Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
Skont il-liġi Taljana, il-qorti tal-post tar-residenza tal-persuna protetta għandha kompetenza biex tordna miżuri protettivi, u għalhekk biex toħroġ ċertifikati f’konformità mal-Artikolu 5.
Miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor titqajjem u jekk meħtieġ tiġi eżegwita taħt is-superviżjoni tal-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta fil-ħin tat-talba.
Il-qorti tal-post tar-residenza, tad-domiċilju jew tas-soġġorn tal-persuna protetta għandha kompetenza biex twettaq l-aġġustament ta’ miżuri protettivi f'konformità mal-Artikolu 11(1).
L-istess qorti bħal dik imsemmija fil-punt (iii).
it-Taljan
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.