L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qrati kompetenti biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma l-imħallef distrettwali u l-president tat-Tribunal Kummerċjali, fil-limiti ta' l-kompentenza tagħhom biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea.

Meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ma jirreferix għal qrati b'kompetenza territorjali, iżda għal qrati ta' Stat Membru, l-imħallef distrettwali jew it-Tribunal Kummerċjali b'kompetenza territorjali hija dik kompetenti għall-post ta' residenza tad-difensur jew wieħed mid-difensuri.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' rieżami f'każijiet eċċezzjonali, previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament, huma identiċi għal dawk applikabbli għall-proċedura ta' oppożizzjoni. It-talba għal finijiet ta' rieżami titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

It-talba għal ordni ta' ħlas Ewropea tista' tiġi indirizzata lill-Qorti permezz tal-posta jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b) huma: il-Franċiż, l-Ingliż; il-Ġermaniż; it-Taljan; l-Ispanjol.

L-aħħar aġġornament: 07/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.