Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Il-qrati kompetenti huma l-qrati ċivili distrettwali kompetenti territorjalment tal-pajjiż.
L-azzjoni ssir billi jiġi ppreżentat rikors bil-miktub fiżikament lir-reġistratur tal-qorti ċivili. Ir-rikors jista’ jsir ukoll permezz tal-email jew tal-pjattaforma diġitali għas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni meta jkun hemm mezzi bħal dawn disponibbli.
Ma ġiet stabbilita l-ebda awtorità simili.
Ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ notifika elettronika jew komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.
Dawk involuti fil-kummerċ elettroniku fil-Greċja, jiġifieri l-persuni li joffru s-servizzi u jbigħu permezz tal-Internet, għandhom obbligu legali li jaċċettaw l-komunikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, skont l-Artikolu 8(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 131/2003 (armonizzazzjoni tal-liġi Griega mad-Direttiva 2000/31/KE), f’każijiet li jinvolvu tilwimiet li jfeġġu minn kuntratti konklużi bejn il-partijiet billi jużaw sempliċi firma elettronika, jiġifieri permezz ta’ sempliċi posta elettronika u messaġġi skambjati.
Il-kostijiet huma kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet imġarrba mill-parti rebbieħa fil-kawża l-qorti inkwistjoni.
Tariffi tal-qorti li għandhom jitħallsu mir-rikorrent jinkludu:
(a) it-tariffi tal-avukat, dment li l-proċedimenti rilevanti jkunu ġew iffirmati minn avukat Grieg, li jammontaw għal EUR 32, u
(b) it-taxxa tal-boll tal-qorti mħallsa għall-kunsiderazzjoni tal-kull kawża l-qorti, li tammonta għal madwar 1.14 % tal-ammont totali mitlub (prinċipal u mgħax).
L-ebda taxxa tal-boll tal-qorti ma għandha titħallas għal talbiet li jammontaw sa EUR 200.
Fil-każijiet li fihom l-intimat jassenja kawża lil avukat (li jrid jiffirma l-formola C mimlija), huwa jrid iħallas tariffa tal-fattura tal-avukat bil-quddiem ta’ EUR 32.
B’mod eċċezzjonali, tkun meħtieġa tariffa addizzjonali tal-fattura tal-avukat bil-quddiem ta’ EUR 32 meta l-avukat jissejjaħ għal seduta orali.
It-taxxa tal-boll tal-qorti trid titħallas lill-baġit tal-Istat filwaqt li t-tariffi tal-avukati jridu jitħallsu lill-Kamra tal-Avukati, li tiġbor u sussegwentement tħallas il-fattura tal-avukat billi tippreżenta dokument korrispondenti.
Ma jistax isir appell mis-sentenzi li jingħataw fl-ambitu tal-proċedura għal talbiet żgħar. Madankollu, huwa disponibbli rikors fl-għamla ta’ applikazzjoni li titressaq lill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, u appell għal annullament lill-Qorti Suprema.
Talba għal ritrattazzjoni tista’ titressaq permezz ta’ preżentazzjoni ta’ rikors lir-reġistratur tal-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni.
Il-lingwa aċċettata hija l-Grieg.
Il-marixxalli tal-qorti kompetenti fil-post tal-eżekuzzjoni huma responsabbli mill-qbid tal-proprjetà mobbli u immobbli; in-nutara huma responsabbli mill-irkantar.
L-avukati huma responsabbli mit-tfassil tal-mandat ta’ sekwestru, filwaqt li l-marixxalli tal-qorti huma responsabbli min-notifika ta’ dak l-att.
Il-qorti ċivili distrettwali li tkun ħarġet id-deċiżjoni hija kompetenti skont l-Artikolu 23 tar-Regolament.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.