Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - Miżuri ta' Protezzjoni Ewropej f'materji ċivili


*input mandatarju

Artikolu 17 - Informazzjoni magħmula aċċessibbli għall-pubbliku

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-miżuri protettivi li jikkorrispondu għar-Regolament fil-liġi Awstrijaka huma b’mod partikolari l-miżuri interim dwar il-protezzjoni mill-vjolenza domestika (l-Artikolu 382b tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni (Exekutionsordnung, EO)), dwar il-protezzjoni mill-vjolenza inġenerali (l-Artikolu 382e tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni) u dwar il-protezzjoni mill-interferenza fil-ħajja privata (l-Artikolu 382g tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni). Id-dispożizzjonijiet legali huma kif ġej:

“Protezzjoni mill-vjolenza domestika

Artikolu 382b. (1) Jekk persuna waħda tagħmel il-koabitazzjoni kontinwa intollerabbli għall-persuna l-oħra permezz ta’ attakk fiżiku, theddida ta’ attakk fiżiku jew kwalunkwe mġiba li tagħmel ħsara serja lis-saħħa mentali tal-persuna l-oħra, il-Qorti għandha, fuq rikors tal-persuna l-oħra:












1.

tordna lill-ewwel parti titlaq mir-residenza u l-viċinanza immedjata tagħha u

2.

tipprojbixxi lill-ewwel parti milli tirritorna lejn ir-residenza u l-viċinanza immedjata tagħha,

jekk ir-residenza sservi biex tissodisfa l-ħtiġijiet urġenti ta’ akkomodazzjoni tar-rikorrenti.

(2) Għall-miżuri interim skont il-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

(3) Il-proċedimenti dwar il-mertu tal-każ skont it-tifsira tal-Artikolu 391(2) jistgħu jkunu proċedimenti għax-xoljiment, l-annullament jew id-dikjarazzjoni ta’ invalidità taż-żwieġ, proċedimenti għad-diviżjoni tal-assi matrimonjali u t-tfaddil matrimonjali u proċedimenti għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ aċċess għar-residenza.

Protezzjoni mill-vjolenza inġenerali

Artikolu 382e. (1) Jekk persuna waħda tagħmel il-laqgħat kontinwi intollerabbli għall-persuna l-oħra permezz ta’ attakk fiżiku, theddida ta’ attakk fiżiku jew kwalunkwe mġiba li tagħmel ħsara serja lis-saħħa mentali tal-persuna l-oħra, il-Qorti għandha, fuq rikors tal-persuna l-oħra












1.

tipprojbixxi l-preżenza tal-ewwel parti f’postijiet speċifikati b’mod ċar u

2.

tordna li l-ewwel parti tevita li tiltaqa’ u tikkuntattja lir-rikorrenti,

sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi vitali tal-intimat.

(2) Għall-miżuri interim skont il-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sena. L-istess japplika għal estensjoni tal-miżura interim wara ksur min-naħa tal-intimat.

(3) Jekk miżura interim skont il-paragrafu 1 tiġi ordnata flimkien ma’ miżura interim skont l-Artikolu 382b(1), l-Artikoli 382b (3) u 382c (4) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(4) Il-Qorti tista’ tafda lill-awtoritajiet ta’ sigurtà bl-eżekuzzjoni tal-miżuri interim skont il-paragrafu 1. L-Artikolu 382d(4) għandu japplika mutatis mutandis. Inkella, il-miżuri interim skont l-paragrafu 1 għandhom jiġu eżegwibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Ewwel Parti tat-Tielet Taqsima.

Protezzjoni mill-interferenza fil-ħajja privata

L-Artikolu 382g (1) Id-dritt għal nuqqas ta’ interferenza fil-ħajja privata jista’ jiġi żgurat b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:












1.

projbizzjoni milli jsir kuntatt personali mal-parti vulnerabbli,

2.

projbizzjoni milli jsir kuntatt permezz ta’ ittra, telefon jew mezzi oħra,

3.

projbizzjoni milli tkun preżenti f’postijiet speċifikati b’mod ċar,

4.

projbizzjoni milli jintbagħtu u jinxterdu d-data personali u r-ritratti tal-parti vulnerabbli,

5.

projbizzjoni milli tintuża d-data personali tal-parti vulnerabbli biex jiġu ordnati oġġetti jew servizzi minn parti terza,

6.

projbizzjoni milli tħeġġeġ parti terza biex tagħmel kuntatt mal-parti vulnerabbli.

(2) Għall-miżuri interim skont il-punt 1 sa 6 tal-paragrafu 1, ma hemmx għalfejn tiġi stabbilita skadenza għat-tressiq ta’ appell (l-Artikolu 391(2)) jekk il-miżura interim tingħata għal perjodu massimu ta’ sena. L-istess japplika għal estensjoni tal-miżura interim wara ksur min-naħa tal-intimat.

(3) Il-Qorti tista’ tafda lill-awtoritajiet ta’ sigurtà bl-eżekuzzjoni tal-miżuri interim skont il-punti 1 sa 3 tal-paragrafu 1. L-Artikolu 382d(4) għandu japplika mutatis mutandis. Inkella, il-miżuri interim skont l-paragrafu 1 għandhom jiġu eżegwibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Ewwel Parti tat-Tielet Taqsima.”

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

Il-miżuri protettivi huma ordnati mill-qrati distrettwali (Bezirksgerichte). F’każijiet rari, miżura protettiva tista’ tiġi ordnata wkoll minn qorti reġjonali (Landesgericht) bħala qorti tal-prim’istanza jekk il-proċedimenti prinċipali jkunu pendenti quddiemha. Matul il-proċeduri ta’ appell, il-miżuri protettivi jistgħu jiġu ordnati wkoll mill-qrati reġjonali, iżda wkoll mill-qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichte) jew mill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof), bħala qrati tal-appell.

Il-qrati distrettwali joħorġu wkoll ċertifikati fir-rigward tal-miżuri protettivi li ordnaw. Jekk, bħala eċċezzjoni, miżura protettiva tiġi ordnata minn qorti reġjonali, qorti reġjonali superjuri jew il-Qorti Suprema, allura dik il-qorti tkun responsabbli wkoll għall-ħruġ taċ-ċertifikat. Għalhekk, hija dejjem il-qorti li ordnat il-miżura li hi responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jikkonċerna din il-miżura.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qrati distrettwali. Skont l-Artikolu 86b(1) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni, il-qorti b’ġurisdizzjoni territorjali biex tordna l-eżekuzzjoni ta’ miżura protettiva barranija fl-Awstrija u biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni tal-eżekuzzjoni abbażi ta’ tali miżura protettiva hija l-qorti distrettwali b’ġurisdizzjoni ġenerali għal kawżi għall-persuna protetta (dan huwa determinat skont il-post tar-residenza). Jekk din il-qorti tal-aħħar ma tkunx fl-Awstrija, il-ġurisdizzjoni tkun tal-Qorti Distrettwali tal-Belt Interna ta’ Vienna (Bezirksgericht Innere Stadt Wien).

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Il-qrati distrettwali huma wkoll kompetenti biex jaġġustaw il-miżuri protettivi barranin. Hawnhekk ukoll, il-ġurisdizzjoni territorjali hija bbażata fuq il-ġurisdizzjoni ġenerali għal kawżi għall-persuna protetta (skont il-post tar-residenza), sakemm din ma tkunx barra mill-Awstrija, f’liema każ il-Qorti Distrettwali tal-Belt Interna ta’ Vjenna jkollha ġurisdizzjoni (l-Artikolu 86b(1) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni).

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliżil-Franċiż diġà ġew tradotti.

Skont l-Artikolu 86b(2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni, ir-rikorsi għal rifjut tar-rikonoxximent jew tal-eżekuzzjoni ta’ miżura protezzjoni barranija li mhumiex soġġetti għal limitu ta’ żmien għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti distrettwali li ordnat jew approvat l-eżekuzzjoni tal-miżura protettiva.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Ġermaniż huwa l-unika lingwa li hi aċċettata.

L-aħħar aġġornament: 17/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.