L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Repubblika Ċeka

Il-kontenut ipprovdut minn
Repubblika Ċeka

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Repubblika Ċeka

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Fir-Repubblika Ċeka, ir-regoli applikabbli għad-determinazzjoni ta' liema qrati għandhom ġuriżdizzjoni biex joħorġu ordni ta' ħlas Ewropea huma d-dispożizzjonijiet legali ġenerali dwar il-ġurisdizzjoni f'materji ċivili fl-Att Nru 99/1963 ("Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili").

Il-ġuriżdizzjoni għas-suġġett konċernat hija regolata mill-Artikoli 9 sa 12 u l-ġurisdizzjoni territorjali hija regolata mill-Artikoli 84 sa 89a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Minħabba t-tip ta' każijiet previsti, il-qrati b'ġuriżdizzjoni fuq is-suġġett normalment huma l-qrati distrettwali, filwaqt li l-kriterju għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni territorjali huwa normalment il-post ta' residenza/uffiċċju reġistrat tal-konvenut.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-qorti li għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' l-proċedimenti ta' rieżami hija l-qorti li kienet tat is-sentenza fl-ewwel istanza.

Il-qorti kompetenti trid tapplika direttament l-Artikolu 20 tar-Regolament. Jista' jsir appell minn deċiżjonijiet li ċaħdu talba għal rieżami.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Skont l-Artikolu 42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li ġej huma mezzi aċċettati ta' komunikazzjoni:

(a) posta elettronika b'firma elettronika avvanzata skont l-Att dwar il-Firem Elettroniċi Nru 227/2000, kif emendat;

(b) posta elettronika mingħajr firma elettronika avvanzata;

(c) faks.

Sottomissjonijiet permezz tal-mezzi msemmija fil-paragrafi (b) u (c) iridu jiġu segwiti mill-kopji oriġinali tagħhom fi żmien tliet (3) ijiem, għaliex fin-nuqqas il-qorti ma tikkunsidrahomx.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-unika lingwa aċċettata mir-Repubblika Ċeka hija l-lingwa Ċeka.

L-aħħar aġġornament: 25/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna