Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

L-Ingilterra u Wales

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Renju Unit

L-Ingilterra u Wales

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti/qrati li jkollhom ġurisdizzjoni biex joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea fl-Ingilterra u Wales huma l-qorti tal-kontea (county court) u l-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (High Court of Justice).

Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-kontea (county courts) hija kompletament statutorja u tkopri kważi l-qasam kollu tad-dritt ċivili. Il-ġurisdizzjoni ġenerali fid-dritt ċivili tikkoinċidi l-aktar ma’ dik tal-Qorti Għolja (High Court), ħlief li talbiet għal korriment personali għal inqas minn £50 000 u talbiet monetarji għal inqas minn £15 000 iridu jinbdew fil-qorti tal-kontea (county court). Iktar dettalji jistgħu jinstabu fl-Ordni tal-1991 dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti Għolja u tal-qrati tal-kontea (High Court and County Courts Jurisdiction Order 1991) (kif emendata). Għadd ta’ statuti jagħtu ġurisdizzjoni esklussiva lill-qrati tal-kontea (county courts) - pereżempju, prattikament il-każijiet kollha taħt l-Att tal-1974 dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (Consumer Credit Act 1974) u l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet minn selliefa b’ipoteka u sidien.

Tista’ tinħareġ talba fi kwalunkwe qorti tal-kontea (county court) fl-Ingilterra u f’Wales. Is-sit web tas-Servizz tal-Qorti għandu l-indirizzi kollha tal-qrati tal-kontea (county courts) u d-dettalji tal-Qorti Għolja (High Court).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-rikors għal stħarriġ skont l-Artikolu 20 fl-Ingilterra u Wales irid jiġi ppreżentat lill-qorti kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta’ ħlas Ewropea, skont il-Parti 23 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezz ta’ komunikazzjoni aċċettat mill-qrati fl-Ingilterra u Wales għall-finijiet tal-bidu ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea huwa bil-posta (minħabba l-ħtieġa li tittieħed tariffa tal-qorti biex jinħareġ il-proċess). Attwalment qed jiġi kkunsidrat jekk is-sottomissjoni elettronika tal-formola tat-talba tistax tkun possibbli. Madankollu, dokumenti sussegwenti li jinkludu kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni jitħallew jintbagħtu lill-qorti bil-posta, bil-faks jew bil-posta elettronika skont il-Parti 5.5 tar-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili (Civil Procedura Rules) u l-Gwida għall-Prattika (Practice Directions) li fiha regoli dwar kif jiġu ppreżentati u sottomessi d-dokumenti lill-qorti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa uffiċjali aċċettabbli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 11/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.