Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Talbiet żgħar

L-Ingilterra u Wales

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Il-qorti/qrati li għandhom ġurisdizzjoni biex jagħtu sentenzi fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fl-Ingilterra u Wales huma l-qorti tal-kontea (county court) u l-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (High Court of Justice). F’ħafna każijiet il-proċedura tkun quddiem Imħallef Distrettwali (District Judge) f’qorti tal-kontea (county court).

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-kontea (county courts) hija kompletament statutorja u tkopri kważi l-qasam kollu tad-dritt ċivili. Il-ġurisdizzjoni ġenerali fid-dritt ċivili tikkoinċidi l-aktar ma’ dik tal-Qorti Għolja (High Court), ħlief li talbiet għal korriment personali għal inqas minn £50 000 u talbiet għal flus għal inqas minn £15 000 iridu jinbdew fil-qorti tal-kontea (county court). Iktar dettalji jistgħu jinstabu fl-Ordni tal-1991 dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti Għolja u tal-qrati tal-kontea (High Court and County Courts Jurisdiction Order 1991) (kif emendata). Għadd ta’ statuti jagħtu ġurisdizzjoni esklużiva lill-qrati tal-kontea (county courts) - pereżempju, prattikament il-każijiet kollha taħt l-Att tal-1974 dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (Consumer Credit Act 1974) u l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet minn selliefa b’ipoteka u sidien.

Tista’ tinħareġ talba fi kwalunkwe qorti tal-kontea (county court) fl-Ingilterra u f’Wales. Is-sit web tas-Servizz tal-Qorti għandu l-indirizzi kollha tal-qrati tal-kontea (county courts) u d-dettalji tal-Qorti Għolja (High Court).

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezz ta’ komunikazzjoni aċċettat mill-qrati fl-Ingilterra u Wales għall-finijiet tal-bidu tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa permezz tal-posta (minħabba l-ħtieġa li tittieħed miżata tal-qorti biex jinħareġ il-proċess – attwalment il-Qrati fl-Ingilterra u Wales ma jistgħux jaċċettaw il-ħlas ta’ miżati tal-qorti permezz ta’ karti ta’ kreditu jew ta’ debitu). Madankollu, dokumenti sussegwenti jitħallew jintbagħtu lill-qorti bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika skont il-Parti 5 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili li fiha regoli dwar kif jiġu ppreżentati u sottomessi d-dokumenti lill-qorti.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Fl-Ingilterra u Wales wieħed jista’ jappella minn sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-Ordni tal-2000 dwar l-Att dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja 1999 (Destinazzjoni tal-Appelli) (l-Ordni tal-2000) tippreskrivi d-destinazzjoni tal-appelli mill-qrati inklużi l-qrati tal-kontea (county courts). Taħt l-Ordni tal-2000, Imħallef taċ-Ċirkwit (Circuit Judge) fil-qorti tal-kontea (county court) jittratta appell kontra deċiżjoni magħmula mill-Imħallef Distrettwali (District Judge) fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Wara dan kull appell isir fil-Qorti Għolja (High Court).

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Parti 5.2 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili u l-Gwida għall-Prattika (“Practice Direction”) li takkumpanjahom jirregolaw il-proċedura għal kwalunkwe appell bħal dan u jispeċifikaw il-limiti taż-żmien li fihom għandu jitressaq dak l-appell.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Il-lingwa uffiċjali aċċettabbli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

Bħal fil-każ tal-proċedura domestika tagħna għal talbiet żgħar, hija r-responsabbiltà tal-parti li favur tagħha jkun inqata’ l-każ fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li tagħmel l-arranġamenti għall-eżekuzzjoni tal-ordni tal-qorti.

L-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-eżekuzzjoni, u għall-finijiet tal-Artikolu 23 hija l-qorti tal-kontea (county court) u l-Qorti Għolja (High Court). Id-dettalji tal-kuntatt huma dawk ipprovduti f’(a) hawn fuq.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.