L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-qorti li ġejja għandha l-ġurisdizzjoni esklużiva biex tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għall-ħruġ u r-rieżami ta' ordni ta' ħlas Ewropea u biex toħroġ konferma tal-eżegwibilità tagħha.

Trgovački sud u Zagrebu

Amruševa 2/II, 10000, Zagreb

Tel. +385 1 4897 222

Faks: + 385 1 4920-871

e-mail:  tajnistvo@tszg.pravosudje.hr

ured.predsjednika@tszg.pravosudje.hr

Websajt: http://www.tszg.hr/cro/TSZG/Naslovnica

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-Qorti Kummerċjali f'Zagreb tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal rieżami ta' ordni ta' ħlas Ewropea. Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Formoli, applikazzjonijiet oħra, jew dikjarazzjonijiet għandhom jiġu mressqa bil-kitba, bil-faks, jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-ordnijiet ta' ħlas Ewropej iridu jkunu akkumpanjati bi traduzzjoni għall-Kroat, ċertifikata minn persuna li hija awtorizzata tagħmel dan.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.