Talbiet żgħar

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Finlandja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki (Helsingin käräjäoikeus) għandha l-ġurisdizzjoni li taqta’ s-sentenzi fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Id-dettalji ta’ kuntatt bil-Finlandiż u bl-Iżvediż tal-Qorti Distrettwali jinsabu online fis-sit web ġestit mill-Ministeru għall-Ġustizzja: www.oikeus.fi.

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-formola msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tista’ tintbagħat direttament lir-Reġistratur tal-Qorti Distrettwali ta’ Helsinki bil-posta, bil-faks jew bl-email, kif previst fl-Att dwar il-Komunikazzjoni u n-Notifiki Elettroniċi (is-Settur Pubbliku) 13/2003.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Bħala parti mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsumaturi tal-Finlandja (Kilpailu- ja kuluttajavirasto), iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi tal-Finlandja (Euroopan kuluttajakeskus Suomessa) jipprovdi assistenza u informazzjoni ġenerali dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, kif ukoll informazzjoni ġenerali rigward liema qrati u tribunali huma kompetenti li jagħtu s-sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Fil-Finlandja, il-partijiet jistgħu jirċievu għajnuna legali mir-riżorsi tal-Istat skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali 257/2002. L-Att jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE biex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwimiet transfruntiera billi jkunu stabbilit regoli komuni minimi relatati ma’ għajnuna legali għal tali tilwimiet.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Fil-Finlandja, il-proċedura hija soġġetta għall-Kapitolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja dwar in-notifika tal-avviżi fil-proċedimenti u għall-Att dwar il-Komunikazzjoni u n-Notifiki Elettroniċi fis-Settur Pubbliku 13/2003.

F’konformità mat-Taqsima 3, is-sottotaqsima 3 tal-Kapitolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, l-atti proċedurali jistgħu jintbagħtu bħala messaġġ elettroniku bil-mod identifikat mid-destinatarju. Il-parti tista’ wkoll tipprovdi lill-qorti indirizz elettroniku għan-notifika li fih ikunu jistgħu jintbagħtu l-atti nnotifikati waqt il-proċedimenti tal-qorti.

Il-konferma tar-riċevuta tista’ tintbagħat lill-qorti bħala messaġġ elettroniku, pereżempju bħala dokument mehmuż ma’ email.

Fil-prattika, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika użati fil-proċedimenti tal-qorti huma l-email u l-faks.

Ma hemm l-ebda obbligu legali li wieħed jaċċetta l-komunikazzjoni jew in-notifika elettronika.

Il-Finlandja ma għandha l-ebda regola proċedurali speċifika biex taċċetta minn qabel l-użu ta’ mezzi elettroniċi.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Mhux applikabbli.

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

F’konformità mat-Taqsima 2, is-sottotaqsima 6 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti 1455/2015, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 86 għal proċedimenti kontenzjużi fil-qrati f’qorti distrettwali skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Fil-każ ta’ proċedimenti ta’ appell, tiġi imposta tariffa bħal fil-proċedimenti nazzjonali skont l-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti.

Fil-Finlandja, it-tariffa għall-proċedimenti tal-qorti tiġi imposta ladarba l-kawża tingħalaq. Bħala regola, tintbagħat fattura, jiġifieri formola ta’ rimessa għall-ħlas tat-tariffa, lill-parti inkwistjoni.

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Appell minn sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jista’ jsir lill-Qorti tal-Appell ta’ Helsinki (Helsingin hovioikeus), kif stipulat fil-Kapitoli 25 u 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (Appell mill-Qorti Distrettwali lill-Qorti tal-Appell).

Skont l-Artikolu 5 tal-Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, parti li tkun tixtieq tappella minn deċiżjoni ta’ Qorti Distrettwali għandha l-obbligu li tiddikjara l-intenzjoni li tappella, inkella titlef id-dritt tagħha għall-smigħ. Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ appell trid tiġi ppreżentata minn tal-anqas fis-seba’ jum wara l-jum li fih tkun inħarġet id-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali jew tkun tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-partijiet.

Skont l-Artikolu 11 tal-Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja, meta tkun ġiet ippreżentata u aċċettata dikjarazzjoni ta’ intenzjoni ta’ appell, il-parti kkonċernata tingħata struzzjonijiet dwar l-appell li jkunu annessi ma’ kopja tad-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali. L-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-appell hija ta’ 30 jum mill-jum li fih tkun inħarġet id-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali jew tkun tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-partijiet (l-Artikolu 12 tal-Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja). Il-parti trid tgħaddi l-att tal-appell lir-reġistrat tal-Qorti Distrettwali sa mhux aktar tard minn qabel tmiem il-ħinijiet tal-uffiċċju tal-aħħar jum għall-preżentazzjoni tal-appell. Appell li ma jiġix ippreżentat fil-ħin jitqies bħala inammissibbli.

Meta deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali tkun appellata, ikun meħtieġ permess għat-tkomplija tal-kunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Appell skont il-Kapitolu 25a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja.

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell irid ikun ippreżentat quddiem il-Qorti Suprema (korkein oikeus) kif previst fil-Kapitolu 30 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja. L-iskadenza għat-talba għal permess għall-appell u għall-preżentazzjoni tal-appell hija ta’ 60 jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tkun tqiegħdet għad-disponibbiltà tal-partijiet. It-talba għal permess għall-appell indirizzata lill-Qorti Suprema trid tingħadda lir-reġistratur tal-Qorti tal-Appell li tkun ħarġet is-sentenza.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Bħalissa qed ikunu abbozzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Il-Finlandiż, l-Iżvediż u l-Ingliż.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Fil-Finlandja, il-marixxall tal-qorti (ulosottomies) huwa l-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fil-Proċedura għal Talbiet Żgħar. Il-bidu tal-eżekuzzjoni huwa rregolat mill-Kapitolu 3 tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni 705/2007. Il-marixxall tal-qorti fil-post tar-residenza jew fid-domiċilju tal-intimat jew awtorità ta’ eżekuzzjoni lokali oħra għandhom il-kompetenza li jaġixxu. Il-marixxall tal-qorti għandu wkoll il-kompetenza għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 23. Huwa l-marixxall tal-qorti distrettwali (kihlakunnanvouti) li jiddeċiedi dwar il-miżuri msemmija f’dak l-Artikolu.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna