L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Bulgarija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


*input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea għandhom jitressqu quddiem il-qorti tal-provinċja li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz permanenti jew l-indirizz reġistrat tad-debitur, jew fuq il-lok għall-eżekuzzjoni. (l-Artikolu 625(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Jekk il-każ ikun jista' jiġi kontestat, l-intimat jista' jopponi l-ġuriżdizzjoni territorjali, iżda mhux aktar tard minn meta tiġi ppreżentata l-oppożizzjoni għall-mozzjoni. (l-Artikolu 625(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Din il-proċedura hija rregolata mill-Artikolu 626a tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili:

L-Artikolu 626a (1) L-intimat jista' jitlob rieżami ta' Ordni ta' ħlas Ewropea skont it-termini u l-proċedura stipulata fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 quddiem il-qorti tal-appell rispettiva.

(2) Ir-rikors għal rieżami jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn dakinhar li l-intimat sar jaf effettivament bil-kontenut tal-ordni jew wara li ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament ma baqgħux jgħoddu.

(3) Il-qorti tibgħat kopja tar-rikors lill-parti l-oħra li tista' twieġeb fi żmien ġimgħa minn meta tirċeviha.

(4) Ir-rikors jiġi eżamina in camera. Jekk il-qorti tħoss li jkun xieraq, tista' teżamina r-rikors f'seduta pubblika.

(5) Id-deċiżjoni tal-qorti ma tistax tiġi appellata.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Il-mezzi applikabbli tan-notifika huma stipulati fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili attwali.

L-Artikolu 38 jirregola l-indirizz għan-notifika:

“Artikolu 38(1) Il-komunikazzjoni tiġi nnotifikata fl-indirizz indikat fil-każ.

(2) In-notifika tista’ ssir f’indirizz elettroniku magħżul mill-parti għan-notifika permezz ta’:

1. il-portal uniku tal-Ġustizzja elettronika;

2. servizz elettroniku ta' konsenja reġistrat ikkwalifikat, f'konformità mal-Artikolu 3(37) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257/73) (ir-”Regolament (UE) Nru 910/2014”).

(3) Meta l-parti ma tkunx għażlet in-notifika skont il-paragrafu 2 iżda tkun indikat indirizz tal-posta elettronika, in-notifika ssir fl-indirizz indikat.

(4) Il-kunsens għan-notifika skont il-paragrafi 2 u 3 jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument, mingħajr preġudizzju għar-regolarità tal-azzjonijiet diġà mwettqa.

(5) Meta n-notifika ma tkunx tista’ ssir skont il-paragrafi 1 sa 3, il-komunikazzjoni tiġi nnotifikata fl-indirizz attwali tal-parti jew, fin-nuqqas ta’ dan, fl-indirizz permanenti tagħha.

(6) Il-parti tista’ tindika indirizz tal-posta elettronika għan-notifika lil espert, xhud jew terzi, li jkunu obbligati jipproduċu dokument fil-pussess tagħhom.”

L-Artikolu 38a jistipula li persuna li tkun wettqet att proċedurali f’forma elettronika trid tipprovdi indirizz tal-posta elettronika għan-notifika tal-wasla tad-dikjarazzjoni elettronika u għar-riżultat tal-verifika teknika tal-att. Persuna li twettaq att proċedurali f’forma elettronika tista’ taqbel li taċċetta dikjarazzjonijiet elettroniċi u dokumenti elettroniċi mill-qorti li tisma’ l-kawża fi proċedimenti fl-istanza rilevanti jew fl-istanzi kollha. Persuna li twettaq att proċedurali permezz tal-portal uniku tal-Ġustizzja elettronika taqbel li taċċetta dikjarazzjonijiet elettroniċi u dokumenti elettroniċi, komunikazzjonijiet, taħrikiet u dokumenti fi proċedimenti fl-istanza rilevanti u fl-istanzi kollha. Il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument, mingħajr preġudizzju għar-regolarità tal-azzjonijiet diġà mwettqa.

In-notifika lil istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji, inklużi dawk li jwettqu rkupru tad-dejn kontra l-konsumaturi, lil kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, lil negozjanti li jfornu l-enerġija jew il-gass jew li jipprovdu komunikazzjonijiet postali jew elettroniċi jew servizzi ta’ ilma u drenaġġ jew lil nutara u uffiċjali ġudizzjarji privati jiġi effettwat biss f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(2) f’indirizz tal-posta elettronika speċifikat minnhom. (l-Artikolu 50(5) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

In-notifika lil avukat issir permezz tal-portal uniku tal-Ġustizzja elettronika jew fi kwalunkwe post fejn ikollu uffiċċju. (l-Artikolu 51(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

In-notifika lill-istituzzjonijiet tal-gvern u lill-muniċipalitajiet issir biss f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38(2) f’indirizz tal-posta elettronika speċifikat minnhom. (l-Artikolu 52(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

F’konformità mal-Artikolu 42, il-komunikazzjonijiet jiġu nnotifikati minn uffiċjal tal-qorti, bil-posta jew permezz ta' servizz ta’ kurrier bħala ittri rreġistrati bil-konferma tal-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm entità ġudizzjarja fil-post fejn trid issir in-notifika, din tista' ssir mill-muniċipalità jew mill-uffiċċju tas-Sindku.

Fuq mozzjoni mill-parti, il-qorti tista’ tordna li l-komunikazzjonijiet jiġu nnotifikati minn uffiċjal ġudizzjarju privat. L-ispejjeż tal-uffiċjal ġudizzjarju privat jitħallsu mill-parti.

Meta komunikazzjoni ma tiġix innotifikata b’xi wieħed mill-metodi msemmijin hawn fuq jew f’każ ta’ diżastri, inċidenti jew ċirkostanzi oħrajn mhux previsti, il-qorti tista’ eċċezzjonalment tordna li n-notifika ssir minn uffiċjal tal-qorti bit-telefown, bl-indirizz tal-posta elettronika għan-notifika, bit-telex, bil-faks jew bit-telegramma.

Il-metodi ta’ notifika huma stipulati fl-Artikolu 43 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili:

L-Artikolu 43(1) Il-Komunikazzjonijiet jistgħu jiġu nnotifikati personalment jew permezz ta’ persuna oħra.

(2) Il-qorti tista’ tordna li l-komunikazzjoni tiġi nnotifikata billi tiżdied mal-atti tal-kawża jew billi titwaħħal mal-bieb jew fil-kaxxa tal-ittri tad-destinatarju.

(3) Il-qorti tista’ tordna li l-komunikazzjoni tiġi nnotifikata permezz ta’ avviż pubbliku.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Ir-Repubblika tal-Bulgarija taċċetta l-ordnijiet ta' ħlas Ewropej akkumpanjati minn traduzzjoni bil-Bulgaru.

L-aħħar aġġornament: 26/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.