Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Artikolu 32 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, Liġi Nru 14/60, jistipula li kull qorti fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni ċivili tagħha tista’ tagħti ordni ta’ inibizzjoni (interlokutorju, perpetwu jew mandatarju).
Skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Familja, il-Liġi Nru 23/90, il-qrati tal-familja għandhom l-istess poteri.
L-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni hija l-qorti distrettwali (Eparchiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni.
Fil-każ ta’ kontroversja taħt il-liġi tal-familja, l-awtorità kompetenti hija l-qorti tal-familja (Oikogeneiakó Dikastírio tis Dimokratías) tad-distrett li fih ir-rikorrent jew il-konvenut igħix jew għandu s-soġġorn tiegħu fiż-żmien inkwistjoni. Jekk il-kontroversja tirrigwarda minuri, ikollha ġuriżdizzjoni il-qorti tal-familja tad-distrett fejn ikun instab il-minuri.
L-awtorità kompetenti biex toħroġ ċertifikati hija l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li tkun ordnat il-miżura ta’ protezzjoni.
L-awtorità li quddiemha miżura protettiva tkun tista’ titqajjem:
Fil-każijiet kollha, l-awtorità kompetenti hija l-qorti distrettwali tad-distrett fejn tkun iċċaqalqet b’mod permanenti jew temporanju l-persuna li kkawżat ir-riskju. Jekk l-indirizz mhuwiex magħruf, l-awtorità kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija.
L-awtorità kompetenti biex teżegwixxi t-tali miżura:

Qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tar-rikonoxximent:
Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.
Meta applikabbli, il-qorti li quddiemha jrid jitressaq rikors għal ċaħda tal-eżekuzzjoni:
Il-qorti distrettwali jew il-qorti tal-familja li quddiemha tqajmet miżura protettiva fl-Istat Membru oriġinali.
Id-dokumenti għandhom jitressqu fil-lingwa Griega. It-traduzzjonijiet bl-Ingliż huma aċċettati wkoll.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.