Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-Litwanja, il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġu ordnati mill-qrati. Iċ-ċertifikati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament jinħarġu mill-qorti li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.
Fil-Litwanja, il-marixxalli tal-qorti huma kompetenti biex jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Jekk il-marixxalli tal-qorti jkunu ostakolati milli jinfurzaw miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, huma għandhom dritt ġenerali li jitolbu lill-pulizija biex ineħħu dawk l-ostakli.
Il-miżuri ta’ protezzjoni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament huma aġġustati mill-marixxalli tal-qorti li jinfurzaw il-miżura ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 11(1).
Ir-rikorsi għal rifjut ta’ rikonoxximent jew, fejn applikabbli, għall-infurzar ta’ miżura ta’ protezzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja.
Kull trażliterazzjoni jew traduzzjoni meħtieġa skont ir-Regolament għall-finijiet ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet Litwani kompetenti jridu jkunu fil-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri l-Litwan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.