Talbiet żgħar

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qrati kompetenti huma l-qrati ċivili distrettwali kompetenti territorjalment tal-pajjiż.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

L-azzjoni ssir billi jiġi ppreżentat rikors bil-miktub fiżikament lir-reġistratur tal-qorti ċivili. Ir-rikors jista’ jsir ukoll permezz tal-email jew tal-pjattaforma diġitali għas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni meta jkun hemm mezzi bħal dawn disponibbli.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Ma ġiet stabbilita l-ebda awtorità simili.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ notifika elettronika jew komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Dawk involuti fil-kummerċ elettroniku fil-Greċja, jiġifieri l-persuni li joffru s-servizzi u jbigħu permezz tal-Internet, għandhom obbligu legali li jaċċettaw l-komunikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, skont l-Artikolu 8(1) tad-Digriet Presidenzjali Nru 131/2003 (armonizzazzjoni tal-liġi Griega mad-Direttiva 2000/31/KE), f’każijiet li jinvolvu tilwimiet li jfeġġu minn kuntratti konklużi bejn il-partijiet billi jużaw sempliċi firma elettronika, jiġifieri permezz ta’ sempliċi posta elettronika u messaġġi skambjati.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Il-kostijiet huma kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet imġarrba mill-parti rebbieħa fil-kawża l-qorti inkwistjoni.

Tariffi tal-qorti li għandhom jitħallsu mir-rikorrent jinkludu:

(a) it-tariffi tal-avukat, dment li l-proċedimenti rilevanti jkunu ġew iffirmati minn avukat Grieg, li jammontaw għal EUR 32, u

(b) it-taxxa tal-boll tal-qorti mħallsa għall-kunsiderazzjoni tal-kull kawża l-qorti, li tammonta għal madwar 1.14 % tal-ammont totali mitlub (prinċipal u mgħax).

L-ebda taxxa tal-boll tal-qorti ma għandha titħallas għal talbiet li jammontaw sa EUR 200.

Fil-każijiet li fihom l-intimat jassenja kawża lil avukat (li jrid jiffirma l-formola C mimlija), huwa jrid iħallas tariffa tal-fattura tal-avukat bil-quddiem ta’ EUR 32.

B’mod eċċezzjonali, tkun meħtieġa tariffa addizzjonali tal-fattura tal-avukat bil-quddiem ta’ EUR 32 meta l-avukat jissejjaħ għal seduta orali.

It-taxxa tal-boll tal-qorti trid titħallas lill-baġit tal-Istat filwaqt li t-tariffi tal-avukati jridu jitħallsu lill-Kamra tal-Avukati, li tiġbor u sussegwentement tħallas il-fattura tal-avukat billi tippreżenta dokument korrispondenti.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Ma jistax isir appell mis-sentenzi li jingħataw fl-ambitu tal-proċedura għal talbiet żgħar. Madankollu, huwa disponibbli rikors fl-għamla ta’ applikazzjoni li titressaq lill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, u appell għal annullament lill-Qorti Suprema.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Talba għal ritrattazzjoni tista’ titressaq permezz ta’ preżentazzjoni ta’ rikors lir-reġistratur tal-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata hija l-Grieg.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Il-marixxalli tal-qorti kompetenti fil-post tal-eżekuzzjoni huma responsabbli mill-qbid tal-proprjetà mobbli u immobbli; in-nutara huma responsabbli mill-irkantar.

L-avukati huma responsabbli mit-tfassil tal-mandat ta’ sekwestru, filwaqt li l-marixxalli tal-qorti huma responsabbli min-notifika ta’ dak l-att.

Il-qorti ċivili distrettwali li tkun ħarġet id-deċiżjoni hija kompetenti skont l-Artikolu 23 tar-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 19/04/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.