L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Lussemburgu

Il-kontenut ipprovdut minn
Lussemburgu

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Lussemburgu

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma:

1. il-ġudikant li jippresjedi t-Tribunal d’Arrondissement jew il-ġudikant li jissostitwih, meta l-valur tat-talba tkun iktar minn 15.000 euro;

2. il-juge de paix, meta l-valur tat-talba mhuwiex iktar minn 15.000 euro;

3. il-ġudikant li jippresjedi t-Tribunal du travail, jew il-ġudikant li jissostitwih, indipendentement mill-valur tat-talba, għall-kwistjonijiet li jinqalgħu dwar:

  • il-kuntratti ta’ xogħol, il-kuntratti ta’ tagħlim u s-sistemi kumplimentari ta’ pensjoni li jkun hemm bejn min jimpjiega, fuq naħa u l-impjegati fuq in-naħa l-oħra, inkluż dawk li jirriżultaw wara li jkun ġie fi tmiemu l-kuntratt;
  • għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni l-falliment stipulat fil-Kapitolu V tal-liġi tat-8 ta’ Ġunju 1999 dwar l-iskemi ta’ pensjoni supplementari li jkun hemm bejn l-entità msemmija fl-Artikolu 21 jew kumpanija ta’ assigurazzjoni ta' ħajja kif stipulata fl-Artikolu 24(1) tal-istess liġi, fuq naħa, u l-impjegati, eks-impjegati u d-dipendenti, fuq in-naħa l-oħra.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Huma kompetenti biex jieħdu deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni u t-talba ta’ reviżjoni :

  1. it-tribunal d'arrondissement, meta d-deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat mill-ġudikant li jippresjedi t-tribunal d'arrondissement, jew mill-ġudikant li jissostitwih;
  1. il-juge de paix directeur, jew il-ġudikant li jissostitwih, meta l-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat minn juge de paix;
  1. it-tribunal du travail, meta d-deċiżjoni tal-ordni ta’ ħlas Ewropea tkun ingħatat mill-ġudikant li jippresjedi t-tribunal du travail, jew mill-ġudikant li jissostitwih.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-Lussemburgu jaċċetta l-posta bħala mezz ta’ komunikazzjoni.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

L-aħħar aġġornament: 03/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.