Talbiet żgħar

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Belġju

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Talbiet żgħar


*input mandatarju

Artikolu 25 1 (a) Il-qrati kompetenti

Skont il-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek), il-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni materjali li jagħtu sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma l-kummissarju tal-ġustizzja (juge de paix/vrederechter), il-qorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg) u l-qorti kummerċjali (tribunal de l’entreprise/rechtbank van koophandel).

Artikolu 25 1 (b) Mezzi ta' komunikazzjoni

Kull preżentazzjoni jew komunikazzjoni aċċettata għall-finijiet tal-proċedura u li hija disponibbli għall-qrati jew it-tribunali b’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tista’ ssir fil-Belġju permezz tal-preżentazzjoni tal-Formola tat-talba standard A, kif inhu stabbilit fl-Anness I, flimkien mad-dokumenti ta' prova direttament lir-reġistru tal-qorti ta' prim’istanza b'ġuriżdizzjoni territorjali JEW permezz tal-impustar bil-posta rreġistrata tal-istess formola, u d-dokumenti ta' prova lill-qorti b'ġuriżdizzjoni territorjali.

Dalwaqt se jkun possibbli li l-Formola tat-talba standard A tiġi ppreżentata elettronikament.

Artikolu 25 1 (c) Awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza prattika

Ir-reġistru tal-qorti jew tribunal ta’ ġuriżdizzjoni jista’ jipprovdi għajnuna prattika biex jimtlew il-formoli u jipprovdi informazzjoni ġenerali.

Artikolu 25 1 (d) Mezzi ta' notifika u komunikazzjoni elettroniċi u metodi biex wieħed jagħti l-kunsens tiegħu għalihom

Fil-Belġju, in-notifika tad-dokumenti u d-deċiżjonijiet isir mill-marixxalli tal-qorti (huissiers de justice/gerechtsdeurwaarders). Fil-futur qrib in-notifika għandha tkun possibbli b’mezzi elettroniċi.

In-notifikazzjoni ssir jew bil-posta jew, meta previst mil-liġi, bil-faks. Fil-futur qrib għandu jkun possibbli li n-notifikazzjoni ssir b’mezzi elettroniċi.

Għal informazzjoni dettaljata dwar in-notifika tad-dokumenti u d-deċiżjonijiet, ara l-paġna dedikata fil-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja.

L-Artikolu 25 1(e) Persuni jew professjonijiet, obbligati jaċċettaw in-notifika ta' dokumenti jew komunikazzjonijiet oħrajn bil-miktub permezz ta' mezzi elettroniċi

/

Artikolu 25 1 (f) Tariffi tal-qorti u l-metodi tal-ħlas

Din il-kwistjoni hija rregolata mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarja, fir-rigward tat-tariffi tax-xhieda mill-Artikolu 953 tal-Kodiċi Ġudizzjarju u fir-rigward tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni mill-Kodiċi dwar ir-reġistrazzjoni (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de greffe/Wetboek der registratie-, hypotheek- en griffierechten), b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq u l-Artikolu 268 et seq.

L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja jagħti l-ispejjeż fid-dettall:

1. Id-diversi tariffi tar-reġistru u r-reġistrazzjoni It-tariffi tar-reġistru tal-qorti jinkludu tariffi għad-dħul fil-lista tal-kawżi, tariffi għall-abbozzar tad-dokumenti tal-qorti u tariffi biex isiru l-kopji tad-dokumenti tal-qorti (ara l-Artikolu 268 et seq tal-Kodiċi dwar ir-reġistrazzjoni, tariffi għal ipoteki u tar-reġistru).

It-tariffi ta’ reġistrazzjoni huma pagabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw ammont prinċipali ta’ aktar minn EUR 12 500 (esklużi l-ispejjeż legali) u huma stabbiliti għal 3 % ta’ dak l-ammont. Għalhekk mhumiex pagabbli għal talbiet żgħar.

2. L-ispejjeż kif ukoll l-emolumenti u s-salarji tal-atti ġudizzjarji.

3. L-ispiża biex tiġi pprovduta kopja ta’ sentenza.

4. L-ispejjez ta’ kwalunkwe miżura provviżorja, partikolarment it-tariffi tax-xhieda u tal-esperti. Id-Digriet Irjali tas-27 ta’ Lulju 1972 jistabbilixxi din it-tariffa għal 200 franc għal kull xhud, li llum jikkorrispondu għal madwar EUR 5. Ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jiżdied ma’ dan l-ammont.

L-esperti għandhom il-libertà li jistabbilixxu l-ispejjeż u t-tariffi tagħhom għar-rapporti esperti, però l-metodu tal-kalkolu jrid ikun indikat b’mod ċar u fil-valutazzjoni finali tat-total tal-ispejjeż legali l-qorti tista’ tnaqqas l-ammont, fejn xieraq, pereżempju fejn ikunu saru spejjeż bla bżonn.

5. Spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ sussistenza tal-imħallfin, ir-reġistraturi u l-partijiet, meta jkunu meħtieġa jivvjaġġaw b’digriet tal-qorti, u l-ispejjeż tad-dokumenti li jsiru unikament għall-proċedimenti.

6. Kumpens għall-ispejjeż proċedurali (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju): dan il-kumpens jitħallas mill-parti telliefa u hija kontribuzzjoni ta’ rata fissa għall-ispejjeż u t-tariffi tal-avukati tal-parti rebbieħa. L-ammonti huma marbutin mal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. Kull tibdil ta’ 10 punti iktar jew inqas jirriżulta f’żieda jew tnaqqis, rispettivament, ta’ 10 % tal-ammont.

Il-valur tat-talba

Ammont
bażiku*

Ammont
minimu*

Ammont
massimu*

Sa EUR 250,00

EUR180,00

EUR 90,00

EUR 360,00

Minn EUR 250,01 sa EUR 750,00

EUR 240,00

EUR 150,00

EUR 600,00

Minn EUR 750,01 sa EUR 2 500,00

EUR 480,00

EUR 240.00

1 200,00

*Ammonti ġodda mill-1 ta’ Ġunju 2016.

Tribunal Industrijali (skema speċjali)

Il-valur tat-talba

Ammont
bażiku*

Ammont
minimu*

Ammont
massimu*

Sa EUR 250,00

EUR 43,75

EUR 31,75

EUR 55,75

Sa EUR 620,00

EUR 87,43

EUR 59,43

EUR 105,43

Sa EUR 2 500,00

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

7. It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż ta’ medjatur maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-ammont pagabbli jvarja minn każ għal każ skont fatturi bħal jekk intix il-parti li tirbaħ jew jekk ġewx kummissjonati esperti, jekk issejħux xhieda, jekk l-uffiċjali ġudizzjarji kellhomx jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, jekk kienx appuntat medjatur, eċċ.

It-tariffi tar-reġistru jridu jitħallsu bil-quddiem, inkella l-kawża ma tidħolx fil-lista tal-kawżi. L-esperti dejjem ikun jeħtieġu l-ħlas ta’ depożitu qabel ma jwettqu x-xogħol tagħhom. Jekk titlob li jsir eżami ta' xhud, trid tiddepożita l-ispejjeż dovuti bil-quddiem mar-reġistratur. Jekk dan il-ħlas ma jsirx, wieħed jassumi li int waqqajt it-talba għal eżami tax-xhud.

Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu jew ordni ta’ pagament, permezz ta’ trasferiment elettroniku, fi flus kontanti jew b’ċekk pagabbli lir-reġistru (dan il-metodu tal-aħħar huwa riżervat għall-avukati u l-marixxalli).

Artikolu 25 1 (g) Il-proċedura tal-appell u l-qrati kompetenti għal appell

Appell jista’ jiġi ppreżentat b’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament skont il-liġi proċedurali ċivili Belġjana. L-appell jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti tal-prim’istanza, lill-qorti kummerċjali jew lill-qorti tal-appell li jkollhom il-ġuriżdizzjoni materjali skont il-Kodiċi Ġudizzjarja. Sabiex jiġi stabbilit liema qorti tal-appell għanha ġuriżdizzjoni territorjali, jekk jogħoġbok ikkonsulta l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili.

L-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi li, soġġett għal-limit ta’ żmien stipulati fid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi supranazzjonali u internazzjonali, appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien xahar minn meta tingħata s-sentenza jew in-notifikazzjoni tagħha b’konformità mat-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 792 tal-Kodiċi. B’analoġija ma’ dik id-dispożizzjoni, il-limitu ta’ żmien biex jitressaq appell skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa, fil-prinċipju, xahar min-notifika tas-sentenza tal-qorti jew tat-tribunal li jkollhom il-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament li jistabbilixxi Proċeduta Ewropea ta’ Talbiet Żgħar.

Artikolu 25 1 (h) Rieżami tal-proċedura tas-sentenza u l-qrati kompetenti biex jagħmlu dan ir-rieżami

Fid-dritt Belġjan, hemm diversi azzjonijiet li jistgħu jintużaw biex isir rieżami ta' deċiżjoni, li jiddependu miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ:

- L-ewwel nett, l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek) jagħti l-possibbiltà li jsir appell minn sentenza fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, fi żmien xahar mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafi 2 u 3 tal-Kodiċi. Dan japplika sew jekk iż-żewġ partijiet ikunu dehru fil-proċediment jew le.

- It-tieni, l-Artikolu 1048 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li titressaq oġġezzjoni kontra sentenza mogħtija f'kontumaċja fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafi 2 u 3 tal-Kodiċi.

It-terminu preskrittiv indikat hawn fuq biex jitressaq appell jew kontra mozzjoni japplikaw:

soġġetti għal-limiti ta’ żmien siptulati fid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi supranaturali u dik internazzjonali;

- mingħajr prepudizzju għall-possibbiltà li joffri l-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju li jiġi estiż il-limitu ta’ żmien b’piena ta’ kontumaċja taħt ċerti ċirkostanzi stabbiliti bil-liġi;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi applikat il-prinċipju ġenerali tal-liġi, diversi drabi kkonfrmat mill-qorti tal-Kassazzjoni Belġjana, li skontu l-limitu ta’ żmien stabbiliti biex jitwettaq att jiġi estiż favur parti li ma tkunx tħalliet minn forza maġġuri biex taġixxi qabel jiskadi t-terminu preskrittiv.

Artikolu 25 1 (i) Lingwi aċċettati

Għall-finijiet tal-Artikolu 21a(1), il-Belġju ma jaċċetta ebda lingwa għajr il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni skont il-liġi nazzjoanli Belġjana.

L-Artikolu 25 1 (j) L-awtoritajiet kompetenti mill-eżekuzzjoni

Fil-Belġiju, l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qorti jew tribunal fil-Proċedura Ewropea ta’ Talbiet Żgħar huma l-marixxalli.

L-awtorità bil-kompetenza li tapplika l-Artikolu 23 tar-Regolament li jistabbilixxi Proċedura Ewropea ta’ Talbiet Żgħar hija l-ewwel u qabel kollox l-imħallef responsabbli għall-proċedimenti ta’ qbid (juge des saisies/beslagrechter) fil-post fejn tkun se ssir l-eżekuzzjoni. Skont l-Artikolu 1395 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, l-imħallef responsabbli għall-proċedimenti ta’ qbid għandu l-ġuridizzjoni għall-applikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw is-sekwestru jew l-eżekuzzjoni. Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata skont l-Artikolu 633 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Il-Kodiċi Ġudizzjarju jipprevedi wkoll il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-prim’istanza tal-post. L-Artikolu 569(5) tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprevedi li l-qorti tal-prim’istanza – li tagħha huwa membru l-imħallef responsabbli għal qbid – għandha l-ġuriżdizzjoni li tista’ l-oġġezzjonijiet rigward l-eżekuzzjoni tas-sentenzi u d-digrieti. Il-qorti tal-prim’istanza, inkluż l-imħallef responsabbli għall-proċedimenti tas-sekwestru, għandha wkoll ġuriżdizzjoni kondizzjonali sħiħa skont l-Artikolu 568 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.