Il-qorti distrettwali (Rayonen sad) f’rabta mal-indirizz permanenti jew attwali tal-parti li ġarrbet ħsara għandha tkun l-awtorità kompetenti biex tordna miżuri ta’ protezzjoni (l-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).
Il-qorti distrettwali li analizzat il-każ tkun dik li, fuq talba bil-miktub tal-persuna protetta, toħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 606/2013 (l-Artikolu 26(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).
Persuna li tibbenefika minn miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tista’ titlob li l-ordni ta’ protezzjoni fit-territorju tal-Bulgarija tinħareġ mill-Qorti tal-Belt ta’ Sofija (Sofiyski gradski sad) (l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).
L-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Intern u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huma kompetenti li jimplimentaw tali miżura.
Il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija hija l-ġurisdizzjoni kompetenti.
Il-qorti tivverifika jekk il-miżura tistax tiġi implimentata bil-mezzi disponibbli fil-liġi tal-Bulgarija. Meta dan ma jkunx possibbli, il-qorti tordna miżura ta’ protezzjoni sostituttiva f’konformità mal-liġi tal-Bulgarija (l-Artikolu 24(2) tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).
Fuq talba tal-persuna li tkun qed tikkaġuna r-riskju, il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija tagħti rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura ta’ protezzjoni (l-Artikolu 25 tal-Att dwar il-Protezzjoni Kontra l-Vjolenza Domestika).
Il-Bulgarija tirrikjedi li l-atti kollha jiġu tradotti għall-Bulgaru.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.