European payment order

National information and online forms concerning Regulation No. 1896/2006

General information

Regulation (EC) No 1896/2006 of the European Parliament and of the Council of 12 December 2006 creating a European order for payment procedure allows creditors to recover their uncontested civil and commercial claims according to a uniform procedure that operates on the basis of standard forms.

The Regulation applies between all Member States of the European Union with the exception of Denmark.

The procedure does not require presence before the court. The claimant only has to submit his application, after which the procedure will lead its own life. It does not require any further formalities or intervention on the part of the claimant.

The Regulation provides for seven standard forms.

The European e-Justice Portal provides you with information concerning the application of the Regulations and a user-friendly tool for filling in the forms.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Related link

ARCHIVED European Judicial ATLAS website (closed on 30 September 2017)

Last update: 19/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Belġju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

F'konformità mal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, il-qrati li għandhom il-ġuriżdizzjoni li joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea, skont il-post u s-suġġett tal-kawża, huma l-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti Kummerċjali jew it-Tribunal Industrijali.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti, skont id-dritt Belġjan, hemm diversi mezzi ta' rikors li jistgħu jintużaw biex isir rieżami ta' deċiżjoni:

- l-ewwel nett, l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li jsir appell kontra sentenza fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafu 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi. Dan japplika għal sentenzi kontradittorji u għal sentenzi b'kontumaċja.

- it-tieni, l-Artikolu 1048 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li titressaq oġġezzjoni kontra sentenza mogħtija f'kontumaċja fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafu 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi.

- Fir-rigward ta' sentenzi li jkunu saru res judicata, mogħtija minn qrati ċivili u mill-qrati kriminali li jqisu aspetti ċivili, tista' tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rieżami straordinarju (requête civile), f’ċerti ċirkustanzi previsti mill-Artikolu 1133 tal-Kodiċi Ġudizzjarju fi żmien 6 xhur minn meta ssir magħrufa s-sentenza, u dan sabiex jiġu rrevokati dawn is-sentenzi.

Biex isir appell, biex titressaq oġġezzjoni jew biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rieżami straordinarju jgħoddu l-limiti ta' żmien kif indikati hawn fuq u dan:

- soġġett għal-limiti ta' żmien previsti fid-dispożizzjonijiet imperattivi sopranazzjonali u internazzjonali;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà offruta mill-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju li jiġi estiż, f’ċerti kundizzjonijiet previsti mil-liġi, limitu ta' żmien li warajh jiskadi intitolament ;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi applikat il-prinċipju ġenerali tad-dritt, ikkonfermat f'diversi okkażjonijiet mill-Qorti tal-Kassazzjoni Belġjana, li skontu l-limitu ta' żmien għat-twettiq ta' att jiġi estiż favur parti li, minħabba forza maġġuri, ma setgħetx twettaq l-att qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

F'konformità mar-Regolament, il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati u li l-qrati jistgħu jużaw huma limitati, fil-Belġju, għat-twassil dirett tal-formola tat-talba tat-tip A fl-Anness I, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, fir-reġistru tal-qorti kompetenti U għat-tressiq permezz tal-posta rreġistrata ta’ din l-istess formola, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-qorti kompetenti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Fil-qafas tal-Artikolu 21(2)(b), il-Belġju ma jaċċetta l-ebda lingwa għajr il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana.

L-aħħar aġġornament: 28/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Bulgarija

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea għandhom jitressqu quddiem il-qorti tal-provinċja li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew l-indirizz reġistrat tad-debitur, jew fuq il-lok għall-eżekuzzjoni. (l-Artikolu 625(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Jekk il-każ ikun jista' jiġi kontestat, l-intimat jista' jopponi l-ġuriżdizzjoni territorjali, iżda mhux aktar tard minn meta tiġi ppreżentata l-oppożizzjoni għall-mozzjoni. (l-Artikolu 625(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Din il-proċedura hija rregolata mill-Artikolu 626a tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili:

L-Artikolu 626a (1) L-intimat jista' jitlob rieżami ta' Ordni ta' ħlas Ewropea skont it-termini u l-proċedura stipulata fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 quddiem il-qorti tal-appell rispettiva.

(2) Ir-rikors għal rieżami jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn dakinhar li l-intimat sar jaf effettivament bil-kontenut tal-ordni jew wara li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament ma baqgħux jgħoddu.

(3) Il-qorti tibgħat kopja tar-rikors lill-parti l-oħra li tista' twieġeb fi żmien ġimgħa minn meta tirċeviha.

(4) Ir-rikors jiġi eżamina in camera. Jekk il-qorti tħoss li jkun xieraq, tista' teżamina r-rikors f'seduta pubblika.

(5) Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-komunikazzjoni marbuta ma' ordni ta' ħlas Ewropea tiġi nnotifikata minn uffiċjal tal-qorti, bil-posta jew permezz ta' servizz postali ta' ittri rreġistrati bir-rikonoxximent tal-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm entità ġudizzjarja fil-post fejn trid issir in-notifika, din tista' ssir mill-muniċipalità jew mill-uffiċċju tas-Sindku. (l-Artikolu 42(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili)

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Ir-Repubblika tal-Bulgarija taċċetta l-ordnijiet ta' ħlas Ewropej akkumpanjati minn traduzzjoni bil-Bulgaru.

L-aħħar aġġornament: 17/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Repubblika Ċeka

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Fir-Repubblika Ċeka, ir-regoli applikabbli għad-determinazzjoni ta' liema qrati għandhom ġuriżdizzjoni biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma d-dispożizzjonijiet legali ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni f'materji ċivili fl-Att Nru 99/1963 ("Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili").

Il-ġuriżdizzjoni għas-suġġett konċernat hija regolata mill-Artikoli 9 sa 12 u l-ġurisdizzjoni territorjali hija regolata mill-Artikoli 84 sa 89a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Minħabba t-tip ta' każijiet previsti, il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq is-suġġett normalment huma l-qrati distrettwali, filwaqt li l-kriterju għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali huwa normalment il-post ta' residenza/uffiċċju reġistrat tal-konvenut.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' l-proċedimenti ta' rieżami hija l-qorti li kienet tat is-sentenza fl-ewwel istanza.

Il-qorti kompetenti trid tapplika direttament l-Artikolu 20 tar-Regolament. Jista' jsir appell minn deċiżjonijiet li ċaħdu talba għal rieżami.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Skont l-Artikolu 42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li ġej huma mezzi aċċettati ta' komunikazzjoni:

(a) posta elettronika b'firma elettronika avvanzata skont l-Att dwar il-Firem Elettroniċi Nru 227/2000, kif emendat;

(b) posta elettronika mingħajr firma elettronika avvanzata;

(c) faks.

Sottomissjonijiet permezz tal-mezzi msemmija fil-paragrafi (b) u (c) iridu jiġu segwiti mill-kopji oriġinali tagħhom fi żmien tliet (3) ijiem, għaliex fin-nuqqas il-qorti ma tikkunsidrahomx.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-unika lingwa aċċettata mir-Repubblika Ċeka hija l-lingwa Ċeka.

L-aħħar aġġornament: 12/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Ġermanja

Rimarki preliminari

Id-dettalji dwar l-implimentazzjoni fil-Ġermanja tar-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jinsabu f'Att dwar it-titjib fl-eżekuzzjoni ta' talbiet tranfruntieri u n-notifika tad-dokumenti.

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qorti Distrettwali (Amtsgericht) ta' Wedding f'Berlin għandha ġuriżdizzjoni fuq il-Ġermanja kollha. Id-dettalji ta' kuntatt għal din il-Qorti huma kif ġej:

Amtsgericht Wedding
13343 Berlin
Tel: +49 (0)30 90156 - 0
Faks: +49 (0)30 90156 - 203

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-Qorti kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta' Wedding.

L-iskop u l-operat tal-proċedura ta' rieżami huma fil-biċċa l-kbira tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament. Skont l-Att ir-rikorrent irid juri l-fatti li fl-opinjoni tiegħu jiġġustifikaw l-annullament tal-ordni ta' ħlas Ewropea. Mid-deċiżjoni tal-qorti ma jistax isir appell. Jekk il-qorti tiddikjara illi l-ordni ta' ħlas Ewropea huwa null u bla effett, il-proċedura tintemm skont ir-Regolament.

B'mod eċċezzjonali, għal kwistjonijiet ta' xogħol skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 46b(2) tal-Liġi dwar il-Qrati Industrijali (Arbeitsgerichtsgesetz), il-ġuriżdizzjoni tmur għand il-qorti industrijali li jkollha ġuriżdizzjoni f'proċedimenti għal sentenza sħiħa (Urteilsverfahren).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Rikors għal ordni ta' ħlas Ewropea jista' jsir elettronikament kif ukoll fuq karta jekk il-qorti kompetenti tippermetti dan it-tip ta' rikors. Quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding, ir-rikorsi jistgħu jsiru elettronikament. Jenħtieġ softwer speċjali sabiex ir-rikors isir elettronikament quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding. Għal aktar informazzjoni ara: https://www.berlin.de/sen/justiz/gerichte/ag/wedd/eumav_wege_der_antragstellung.php.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa Ġermaniża biss hija aċċettata.

L-aħħar aġġornament: 15/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Estonja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Fl-Estonja, il-qrati tal-kontea bil-ġuriżdizzjoni xierqa huma kompetenti li jwettqu l-proċeduri għal ordnijiet ta’ ħlas Ewropej.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ordni ta’ ħlas Ewropea tista’ tiġi opposta, skont il-proċedura stipulata fit-Taqsima 489 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, billi tiġi ppreżentata oġġezzjoni għad-deċiżjoni tal-qorti. L-oġġezzjoni għandha tiġi ppreżentata quddiem il-qorti tal-kontea li ħarġet l-ordni ta’ ħlas. Id-deċiżjoni mogħtija dwar l-oġġezzjoni tista’ tiġi appellata fil-qorti distrettwali li jkollha l-ġuriżdizzjoni relevanti.

F’ċikostanzi eċċezzjonali, fuq talba ta' parteċipant fi proċeduri fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida, applikazzjoni għal reviżjoni ta’ sentenza tal-qorti li daħlet fis-seħħ tista’ tiġi ppreżentata lill-Qorti Suprema skont il-proċedura stipulata fil-Kapitolu 68 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni permessi fi proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea u dik aċċettata mill-qrati Estonjani huma t-twassil bl-idejn, il-posta, il-faks u l-mezzi ta’ trażmissjoni elettroniċi, skont il-ħtiġijiet ta’ format u r-regoli stipulati fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Regoli iktar dettaljati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti elettroniċi lill-qrati u l-ħtiġijiet ta’ format għal dokumenti huma stipulati f'Regolament maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament, ordni ta’ ħlas Ewropea hija aċċettata għall-infurzar fl-Estonja jekk hija bl-Estonjan jew bl-Ingliż jew jekk hi akkumpanjata bi traduzzjoni għall-Estonjan jew għall-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Irlanda

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qorti Superjuri għandha jkollha ġurisdizzjoni biex toħroġ Ordni ta' Pagament.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ġuriżdizzjoni ta' reviżjoni se tkun f'idejn il-Qorti Suprema.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Posta u faks.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Irlandiż u l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Greċja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-partijiet li jistgħu joħorġu ordni ta' ħlas huma: għal talbiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti distrettwali, jiġifieri talbiet li ma jaqbżux EUR 20 000 (għoxrin elf), l-imħallef tal-qorti distrettwali; għal talbiet li jaqbżu EUR 20 000 (għoxrin elf), l-imħallef tal-qorti b'imħallef uniku tal-prim istanza.

Madankollu, l-imħallef tal-qorti distrettwali jista' joħroġ ordnijiet ta' ħlas, speċjalment dawk assoċjati ma' tilwim dwar ftehimiet ta' kiri, fejn il-kera mifthiema ma taqbiżx EUR 600 (sitt mija) fix-xahar. Jekk il-kera mifthiema taqbeż EUR 600 (sitt mija), il-qorti b'membru uniku tal-prim istanza għandha kompetenza.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-proċedura ta' rieżami trid issir permezz ta' oġġezzjoni kontra l-ordni ta' ħlas quddiem l-imħallef tal-qorti distrettwali jew quddiem l-imħallef tal-qorti b'membru uniku tal-prim'istanza li tat l-ordni għal ħlas.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-formola standard fl-Anness tar-Regolament għandha tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti kompetenti bil-miktub. Il-preżentata tista' ssir ukoll permezz ta' ittra elettronika, fuq il-pjattaforma diġitali e-CODEX jew permezz tal-pjattaforma diġitali għas-sottomissjoni ta' dokumenti legali, jekk ikunu disponibbli.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata hija l-lingwa Griega.

L-aħħar aġġornament: 11/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Spanja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qrati ta' Prim' Istanza.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-reviżjoni provduta fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament titwettaq permezz l-annulament tal-proċedura għas-sentenza aħħarija fuq it-talba tal-parti kontumaċja (l-Artikolu 501 et seq. u l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar 2000). Ir-reviżjoni provduta fl-Artikolu 20(2) tista' titwettaq permezz ta' mozzjoni għaċ-ċaħda ta' atti ġudizzjarji (l-Artikolu 238 et seq. tal-Liġi Organika fuq il-ġudikatura, Liġi 6/1985 tal-1 ta' Lulju 1985). Fiż-żewġ każi l-qrati tal-Prim' Istanza għandhom il-ġuristizzjoni.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

It-talba tista' tintefa' direttament, bil-posta jew bil-fax.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Franza

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma l-imħallef distrettwali u l-president tat-Tribunal Kummerċjali, fil-limiti ta' l-kompentenza tagħhom biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea.

Meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ma jirreferix għal qrati b'kompetenza territorjali, iżda għal qrati ta' Stat Membru, l-imħallef distrettwali jew it-Tribunal Kummerċjali b'kompetenza territorjali hija dik kompetenti għall-post ta' residenza tad-difensur jew wieħed mid-difensuri.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' rieżami f'każijiet eċċezzjonali, previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament, huma identiċi għal dawk applikabbli għall-proċedura ta' oppożizzjoni. It-talba għal finijiet ta' rieżami titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

It-talba għal ordni ta' ħlas Ewropea tista' tiġi indirizzata lill-Qorti permezz tal-posta jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b) huma: il-Franċiż, l-Ingliż; il-Ġermaniż; it-Taljan; l-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 07/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - il-Kroazja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti li ġejja għandha l-ġurisdizzjoni esklużiva biex tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għall-ħruġ u r-rieżami ta' ordni ta' ħlas Ewropea u biex toħroġ konferma tal-eżegwibilità tagħha.

Trgovački sud u Zagrebu

Amruševa 2/II, 10000, Zagreb

Tel. +385 1 4897 222

Faks: + 385 1 4920-871

e-mail:  tajnistvo@tszg.pravosudje.hr

ured.predsjednika@tszg.pravosudje.hr

Websajt: http://www.tszg.hr/cro/TSZG/Naslovnica

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-Qorti Kummerċjali f'Zagreb tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal rieżami ta' ordni ta' ħlas Ewropea. Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Formoli, applikazzjonijiet oħra, jew dikjarazzjonijiet għandhom jiġu mressqa bil-kitba, bil-faks, jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-ordnijiet ta' ħlas Ewropej iridu jkunu akkumpanjati bi traduzzjoni għall-Kroat, ċertifikata minn persuna li hija awtorizzata tagħmel dan.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Italja

B’referenza għall-informazzjoni li għandha tiġi komunikata lill-Kummissjoni Ewropea mill-Istati Membri sat-12 ta’ Ġunju 2008 skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006, għandek issib mehmuża tabella li turi r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet Taljani u d-dispożizzjonijiet tal-Komunità.

Ta’ min jenfasizza li, skont l-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament, tqiesu t-talbiet li rriżultaw minn obbligi mhux kuntrattwali.

Rigward l-Artikolu 29(b), jidher li tqajmet il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1) u dawk fl-Artikolu 20(2) billi l-ewwel paragrafu jirreferi għat-tneħħija tad-dekadenza b’ebda nuqqas min-naħa tal-konvenut, filwaqt li l-Artikolu 20(2) japplika meta joħroġ ċar li l-ordni tal-pagament tkun inħarġet ħażin jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali oħrajn, bħal, pereżempju, b’intenzjoni min-naħa tal-parti.

Fl-ewwel sett ta’ każijiet il-leġiżlazzjoni rilevanti tikkonċerna appelli tardivi kontra ordnijiet ta’ pagamenti, li tkun saret dispożizzjoni għalihom skont l-Artikolu 650 tal-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Ċivili (CPC, Kodiċi ta' Proċedura Ċivili) u li jridu jitressqu quddiem l-istess qorti li tkun ħarġet l-ittra ta’ twissija. L-approċċ f’dan il-każ huwa standard u jista’ jiġi applikat b’mod estensiv, għalkemm il-qorti trid tiddeċiedi dwar l-applikabbiltà tal-iskadenza stipulata fl-aħħar subtaqsima tal-Artikolu 650 CPC, billi din tapplika għall-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament.

Madankollu, fit-tieni sett ta’ każijiet, is-soluzzjoni li attwalment qed tiġi prattikata hija dik tal-applikazzjoni ordinarja jew, skont iċ-ċirkustanzi, applikazzjoni lill-qorti ġenerali kompetenti, għalkemm il-qorti trid tiddeċiedi dwar jekk ir-regoli applikabbli joriġinawx mil-liġi Taljana jew jistgħux jiġu dedotti mir-Regolament.

Rigward il-mezzi ta’ komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(1)(b) tar-Regolament, flimkien mal-Artikolu 7(5), ġie deċiż li ssir referenza għall-komunikazzjoni stampata hawn biss billi għal mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni (elettroniċi) tinħtieġ konformità mar-regoli Taljani speċifiċi u, skont ir-Regolament, il-mezzi ta’ komunikazzjoni jridu jkunu “disponibbli” għall-qrati kkonċernati.

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati segwenti għandhom ġuriżdizzjoni biex joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea:

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja [Giudice di Pace] għal talbiet sa massimu ta’:

1) EUR 5 000.00, għal talbiet ġenerali;

2) EUR 20 000.00 għal talbiet li jikkonċernaw kumpens għal dannu kkawżat minn vetturi u dgħajjes, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(2)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006.

Il-Kummissarji tal-Ġustizzja għandhom ġuriżdizzjoni fuq kwalunkwe ammont li jinkludi relazzjonijiet bejn is-sidien jew l-abitanti f’abitazzjonijiet fir-rigward ta’ duħħan, sħana, storbju, vibrazzjonijiet u disturbi simili li jeċċedu l-livelli normali skont l-Artikolu 7(3)(3) tal-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Ċivili, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 2(2)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni wkoll f’każijiet li jinvolvu mgħax jew inċidentali għal morożità fil-ħlas ta’ pensjonijiet jew benefiċċji soċjali.

Il-qorti ċivili ordinarja jew il-qorti tal-appell bħala l-qorti ġenerali u dik tal-aħħar istanza għandhom ġuriżdizzjoni fil-każijiet l-oħra kollha u ġuriżdizzjoni esklużiva kif previst fil-leġiżlazzjoni Taljana.

B’mod partikulari, rigward kwistjonijiet mhux esklużi mill-Artikolu 2, il-qrati ċivili ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni f’każijiet ta’:

1) talbiet relatati mal-kuntratti agrikoli (f’dan il-każ, id-diviżjonijiet agrikoli speċjalizzati tal-qorti ordinarja għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 9 tal-Liġi Nru 29 tal-14 ta’ Frar 1990);

2) talbiet fir-rigward ta’ privattivi u marki kummerċjali (f’dan il-każ it-taqsimiet kummerċjali speċjali tal-qrati ordinarji għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 1 et. seq. tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 168 tas-27 ta’ Ġunju 2003 - l-aktar verżjoni riċenti)

3) talbiet skont il-liġi dwar it-trasportazzjoni marittima, b’mod partikulari b’rabta ma’ kolliżjonijiet tal-bastimenti; dannu kkawżat mill-bastimenti meta jankraw jew jirmiġġaw jew iwettqu manuvri oħra f’portijiet u postijiet oħra ta’ waqfien; dannu kkawżat mill-użu ta’ tagħmir tat-tagħbija u tal-ħatt u l-immaniġġjar tal-oġġetti fil-portijiet; dannu kkawżat minn bastimenti lil xbieki u tagħmir ieħor tas-sajd; imposti u kumpens għal assistenza, salvataġġ u rkupru; rimborż ta’ nfiq u premji għall-irkupru ta’ tifrik ta’ bastimenti skont l-Artikolu 589 tal-Kodiċi tan-Navigazzjoni.

4) każijiet u proċedimenti relatati mal-kuntratti pubbliċi għal ħidmiet, fornituri u servizzi ta’ portata Komunitarja, li wieħed mill-impenji msemmi fl-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 168 tas-27 ta’ Ġunju 2003 (kif emendat) ikun parti għalihom jew meta wieħed minnhom jipparteċipa f’konsorzju jew aggruppament temporanju li jkunu ngħataw kuntratti jew meta l-qorti ordinarja jkollha ġuriżdizzjoni (f’dan il-każ, it-taqsimiet kummerċjali speċjalizzati tal-qrati ordinarji wkoll għandhom ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 168 tas-27 ta’ Ġunju 2003).

Rigward kwistjonijiet mhux esklużi mill-Artikolu 2 tar-Regolament, il-Qorti tal-Appell għandha ġuriżdizzjoni bħala l-qorti ġenerali u tal-aħħar istanza għal talbiet relatati ma’ kumpens għal danni kkawżati minn ftehimiet li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u l-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti (l-Artikolu 32(2) tal-Liġi Nru 287 tal-10 ta’ Ottubru 1990).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni għar-rieżami imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 1896/2006/KE u l-proċedimenti relatati, hija l-qorti li tkun ħarġet l-ordni skont l-Artikolu 650 tal-Kodiċi Taljan tal-Proċedura Ċivili.

Il-qorti li għandha l-ġuriżdizzjoni għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006/KE u l-proċedimenti relatati, hija l-qorti responsabbli mill-ordni, skont ir-regoli komunement applikabbli.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-finijiet tal-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 huma s-servizzi postali.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata hija dik Taljana.

L-aħħar aġġornament: 26/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Ċipru

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-entitajiet li ġejjin għandhom ġurisdizzjoni: Il-qrati tal-prim'istanza kollha fir-Repubblika ta' Ċipru li joperaw fl-erba' distretti amministrattivi kkontrollati mill-Istat legali tar-Repubblika ta' Ċipru, jiġifieri Nicosia, Lemesos, Larnaca-Amohostos u Paphos. Il-ġurisdizzjoni ta' l-imħallfin hija ddeterminata mill-Att dwar il-Qrati (14/60) u tikkorispondi għall-pożizzjoni ġerarkika ta' l-imħallef, jiġifieri Imħallef tad-Distrett, Imħallef Suprem tad-Distrett u President tal-Qorti Distrettwali.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-proċedura ta' stħarriġ hija stipulata mir-Regolamenti Proċedurali dwar il-Kawżi Ċivili. Il-proċedura hija bbażata prinċiparjament fuq sottomissjonjiet bil-miktub magħmula mill-partijiet involuti f'tilwima. F'każi eċċezzjonali, u kull meta l-Qorti tqis li hu neċessarju, tista' tittiehed xhieda orali flimkien ma' sottomissjonijiet bil-miktub u dikjarazzjonijiet taħt ġurament. Il-qrati kompetenti huma dawk imsemmija fil-punt (a) hawn fuq.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-għanijiet tal-proċedura ta’ l-ordni ta’ ħlas Ewropew u li huma disponibbli għall-qrati huma: il-preżentata ta' applikazzjoni fir-reġistru personalment, jew bil-posta jew b'xi mezz ieħor ta' komunikazzjoni bħal fax jew e-mail.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa Griega hija dik aċċetata mill-qrati. Mandanakollu, għall-għanijiet tar-Regolament, l-Ingliż, li huwa wkoll użat f'Ċipru, huwa miżjud.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Latvja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni biex joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea huma l-qrati distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesas), li huma l-qrati tal-prim’istanza f’materji ċivili. Il-qorti distrettwali jew tal-belt partikolari hija ġeneralment il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tal-konvenut (deklarētā dzīvesvieta), jew jekk il-konvenut ma għandu ebda post iddikjarat ta’ residenza, l-indirizz tad-dar tal-konvenut (dzīvesvietas adrese) jew l-uffiċċju reġistrat (juridiskā adrese). Lista tal-qrati tista’ tiġi kkonsultata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 485.1(1)(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jistipula li rikors li għandu l-għan ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa minn qorti distrettwali jew tal-belt irid jiġi ppreżentat lill-qorti reġjonali xierqa (abgabaltiesa). Hemm ħames qrati reġjonali li jisimgħu kawżi ċivili. Kull qorti reġjonali għandha ġuriżdizzjoni li testendi fuq iż-żoni moqdija minn għadd ta’ qrati distrettwali jew tal-belt. Lista tal-qrati tista’ tiġi kkonsultata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Rikors li għandu l-għan ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ ordni jrid jiġi ppreżentat f’terminu ta’ 45 jum mid-data li fiha l-persuna ssir taf biċ-ċirkostanzi li jikkostitwixxu raġunijiet għal rieżami skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu.

Rikors li ma jagħtix ir-raġunijiet għall-istħarriġ ġudizzjarju skont ir-Regolament ma jiġix aċċettat u jiġi rritornat lir-rikorrent. Il-qorti tirrifjuta wkoll li tikkunsidra rikors ripetut, ħlief jekk jidher li r-raġunijiet għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-ordni jkunu nbidlu. Id-deċiżjoni tal-qorti f’dan ir-rigward tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari (blakus sūdzība).

Rikors għal stħarriġ ġudizzjarju ta’ ordni jiġi ttrattat fi proċedimenti bil-miktub. Jekk, meta tkun qieset ir-rikors, il-qorti reġjonali ssib li l-kundizzjonijiet għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-ordni ma jkunux ġew issodisfati, hija tannulla l-ordni kkontestata fl-intier tagħha, u tirrinvija l-każ għall-eżami mill-ġdid mill-qorti tal-prim’istanza.

Jekk il-qorti reġjonali ssib li l-motivi invokati fir-rikors ma jagħtux lok għal stħarriġ ġudizzjarju tal-ordni, hija tiċħad ir-rikors. Id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi kkontestata billi jitressaq ilment anċillari. Il-proċedura għat-tressiq u l-eżami ta’ ilmenti anċillari ta’ dan it-tip huma stipulati fil-Kapitolu 55 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Traduzzjoni tal-Liġi bl-Ingliż hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Id-dokumenti għall-qorti jridu jiġu ppreżentati b’forma bil-miktub, bil-posta jew bl-idejn.

Il-qrati jaċċettaw ukoll dokumenti mressqa b’mod elettroniku li l-persuna kkonċernata tkun iffirmat b’firma elettronika sikura rikonoxxuta fil-Latvja. Barra minn hekk, fid-dawl tar-Regolament eIDAS u l-istrateġija tas-suq uniku diġitali tal-UE, ġew imfassla xi emendi għal-Liġi dwar id-dokumenti elettroniċi u qed isiru l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa biex jitħallew li jiġu aċċettati dokumenti elettroniċi minn Stati Membri oħra tal-UE bil-kundizzjoni li dawn jiġu ffirmati skont ir-rekwiżiti tar-Regolament eIDAS.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Ordni ta’ ħlas Ewropea trid titfassal jew tiġi tradotta fil-lingwa nazzjonali, il-Latvjan.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Litwanja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Skont l-Artikolu 20 tal-Liġi, applikazzjonijiet għal ordnijiet ta' ħlas Ewropej għandhom jiġu ppreżentati skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni mniżżla fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja (Valstybės Žinios, 2002, Nru 36-1340) (lill-qorti tad-distrett f’każijiet fejn l-ammont tat-talba ma tmurx lil hinn minn LTL 100 000, u lill-qorti tal-kontea f’każijiet fejn l-ammont tat-talba ma jeċċediex LTL 100 000). Wara li teżamina l-applikazzjoni l-qorti kompetenti għandha jkollha ġurisdizzjoni li toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Skont l-Artikolu 23 tal-Liġi, ir-raġunijiet tal-ordni ta’ ħlas Ewropea kif speċifikat fl-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhom jiġu riveduti mill-qorti li ħarġet l-ordni ta’ ħlas Ewropea. Wara li tiġi ammessa l-applikazzjoni għar-reviżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, il-qorti għandha tibgħat kopji tal-applikazzjoni u l-appendiċi tagħha lil min għamel it-talba u għandha tinforma lil dan tal-aħħar sabiex jissottometti risposta lill-applikazzjoni bil-miktub fi żmien 14-il jum wara li ħarġet l-applikazzjoni. Il-qorti għandha teżamina l-applikazzjoni preżentata sabiex tirrevedi l-ordni ta’ ħlas Ewropea permezz ta’ proċedura bil-miktub mhux aktar tard minn 14-il jum wara li għalaq il-limitu taż-żmien li tiġi sottomessa r-risposta għall-applikazzjoni u għandha tgħaddi ordni dwar waħda mid-deċiżjonijiet riferuti fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament Nru 1896/2006.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

F’każijiet għal ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, dokumenti proċedurali għandhom jiġu sottomessi lill-qorti direttament jew permezz tal-posta.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

F’konformita’ mal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament 1896/2006, il-lingwa aċċetta għandha tkun it-Litwen.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Lussemburgu

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma:

1. il-ġudikant li jippresjedi t-Tribunal d’Arrondissement jew il-ġudikant li jissostitwih, meta l-valur tat-talba tkun iktar minn 10.000 euro;

2. il-juge de paix, meta l-valur tat-talba mhuwiex iktar minn 10.000 euro;

3. il-ġudikant li jippresjedi t-Tribunal du travail, jew il-ġudikant li jissostitwih, indipendentement mill-valur tat-talba, għall-kwistjonijiet li jinqalgħu dwar:

  • il-kuntratti ta’ xogħol, il-kuntratti ta’ tagħlim u s-sistemi kumplimentari ta’ pensjoni li jkun hemm bejn min jimpjiega, fuq naħa u l-impjegati fuq in-naħa l-oħra, inkluż dawk li jirriżultaw wara li jkun ġie fi tmiemu l-kuntratt;
  • għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni l-falliment stipulat fil-Kapitolu V tal-liġi tat-8 ta’ Ġunju 1999 dwar l-iskemi ta’ pensjoni supplementari li jkun hemm bejn l-entità msemmija fl-Artikolu 21 jew kumpanija ta’ assigurazzjoni ta' ħajja kif stipulata fl-Artikolu 24(1) tal-istess liġi, fuq naħa, u l-impjegati, eks-impjegati u d-dipendenti, fuq in-naħa l-oħra.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Huma kompetenti biex jieħdu deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni u t-talba ta’ reviżjoni :

  1. it-tribunal d'arrondissement, meta d-deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat mill-ġudikant li jippresjedi t-tribunal d'arrondissement, jew mill-ġudikant li jissostitwih;
  1. il-juge de paix directeur, jew il-ġudikant li jissostitwih, meta l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat minn juge de paix;
  1. it-tribunal du travail, meta d-deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat mill-ġudikant li jippresjedi t-tribunal du travail, jew mill-ġudikant li jissostitwih.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-Lussemburgu jaċċetta l-posta bħala mezz ta’ komunikazzjoni.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Ungerija

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Fl-Ungerija ordnijiet ta' ħlas jinħarġu min-nutara (nutara tal-liġi ċivili). In-nutara kollha għandhom il-kompetenza li tkopri t-territorju kollu tal-Ungerija.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Fl-Ungerija, il-qorti kompetenti hija l-qorti li ħarġet l-ordni Ewropew ta' ħlas fil-każ in kwistjoni.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Fl-Ungerija, il-komunikazzjoni tista' ssir bil-posta jew personalment, direttament lin-nutara (fl-Ungerija l-proċedura ta' ordni ta' ħlas taqa' taħt il-kompetenza tan-nutara tal-liġi ċivili).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Traduzzjoni għall-Ungeriż għandha dejjem tkun fornita ma' ordni ta' ħlas Ewropea maħruġa għal eżekuzzjoni.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Malta

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili – minn Eur 15,000 'il fuq

Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) – minn Eur 5,000 sa Eur 15,000

It-Tribunal għal Talbiet Żgħar – sa Eur 5,000

Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li sservi kemm bħala ġuriżdizzjoni superjuri (Eur 15,000 'l fuq) kif ukoll bħala ġuriżdizzjoni inferjuri (minn Eur 5,000 sa Eur 15,000) – għandha l-kompetenza li tisma' l-kawżi kollha kontra persuni residenti jew li għandhom id-domiċilju ordinarju tagħhom fil-gżira ta' Għawdex jew ta' Kemmuna

Il-korrispondenza kollha għandha tkun indirizzata lil:

Ir-Reġistratur

(L-isem tal-Qorti kompetenti)

Il-Qrati tal-Ġustizzja

Triq ir-Repubblika,

Il-Belt Valletta VLT 2000

MALTA

Il-korrispondenza li għandha x'taqsam mal-Qrati ta' Għawdex għandha tkun indirizzata lil:

Ir-Reġistratur

(L-isem tal-Qorti kompetenti)

Il-Qrati tal-Ġustizzja

Il-Pjazza Katidral

Ir-Rabat

Għawdex

MALTA

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili

Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta)

It-Tribunal għal Talbiet Żgħar

Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) li sservi kemm bħala ġuriżdizzjoni superjuri kif ukoll bħala ġuriżdizzjoni inferjuri

Il-korrispondenza kollha għandha tkun indirizzata lil:

Ir-Reġistratur

(L-isem tal-Qorti kompetenti)

Il-Qrati tal-Ġustizzja

Triq ir-Repubblika,

Il-Belt Valletta VLT 2000

MALTA

Il-korrispondenza li għandha x'taqsam mal-Qrati ta' Għawdex għandha tkun indirizzata lil:

Ir-Reġistratur

(L-isem tal-Qorti kompetenti)

Il-Qrati tal-Ġustizzja

Il-Pjazza Katidral

Ir-Rabat

Għawdex

MALTA

Il-proċedura ta' rieżami kif stipulat fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-preżentata tal-applikazzjoni u l-forom l-oħra msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 fir-reġistru tal-qorti kompetenti, jew l-applikazzjoni u formoli oħra li jintbagħtu bil-posta lir-reġistru tal-qorti kompetenti.

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-konvenut għal rieżami din trid issir bil-Malti mill-konvenut innifsu fir-reġistru tal-qorti kompetenti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-Malti u l-Ingliż

L-aħħar aġġornament: 14/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Olanda

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 2 tal-Liġi li Timplimenta tal-ordni ta' pagament Ewropea:

Rikors għall-Ordni ta' Ħlas Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament jsir fil-qorti. Jekk l-ammont kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament mhux ikbar mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 93(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, jew jekk tirrigwarda każ kif imsemmi f'(c) ta' dak l-Artikolu, imbagħad ir-rikors jiġi ġestit u deċiż mill-imħallef tal-qorti subdistrettwali.

Ir-rikors għandu jintbgħat fl-indirizz li ġej:

p/a Rechtbank 's-Gravenhage

Sector civiel recht

Algemene Zaken

Postbus 20302

2500 EH Den Haag

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 9 tal-Liġi li Timplimenta tal-ordni ta' pagament Ewropea:

1. Fil-każ ta' Ordni ta' Ħlas Ewropea li jkun ġie dikjarat eżegwibbli fi ħdan it-tifsira tar-Regolament, il-konvenut jista' jippreżenta rikors għar-reviżjoni quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta' Pagament Ewropea fuq il-bażi tar-raġunijiet stabbiliti mill-Artikolu (20)(1) u (2) tar-Regolament.

2. Ir-rikors għandu jsir:

a. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament, mhux aktar minn erba' ġimgħat wara li l-konvenut ikun ġie mgħarraf bl-Ordni ta' Ħlas eżegwibbli.

b. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament, mhux iktar minn erba' ġimgħat wara r-raġunijiet previsti fih ma jibqgħx japplikaw.

c. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament, mhux aktar minn erba' ġimgħat wara li l-konvenut ikun ġie mgħarraf bir-raġuni għar-reviżjoni msemmija fih.

3. Għal rikors li għandu jiġi preżentat għar-reviżjoni m’hemmx għalfejn avukat.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Skont id-dritt proċedurali ċivili Olandiż (l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), is-sottomissjoni elettronika tar-rikorsi għall-Ordni tal-Ħlas Ewropea hija permessa, sakemm dan ikun previst fir-regoli proċedurali tal-qorti. Fil-preżent l-ebda qorti ma tipprevedi għal din il-possibbiltà. Huma biss il-mezzi ta' sottomissjoni li ġejjin li huma possibbli:

- bil-posta

- b' sottomissjoni ppreżentata fil-qorti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Artikolu 8(2) tal-Liġi li Timplimenta tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea:

2. Ordni ta' Ħlas Ewropea, kif dikjarat eżegwibbli mill-qorti tal-oriġini fi Stat Membru ieħor, għandha tiġi magħmulha f'konformità mal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament jew tradott bl-Olandiż.

L-aħħar aġġornament: 25/04/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Awstrija

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Għall-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea għandha ġurisdizzjoni biss il-Qorti Distrettwali Kummerċjali ta’ Vjenna (Art. 252(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO)).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Talbiet għal reviżjoni skont l-Artikolu 20(1) u (2) jiġu proċessati bl-istess proċedura bħat-talbiet għal restitutio in integrum. Madankollu, deċiżjoni li tintlaqa’ applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 hija appellabbli (Art. 252(5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijakk(ZPO)).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Is-sottomissjonijiet fil-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea jistgħu jsiru jew f’forma stampata jew elettronikament permezz ta’ WebERV (sistema ta’ komunikazzjoni elettronika dwar il-ġustizzja fuq l-internet). Bħala prinċipju, il-WebERV hija disponibbli għal kull persuna naturali u ġuridika. Teknikament huwa meħtieġ software speċjali u l-użu ta’ aġenzija ta’ trażmissjoni. Lista aġġornata tal-aġenziji ta’ trażmissjoni tinstab hawn: http://www.edikte.justiz.gv.at/edikte/km/kmhlp05.nsf/all/erv.

L-applikazzjonijiet ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz tal-faks jew bl-email.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 21(2)(b) hi l-Ġermaniż.

Barra mil-lingwa Ġermaniża bħala lingwa uffiċjali, ċittadini Awstrijaċi u ċittadini ta’ Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu, quddiem il-qrati distrettwali ta’ Oberpullendorf u ta' Oberwart, jużaw il-lingwa Ungeriża, quddiem il-qrati distrettwali ta’ Ferlach, Eisenkappel u Bleiburg il-lingwa Slovena u quddiem il-qrati distrettwali ta’ Eisenstadt, Güssing, Mattersburg, Neusiedl am See, Oberpullendorf u Oberwet, il-lingwa Kroata.

L-aħħar aġġornament: 13/11/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Polonja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati kompetenti huma l-qrati distrettwali (sądy rejonowe) u l-qrati reġjonali (sądy okręgowe), li l-ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali tagħhom hija definita fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Kodeks postępowania cywilnego) tas-17 ta' Novembru 1964 (il-Ġurnal tal-Liġijiet 2014, il-kap 101, kif emendat). Il-ġuriżdizzjoni ratione materiae hija rregolata mill-Artikoli 16, 17 u 461(11) flimkien mal-Artikolu 50516(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, u l-ġuriżdizzjoni territorjali mill-Artikoli 27 sa 46 u 461(1) flimkien mal-Artikolu 50516(1) tal-Kodiċi.

Ir-rikorsi għaċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu 22 (iċ-ċaħda tal-eżekuzzjoni) tar-Regolament għandhom jiġu ppreżentati, skont l-Artikolu 115323(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, lill-qorti reġjonali tad-domiċilju tad-debitur jew lill-uffiċċju rreġistrat jew, fl-assenza ta' din il-qorti, lill-qorti reġjonali li fiha l-eżekuzzjoni reġjonali hija pendenti jew qed titwettaq. Skont l-Artikolu 115323(3), l-intimat jista' jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-każ fi żmien stabbilit mill-qorti.

B'referenza għall-Artikolu 23 (is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-eżekuzzjoni), fuq rikors minn debitur, il-qorti distrettwali kompetenti tista', skont l-Artikolu 115320(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, tissospendi l-proċedimenti ta' eżekuzzjoni li jkunu qed jitwettqu abbażi ta' ordni ta' ħlas Ewropea. Barra minn hekk, fuq rikors minn debitur, din il-qorti tista' tillimita l-eżekuzzjoni għal miżuri protettivi jew tagħmel l-eżekuzzjoni kondizzjonali fuq il-kreditur, bil-preżentazzjoni ta' sigurtà adegwata.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

B'referenza għall-Artikolu 20(1) tar-Regolament, il-protezzjoni tad-debitur tieħu l-forma ta' skedar mill-ġdid tat-terminu preskrittiv għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas Ewropea. Dan il-qasam huwa rregolat bl-Ewwel Parti, it-Titolu VI, il-Kapitolu 5 (in-nuqqas ta' konformità mat-terminu preskrittiv u l-arranġamenti għal skedar mill-ġdid) (l-Artikoli 167-172) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Skont dawn ir-regoli, ir-rikors għal skedar mill-ġdid tat-terminu preskrittiv, fi żmien ġimgħa minn meta tieqaf tapplika r-raġuni ta' nuqqas ta' konformità, irid jitressaq permezz ta' ittra lill-qorti li quddiemha kellhom iseħħu l-proċedimenti. L-ittra trid tissostanzja ċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-rikors. Fl-istess waqt li jitressaq rikors għar-riskedar tat-terminu preskrittiv, il-parti għandha tieħu l-pass proċedurali li tippreżenta applikazzjoni għall-eżami mill-ġdid tal-ordni ta' ħlas Ewropea. Jekk tkun laħqet għaddiet sena minn mindu t-terminu preskrittiv ma nżammx, jista' jiġi riskedat biss f'każijiet speċjali. Bħala regola, talba għar-riskedar ma twassalx għas-sospensjoni tal-proċedimenti jew tal-eżekuzzjoni ta' sentenza.

Rigward l-Artikolu 20(2) tar-Regolament, japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 50520 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. L-applikazzjonijiet iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-trattazzjonijiet bil-miktub u jindikaw ir-raġunijiet l-għaliex għandha tiġi annullata l-ordni ta' ħlas Ewropea. Il-qorti kompetenti għall-eżaminar ta' din l-applikazzjoni hija l-qorti li tkun ħarġet l-ordni. Qabel ma tiġi annullata l-ordni ta' ħlas Ewropea, il-qorti trid tisma' lir-rikorrent, jew titolbu jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-applikazzjonijiet għal ordni ta' ħlas Ewropea u għal trattazzjonijiet oħrajn f'dawn il-proċedimenti jistgħu jiġu ppreżentati biss bil-miktub. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti kompetenti kemm personalment kif ukoll bil-posta.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Skont l-Artikolu 21(2)(b), il-lingwa aċċettata hija dik Pollakka.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Portugall

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti bil-ġuriżdizzjoni biex toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea hija d-Diviżjoni Ċentrali Ċivilital-Qorti Distrettwali ta’ Porto (Juízo Central Cível do Tribunal da Comarca do Porto).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-proċedura ta’ rieżami hija dik stipulata fl-Artikolu 20 tar-Regolament, u l-qorti bil-ġuriżdizzjoni għal rieżami hija d-Diviżjoni  Ċentrali Ċivili tal-Qorti Distrettwali ta’ Porto.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Għall-finijiet tal-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea huma aċċettati l-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin:

(i) konsenja lir-reġistru tal-qorti, b’konformità mal-Artikolu 144(7)(a) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

(ii) bil-posta rreġistrata, b’konformità mal-Artikolu 144(7) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

(iii) bil-faks, b’konformità mal-Artikolu 144(7) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata hija l-Portugiż.

L-aħħar aġġornament: 02/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Rumanija

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti bil-ġuriżdizzjoni biex tinħareġ Ordni ta' Ħlas Ewropea hija l-qorti bil-ġuriżdizzjoni li tisma' l-kawża fl-ewwel istanza:

- il-qorti distrettwali (li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' t-talbiet fl-ewwel istanza għal ammont speċifiku ta' flus sa massimu ta' RON 200 000) jew

- it-tribunal (li jkollu l-ġuriżdizzjoni li jisma' r-rikorsi kollha fl-ewwel istanza li bil-liġi mhuma fil-ġuriżdizzjoni tal-ebda qorti oħra, jiġifieri li jinkludu talbiet għal ammonti ogħla minn RON 200 000) — l-Artikolu 94(1), il-punt 1(j), u l-Artikolu 95, il-punt 1, tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (rigward ordnijiet ta' ħlas, ara l-Artikolu 1015 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, li jistipula li l-kreditur jista' jippreżenta talba għal ordni ta' ħlas lill-qorti kompetenti li tindirizza s-sustanza tal-kawża fl-ewwel istanza).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

- il-proċedura skont il-liġi ordinarja:

- deċiżjonijiet finali jistgħu jiġu kkontestati permezz ta' appell straordinarju li jitlob l-annullament meta l-appellant ma jkunx tħarrek kif xieraq u ma kienx preżenti fil-proċedimenti; appell bħal dan li jitlob l-annullament jista' jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni, imma mhux iktar tard minn sena wara d-data meta d-deċiżjoni ssir finali; il-bażi għall-appell trid tiġi stabbilita fi żmien il-15-il jum imsemmija fuq — inkella tkun nulla u bla effett (l-Artikoli 503(1) u 506 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- jisa' jintalab appell straordinarju għal reviżjoni ta' deċiżjoni meħuda dwar is-sustanza tal-kawża jew li tirreferi għaliha jekk il-parti kkonċernata ma tkunx setgħet tidher fil-proċedimenti minħabba ċirkostanzi mhux fil-kontroll tagħha u tkun infurmat lill-qorti b'dan; meta japplikaw dawn iċ-ċirkostanzi , deċiżjonijiet li ma jirreferux għas-sustanza tal-kawża jkunu suġġetti għal reviżjoni wkoll; iż-żmien permess biex tintalab reviżjoni huwa ta' 15-il jum, li jibdew jgħoddu minn meta jintemmu ċ-ċirkostanzi li jipprevjenu (l-Artikolu 509(1), il-punt 9, u (2) u, l-Artikolu 511(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- parti li taqbeż l-iskadenza proċedurali tingħata skadenza ġdida biss jekk turi li d-dewmien kien dovut għal raġunijiet sostanzjati sew; għal din il-fini, il-parti trid timla d-dokument proċedurali meħtieġ mhux iktar tard minn 15-il jum wara li jintemmu ċ-ċirkostanzi li pprevenewha, u titlob skadenza ġdida; fil-każ ta' proċeduri ta' appell, din l-iskadenza tkun l-istess bħall-iskadenza normali permessa għall-preżentazzjoni ta' appell; talba biex tingħata skadenza ġdida tiġi deċiża mill-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar talbiet li jirrigwardaw drittijiet mhux eżerċitati fil-ħin (l-Artikolu 186) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid).

- proċedura speċjali għall-ordni ta' ħlas:

- il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid (l-Artikoli 1013 sa 1024) jistabbilixxi proċedura partikolari għall-ordnijiet ta' ħlas;

- debitur jista' jippreżenta talba għal annullament ta' ordni ta' ħlas fi żmien 10 ijiem minn meta jiġi nnotifikat (l-Artikolu 1023(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili);

- kreditur jista', fi żmien 10 ijiem (l-Artikolu 1023(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid), jippreżenta talba għal annullament ta' deċiżjoni stipulata fl-Artikolu 1020(1) u (2) [1] tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid, jew ta' ordni ta' ħlas stipulat fl-Artikolu 1021(2) [2];

- talba għal annullament tkun ipproċessata mill-qorti li tkun ħarġet l-ordni ta' ħlas, preseduta minn żewġ imħallfin (l-Artikolu 1023(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- meta l-qorti li tiddeċiedi l-kawża tilqa' t-talba għal annullament kompletament jew parzjalment, hija tannulla l-ordni kompletament jew parzjalment, kif applikabbli, u tagħti deċiżjoni finali; meta l-qorti li tiddeċiedi l-kawża tilqa' t-talba għal annullament, hija toħroġ deċiżjoni finali li timponi l-ordni ta' ħlas; deċiżjoni li tiċħad talba għal annullament tkun finali (l-Artikolu 1023(6) l-ewwel sentenza, (7) u (8) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili);

- il-parti kkonċernata tista' tippreżenta appell kontra l-eżekuzzjoni tal-ordni ta' ħlas, skont il-liġi ordinarja; l-appell jista' jirreferi biss għall-irregolaritajiet fil-proċedura ta' eżekuzzjoni jew raġunijiet għat-tmiem tal-obbligu li ġraw wara li l-ordni ta' ħlas sar finali (l-Artikolu 1024(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid).

[1] Skont l-Artikolu 1021 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid:

"L-Artikolu 1020 Kontestazzjoni tat-talba

(1) Meta debitur jikkontesta t-talba, il-qorti għandha tara jekk il-kontestazzjoni hijiex iġġustifikata, fuq il-bażi tad-dokumenti fl-atti tal-kawża u l-ispjegazzjonijiet u l-kjarifiki pprovduti mill-partijiet. Jekk id-difiża tad-debitur tkun iġġustifikata, il-qorti għandha tiċħad it-talba tal-kreditur billi toħroġ deċiżjoni.

(2) Meta d-difiża sostantiva ppreżentata mid-debitur tinvolvi l-ipproċessar ta' evidenza ħlief dik imsemmija fil-paragrafu (1) u dik l-evidenza tkun ammissibbli fi proċedimenti tal-liġi ordinarja, skont il-liġi, il-qorti għandha tiċħad it-talba tal-kreditur għal ordni ta' ħlas billi toħroġ deċiżjoni.

(3) Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi (1) u (2), il-kreditur jista' jippreżenta talba biex jiftaħ il-proċedimenti legali skont il-liġi ordinarja."

[2] Skont l-Artikolu 1021(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid: "Meta l-qorti, wara li eżaminat l-evidenza tal-kawża, issib li t-talbiet tal-kreditur ikunu ġġustifikati parzjalment biss, hija għandha toħroġ ordni ta' ħlas biss għal dik il-parti u għandha tindika wkoll id-data ta' skadenza għall-ħlas. F'każijiet bħal dawn, il-kreditur jista' jippreżenta talba biex jiftaħ il-proċedimenti legali skont il-liġi ordinarja, bil-ħsieb li jiġi impost obbligu fuq id-debitur biex iħallas il-bqija tad-dejn."

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

- il-proċedura skont il-liġi ordinarja

- Notifika/komunikazzjoni ta' ċitazzjoni u dokumenti proċedurali oħrajn iridu jkunu konformi mal-Artikoli 153 sa 173 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid. Hawn taħt hawn imniżżla xi eżempji ta' kif issir in-notifika/komunikazzjoni:

- ċitazzjoni u d-dokumenti proċedurali kollha jiġu nnotifikati ex officio mill-aġenti proċedurali tal-qorti kkonċernata jew kwalunkwe impjegat ieħor tagħha, kif ukoll minn aġenti jew impjegati ta' qrati oħrajn li jkollhom il-ġuriżdizzjoni fejn ikun residenti d-destinatarju li jrid jiġi nnotifikat (l-Artikolu 154(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- jekk id-dokumenti ma jkunux jistgħu jiġu nnotifikati fil-mod stabbilit hawn fuq, jintbagħtu bil-posta, b'ittra rreġistrata b'dikjarazzjoni tal-kontenut u konferma tar-riċevuta, f'envelop issiġġillat li tinhemeż miegħu prova tal-irċevuta/rekord tal-forma tal-konsenha u l-avviż stipulat mil-liġi (l-Artikolu 154(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- wara talba u bl-ispejjeż imħallsa biss mill-parti interessata, dokumenti proċedurali jistgħu jiġu nnotifikati jew mill-bailiffs, li huma meħtieġa jikkonformaw mal-formalitajiet stipulati skont il-liġi proċedurali, jew permezz ta' servizzi ta' konsenja espress (l-Artikolu 154(5) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid);

- ċitazzjonijiet u dokumenti proċedurali oħrajn jistgħu jkunu kkomunikati mir-reġistru tal-qorti permezz ta' telefaks, e-mail jew mezzi oħrajn li kapaċi jittrażmettu t-test tad-dokument u jiżguraw il-konferma tal-irċevuta, meta l-parti kkonċernata tkun ipprovdiet lill-qorti bid-dettalji neċessarji għal din il-fini; għall-fini ta' konferma, il-qorti se tinkludi mad-dokument proċedurali, formola li tiddikjara: l-isem tal-qorti, id-data ta' komunikazzjoni, l-isem tar-reġistratur li ħa ħsieb il-komunikazzjoni, u d-dokumenti kkomunikati; il-formola trid timtela mid-destinatarju, li jrid jiddikjara d-data tar-riċevuta u jipprovdi l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli biex jirċievi l-korrispondenza; imbagħad trid tiġi rritornata lill-qorti b'faks, e-mail jew mezz xieraq ieħor (l-Artikolu 154(6) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

- proċedura speċjali għall-ordni ta' ħlas:

- l-ordni trid tiġi nnotifikata lill-parti preżenti jew lil kull parti mingħajr dewmien, skont il-liġi (l-Artikolu 1021(5) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili l-ġdid).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

It-talbiet iridu jsiru bir-Rumen.

L-aħħar aġġornament: 19/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Slovenja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati lokali (okrajna sodišča) u l-qrati distrettwali (okrožna sodišča) għandhom kompetenza.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-qrati lokali u distrettwali għandhom kompetenza għal proċeduri ta’ rieżami u l-applikazzjoni tal-Artikolu 20 tar-Regolament.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-komunikazzjoni mal-qorti sseħħ bil-posta, b’mezzi elettroniċi, billi tiġi użata teknoloġija ta’ komunikazzjoni, ikkonsenjata direttament lill-qorti jew ikkonsenjata minn persuna ingaġġata professjonalment permezz ta’ sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet (fornitur kummerċjali) (Artikolu 105(b) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (minn hawn ’il quddiem: ZPP), Uradni List RS (UL RS; (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja), Nri 73/07 – verżjoni uffiċjali kkonsolidata, 45/08 – Att dwar l-Arbitraġġ (ZArbit), 45/08, 111/08 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjoni, 57/09 – Deċ. CC, 12/10 – Deċ. CC, 50/10 – Deċ. CC, 107/10 – Deċ. CC, 75/12 – Deċ. CC, 40/13 – Deċ. CC, 92/13 – Deċ. CC, 10/14 – Deċ. CC u 48/15 – Deċ. CC, 13.8.2007, p. 10425).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwi uffiċjali huma s-Sloven u ż-żewġ lingwi nazzjonali minoritarji, li jiġu użati uffiċjali fil-qrati f’postijiet fejn igħixu dawn il-minoritajiet nazzjonali (Artikoli 6 u 104 ZPP). Il-lingwi nazzjonali minoritarji huma t-Taljan u l-Ungeriż.

Il-postijiet ta’ ċittadinanza mħallta huma ddefiniti mill-Att dwar l-Istabbiliment tal-Muniċipalitajiet u l-Konfini Muniċipali (UL RS, Nri 108/06 - verżjoni uffiċjali kkonsolidata u 9/11; minn hawn ’il quddiem: ZUODNO). L-Artikolu 5 ZUODNO jipprevedi li: “Il-postijiet ta’ ċittadinanza mħallta abbażi ta’ dan l-att huma ddefiniti per se mill-istatuti muniċipali attwali ta’ Lendava, Hodoš‑Šalovci, Moravske Toplice, Koper, Izola u Piran.”

L-aħħar aġġornament: 27/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Slovakkja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

"qrati distrettwali"

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Skont l-Artikolu 29(1)(b) tar-Regolament, skont l-Artikolu 398 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Kontenzjuża (Civilný sporový poriadok) wieħed jista’ jfittex rimedju legali straordinarju billi jiftaħ kawża ta’ ritrattazzjoni (žaloba o obnovu konania)) quddiem il-qorti kompetenti li tkun tat is-sentenza fl-ewwel istanza, jiġifieri l-“qorti distrettwali” (okresný súd).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Skont l-Artikolu 125 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Kontenzjuża rikors għal ftuħ ta’ kawża tista’ ssir bil-miktub jew elettronikament. Rikors li jsir mingħajr awtorizzazzjoni elettronika jrid jerġa’ jintbagħat fi żmien 10 ijiem fuq karta jew f’format elettroniku awtorizzat, inkella ma jitqiesx. Il-Qorti ma titlobx li rikors jerġa’ jintbagħat.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Skont l-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament, il-lingwa aċċettata għat-tfassil ta’ ċertifikat hija “s-Slovakk”.

L-aħħar aġġornament: 25/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Finlandja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki għandha l-ġuriżdizzjoni li toħroġ ordni Ewropew għal pagament.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 20 tar-Regolament, li jirrigwarda r-reviżjoni tal-ordni Ewropew għal pagament, japplika fil-Finlandja kif inhu. Għall-finijiet tal-Artikolu 20, il-qorti kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki.

B'żjieda mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 20 tar-Regolament, id-dispożizzjonijiet dwar meżżi straordinarji ta’ appell f’Kapitolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja japplikaw ukoll għall-ordni Ewropew għal pagament. Dawn jinkludu ilmenti bbażati fuq żball proċedurali (Sezzjoni 1 ta’ Kapiltolu 31) u revoka ta’ sentenza finali (Sezzjoni 7 ta’ Kapitolu 31). Fis-Sezzjoni 17 tal-Kodiċi tal-Proċeduta Ġudizzjarja hemm dispożizzjoni dwar il-konċessjoni ta’ skadenza ġdida.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Att Nru 13/2003 dwar is-Servizzi Elettroniċi u l-Komunikazzjoni (Settur Pubbliku) jinkludi dispożizzjonijiet dwar is-sottomissjoni ta’ dokumenti bi prova lil qorti Finlandiża. Taħt dan l-Att, il-meżżi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-ordni għal proċedura ta' pagament huma l-posta, il-faks u l-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Ordnijiet Ewropej għal pagament jistgħu jintbagħtu bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Svezja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Rikorsi għall-ordni ta’ pagament Ewropew ippreżentati fl-Iżvezja jiġu eżaminati mill-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Kronofogdemyndigheten) (l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-rikorsi għar-reviżjoni jiġu eżaminati mill-qorti tal-appell (hovrätt) (Artikolu 13 tal-Att dwar il-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament). Jekk rikors jintlaqa', il-qorti tal-appell tiddeċiedi fl-istess ħin li jsir irrivalutar mill-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża.

Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-kwistjonjiet, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawww.kronofogden.se)

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Ir-rikorsi għall-proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament għandhom bħala prinċipju jiġu ppreżentati bil-miktub. L-Amministrazzjoni tal-Eżekuzzjoni Żvediża tista' tiddeċiedi li r-rikorsi jiġu magħmula permezz ta' mezz li jippermetti l-użu tal-ipproċessar awtomatiku tal-informazzjoni (l-Artikolu 4 tar Regolament dwar proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Fl-Iżvezja, fir-rikorsi tal-eżekuzzjoni għal proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament li jiġu ddikjarati eżegwibblifi Stat Membru ieħor, l-ordni għall-pagament għandu jiġi tradott fl-Isvediż jew fl-Ingliż (l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar dwar proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament).

L-aħħar aġġornament: 17/02/2016