenerali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll informazzjoni ġenerali dwar liema qrati jew tribunali fl-Irlanda huma kompetenti biex jagħtu sentenza fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.
Dawn il-kwistjonijiet huma koperti minn Regoli tal-Qorti li jipprovdu li –
Mhux applikabbli.
It-tariffa ta’ rikors għal Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija ta’ EUR 25, ir-rata li tapplika għal rikors skont il-proċedura għal talbiet żgħar domestiċi. Kontrotalba hija wkoll EUR 25. Kif indikat f’(a) hawn fuq, ir-rikorsi għal proċedura Ewropea għal talbiet żgħar jenħtieġ li jsiru lir-Reġistratur għall-Qorti Distrettwali rilevanti li mbagħad javża’ lir-rikorrent bl-arranġamenti biex isir il-ħlas. Id-dettalji tal-kuntatt huma bħal dawk f’(a) hawn fuq.
Appell li ma jkunx appell minn tkeċċija skont l-Artikolu 4.4 jista’ jiġi ppreżentat quddiem is-Circuit Court relevanti fi żmien 14-il jum minn meta tingħata d-deċiżjoni. Id-destinatarji u d-dettalji ta’ kuntatt tas-Circuit Court jistgħu jinstabu hawn
http://www.courts.ie/offices.nsf/WebCOByJurisdiction?OpenView&Start=1&Count=30&Expand=4#4.
Ir-Regoli Relevanti tal-Qorti jipprovdu li
“(1) Intimat li jkun ingħata sentenza f’kontumaċja kontrih f’Talba Żgħira Ewropea skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Ordni jista’ jitlob permezz ta’ avviż ta’ mozzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fiż-żona Tribunali fejn ikun inkiseb l-ordni, għal ordni li jannulla u / jew jibdel l-imsemmi ordni għal kwalunkwe raġuni speċifikata fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE.
(2) L-avviż tal-mozzjoni għandu jiġi nnotifika lir-rikorrent jew lill-avukat għar-rikorrent, jekk ikun hemm, fi żmien għaxart ijiem ċari mid-data li fiha l-intimat ikun sar jaf bis-sentenza f’kontumaċja.
(3) In-notifika tal-avviż ta’ mozzjoni ma tistax tintuża' biex jiġu sospiżi l-proċedimenti.
(4) Il-Qorti tista’ tiddikjara li n-notifika tal-avviż ta’ mozzjoni fil-fatt effettwata hija suffiċjenti.
(5) L-avviż ta’ mozzjoni għandu jistabbilixxi b’mod ċar u fil-qosor ir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE invokati mir-rikorrent.
(6) Il-Qorti tista’, wara li tinstema’ l-mozzjoni, tilqa' jew tiċħad t-talba abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE.
(7) Jekk il-Qorti tiċħad ir-rieżami abbażi li ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE ma tapplika, is-sentenza tibqa’ fis-seħħ.
(8) Jekk il-Qorti tiddeċiedi li r-rieżami huwa ġustifikat għal waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-UE, allura s-sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar trid tiġi annullata u hija nulla u bla effett.”
l-Ingliż u l-Irlandiż.
Talba għall-infurzar jeħtieġ li ssir mill-kreditur mar-Reġistratur tal-Kontea / ix-Xeriff relevanti permezz tas-Circuit Court assoċjata. Il-Qorti Distrettwali relevanti hija kompetenti biex tittratta talbiet ta’ ċaħda, żamma jew limitazzjoni ta' eżekuzzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.