Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
1.) Kif tista' tiġi deskritta notifika lil partijiet terzi (TPN) b'mod ġenerali:
TPN (‘litis denuntiatio’) hija notifika formali lil parti terza dwar kawża pendenti. Tista' tiġi kkombinata mal-istedina lil din il-persuna biex tieħu sehem fil-proċeduri. Il-mira ta' din in-notifika hija li tiggarantixxi d-drittijiet u l-effetti rikonoxxuti taħt il-liġi ċivili għar-rikorrent u l-konvenut. Il-parti notifikanti (parti fil-kawża) tibgħat in-notifika lill-qorti, u din imbagħad tinnotifikaha lit-terza persuna, li tkun libera li tiddeċiedi jekk tiħux sehem jew le. Skont il-liġi Slovena, il-qorti ma tiħux deċiżjoni dwar jekk talba ta' parti għal notifika formali ta' terza persuna tkunx ġustifikata. Anke jekk it-terza persuna tieħu sehem, din ma tkunx parti fil-kawża u r-rabta tagħha maż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali ma tistax tiġi deċiża f'din il-litigazzjoni. It-terza persuna tista' tappoġġja liema parti trid fil-kawża prinċipali. Jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet, dik il-persuna tista' tieħu sehem fil-proċeduri bħala intervenjent. Meta tagħmel dan, hija tkun tista' tikkontribwixxi biex tintrebaħ il-kawża u b'hekk tgħin biex tiġi evitata litigazzjoni (rikors) sussegwenti kontriha jew ittejjeb il-pożizzjoni tagħha f'tali kawża sussegwenti. It-terza persuna ma tistax tressaq talba biex tiġi tterminata kawża li tkun ġiet istitwita, biex jiġi estiż it-terminu ta' żmien, jew biex jiġi pospost smigħ.
2.) X'inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq il-persuni li tkun ingħatatilhom TPN:
TPN tipproteġi lill-parti notifikanti minn ċerti talbiet għad-danni li kieku tista' tistenna mit-terza persuna. (Terza) persuna li kellha l-opportunità, permezz ta' TPN, li tinfluwenza l-eżitu ta' kawża fil-prinċipju ma tistax iktar tressaq talbiet għad-danni bbażati fuq nuqqasijiet fil-litigazzjoni min-naħa tal-parti notifikanti. Barra minn hekk, jekk ikun hemm proċeduri ta' rikors sussegwenti bejn il-parti notifikanti u persuna li tkun ġiet innotifikata dwar il-kawża prinċipali, din il-persuna ma tistax tqajjem, fir-rigward tal-parti notifikanti, argumenti jew fatti li jkunu f'kontradizzjoni mal-elementi (fattwali) sostanzjali tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali.
3.) Madankollu, ma hemm ebda effett vinkolanti fir-rigward tal-valutazzjoni legali fil-kawża prinċipali.
4.) Lanqas ma hemm effett vinkolanti fir-rigward tal-fatti stabbiliti li t-terza persuna ma rnexxilhiex tikkontesta fil-kawża prinċipali pereż. minħabba li ma ġewx ikkontestati mill-partijiet.
5.) TPN tipproduċi l-effetti tagħha irrespettivament minn jekk it-terza persuna ħaditx sehem fil-kawża prinċipali jew le.
6.) TPN ma taffettwax ir-relazzjoni bejn it-terza persuna u l-avversarju tal-parti notifikanti għajr f'sitwazzjoni fejn it-terza persuna tiddeċiedi li tieħu sehem fuq in-naħa tal-avversarju ta' dik il-parti.
- fis-Slovenja: Il-Qorti Distrettwali.
- fis-Slovenja: Il-Qorti Distrettwali.
- fis-Slovenja: Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.
- fis-Slovenja: fil-qrati li ġejjin, waħda mil-lingwi tal-minoranzi nazzjonali hija wkoll aċċettata bħala lingwa uffiċjali minbarra s-Sloven:
- fis-Slovenja: l-Artikolu 58 tal-Liġi Internazzjonali Privata u l-Att dwar il-Proċedura (Zakon o mednarodnem zasebnem pravu in postopku).
- fis-Slovenja: l-Artikolu 204 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku), li tirregola n-notifika lil partijiet terzi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.