Ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Rumanija

Brussels I recast


*input mandatarju

L-Artikolu 65(3) – Informazzjoni dwar kif jiġu determinati, skont il-liġi nazzjonali, l-effetti tas-sentenzi msemmija fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ma japplikax

L-Artikolu 74 – Deskrizzjoni tar-regoli u l-proċeduri nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Eżekuzzjoni f’kawżi ċivili u kummerċjali

Il-forom ta’ eżekuzzjoni diretta huma dawk relatati mal-oġġett ta’ obbligu kif stabbilit mill-mandat ta’ eżekuzzjoni, jiġifieri l-qbid ta’ beni mobbli/immobbli u l-eżekuzzjoni tal-obbligu li tittieħed jew ma titteħidx azzjoni. Fil-każ tal-eżekuzzjoni tal-obbligi li tittieħed azzjoni, il-liġi tiddistingwi bejn obbligu li jista’ jiġi ssodisfat ukoll minn persuna/entità oħra minbarra d-debitur u obbligu intuitu personae.

Eżekuzzjoni indiretta tirreferi għall-mezz biex tinkiseb somma flus li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni permezz tal-bejgħ sfurzat ta’ beni tad-debitur (il-qbid kawtelatorju ta’ somma flus jew il-qbid segwit mill-bejgħ tal-beni).

Obbligi soġġetti għall-eżekuzzjoni huma obbligi monetarji, il-konsenja ta’ beni jew il-konsenja tal-użu tagħhom, it-twaqqigħ ta’ bini/l-abbandun ta’ pjantaġġun/it-twaqqif tax-xogħlijiet, eċċ.

Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Is-sentenzi tal-qorti u titoli eżegwibbli oħrajn jiġu eżegwiti minn uffiċjal tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja li jservi fil-qorti tal-appell li l-beni immobbli jkunu jinsabu fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha (fil-każ tal-qbid ta’ beni immobbli) u (fil-każ tal-qbid ta’ beni mobbli) li d-debitur ikun domiċiljat jew li l-beni ikunu jinsabu fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha.

Il-qbid kawtelatorju jitwettaq, abbażi ta’ rikors mill-kreditur, minn uffiċjal tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja li l-uffiċċju tiegħu jinsab fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-appell li tkopri d-domiċilju tad-debitur/terzi soġġetti għall-qbid kawtelatorju jew, fil-każ ta’ qbid kawtelatorju ta’ kontijiet bankarji, li tkopri l-uffiċċju rreġistrat tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

Il-qorti ta’ eżekuzzjoni hija l-qorti distrettwali li d-domiċilju tad-debitur ikun jinsab fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħha. Il-qorti ta’ eżekuzzjoni tittratta r-rikorsi għal dikjarazzjonijiet ta’ eżegwibbiltà, rikorsi li jopponu l-eżekuzzjoni, eċċ.

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jinħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni jew sentenza eżegwibbli

L-eżekuzzjoni tista’ titwettaq biss skont sentenza tal-qorti (sentenzi finali, deċiżjonijiet eżegwibbli provviżorjament) jew att bil-miktub ieħor (att awtentiku notarili, titolu ta’ dejn, deċiżjoni ta’ arbitraġġ, eċċ.).

Meta jirċievi rikors għall-eżekuzzjoni ppreżentat minn kreditur, l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni ġudizzjarju jirreġistrah u jista’ joħroġ deċiżjoni rigward dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, mingħajr ma jiġu mħarrka l-partijiet. Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-kreditur. F’każ ta’ rifjut, il-kreditur jista’ jressaq ilment quddiem il-qorti ta’ eżekuzzjoni, fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika.

Sussegwentement, l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni jitlob dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà mill-qorti u magħha jippreżenta t-talba tal-kreditur, it-titolu eżekuttiv, id-deċiżjoni u l-prova tal-ħlas tat-tariffi. Deċiżjoni dwar ir-rikors tingħata f’sessjoni magħluqa mingħajr ma jiġu mħarrka l-partijiet. Il-qorti tista’ tiċħad ir-rikors jekk: jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ korp differenti; is-sentenza ma tkunx titolu eżekuttiv; id-dokument ma jissodisfax ir-rekwiżiti formali kollha; it-talba ma tkunx ċerta, likwida u dovuta; id-debitur igawdi minn immunità mill-eżekuzzjoni; l-istrument ikun fih dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu eżegwiti, eċċ. Deċiżjoni tal-qorti li tilqa’ rikors ma tistax tiġi appellata, iżda tista’ tiġi mistħarrġa jekk l-eżekuzzjoni nnifisha tiġi kkontestata. Deċiżjoni li tiċħad rikors tista’ tiġi appellata mill-kreditur fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha.

L-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Uffiċjali tal-Eżekuzzjoni Ġudizzjarja (Uniunea Națională a Executorilor Judecătorești) tistabbilixxi u taġġorna t-tariffi minimi għas-servizzi pprovduti, soġġett għall-approvazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja.

Kwalunkwe proċedura tista’ tinbeda jekk id-debitur jiġi mħarrek.

Oġġett u natura tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni

Id-dħul tad-debitur, l-ammonti fil-kontijiet bankarji, il-beni mobbli u immobbli, eċċ. jistgħu jkunu soġġetti għall-eżekuzzjoni.

Wara li l-beni mobbli jiġu identifikati, dawn jinqabdu. Jekk l-ammont dovut ma jitħallasx, l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja jbigħ l-oġġetti maqbuda fi rkant pubbliku, jew permezz ta’ bejgħ dirett, eċċ.

Kwalunkwe somma ta’ flus dovuta lid-debitur minn terzi tista’ tkun soġġetta għal qbid kawtelatorju. Kwalunkwe u kull somma ta’ flus u beni maqbuda jiġu ffriżati malli jintbagħat l-mandat ta’ qbid kawtelatorju lit-terzi soġġetti għall-qbid kawtelatorju . Minn meta jsir l-iffriżar sal-pagament sħiħ tal-obbligi, it-terzi soġġetti għal qbid kawtelatorju ma għandhom jagħmlu l-ebda pagament ieħor. Inkella, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-qorti ta’ eżekuzzjoni bil-għan li l-qbid kawtelatorju jiġi vvalidat. Id-deċiżjoni finali ta’ validazzjoni għandha l-effetti ta’ ċessjoni tat-talba u tikkostitwixxi mandat ta’ eżekuzzjoni kontra t-terzi soġġetti għall-qbid kawtelatorju. Wara li jiġi vvalidat il-qbid kawtelatorju, it-terzi soġġetti għall-qbid kawtelatorju jeħtiġilhom jiddepożitaw jew iħallsu s-somma, fil-limiti tal-ammont indikat. In-nuqqas ta’ dan jirriżulta fil-bidu tal-eżekuzzjoni.

Fir-rigward tal-eżekuzzjoni fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, jekk id-debitur ma jħallasx id-dejn tiegħu, l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni ġudizzjarja jibda l-proċedura ta’ bejgħ wara li d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tkun ġiet innotifikata u mdaħħla fir-reġistru tal-artijiet.

Il-limitu ta’ żmien applikabbli huwa ta’ sitt xhur jekk il-kreditur ikun ħalla dan il-perjodu jiskadi mid-data li fiha tinkiseb il-konformità ma’ kwalunkwe azzjoni ta’ eżekuzzjoni mingħajr ma jkun ħa xi azzjonijiet oħra ta’ rkupru. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ tliet snin.

Possibbiltà ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tilqa’ tali miżura

Jista’ jiġi ppreżentat appell kontra l-eżekuzzjoni nnifisha. Jekk titwettaq eżekuzzjoni skont sentenza tal-qorti, id-debitur ma jistax jikkontestaha billi jinvoka r-raġunijiet ta’ fatt/ta’ liġi li seta’ jippreżenta waqt il-proċedimenti quddiem il-qorti tal-ewwel istanza jew quddiem qorti tal-appell.

Il-qorti kompetenti hija l-qorti ta’ eżekuzzjoni.

L-appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mid-data li fiha: l-appellant ikun ġie mgħarraf b’dan l-istrument ta’ eżekuzzjoni; il-parti kkonċernata tkun ġiet innotifikata bl-impożizzjoni tal-qbid kawtelatorju; id-debitur ikun ġie nnotifikat bit-taħrika jew bid-data meta jkun ġie mgħarraf bl-ewwel strument ta’ eżekuzzjoni.

Jekk tilqa’ l-appell kontra l-eżekuzzjoni, il-qorti tannulla l-mandat ta’ eżekuzzjoni appellata jew tordna t-terminazzjoni tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni ta’ eżekuzzjoni. Jekk l-appell jiġi miċħud, l-appellant jista’ jiġi obbligat iħallas kumpens għad-danni kkawżati mid-dewmien tal-eżekuzzjoni.

Fil-pendenzi tal-eżitu tal-oġġezzjoni għall-eżekuzzjoni jew ta’ rikors ieħor dwar l-eżekuzzjoni, fuq talba tal-parti kkonċernata u għal raġunijiet raġonevoli biss, il-qorti kompetenti tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni. Is-sospensjoni tista’ tintalab fl-istess ħin mal-oġġezzjoni għall-eżekuzzjoni jew b’rikors separat.

Id-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell.

Limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni, b’mod partikolari relatati mal-protezzjoni tad-debitur jew il-limiti ta’ żmien.

Ċerti beni u proprjetà huma eżenti. Il-beni mobbli eżenti huma: l-oġġetti essenzjali għall-użu personali/oġġetti tad-dar, oġġetti reliġjużi; l-oġġetti indispensabbli għal persuni b’diżabbiltà jew maħsuba għall-kura tal-morda; provvista tal-ikel għal tliet xhur; provvista ta’ fjuwil għax-xitwa għal tliet xhur; l-ittri personali, ir-ritratti, il-pitturi, eċċ.

Is-salarju/il-pensjoni tad-debitur huma suġġetti għal qbid sa nofs l-introjtu nett fix-xahar tiegħu fil-każ ta’ obbligi ta’ manteniment, u sa terz għal tipi oħra ta’ obbligi.

Jekk dan l-introjtu ma jilħaqx il-paga minima netta nazzjonali, il-qbid jista’ jsir biss fuq l-ammont li jeċċedi nofs il-paga minima.

L-introjtu eskluż mill-eżekuzzjoni huwa: Il-benefiċċji mill-Istat u l-allowances tat-tfal, il-ħlasijiet għall-kura ta’ tfal morda, il-benefiċċji tal-maternità, il-benefiċċji tal-mewt, l-għotjiet għall-istudju mill-Istat, l-allowances tas-sussistenza ta’ kuljum, eċċ.

Links rilevanti

http://www.executori.ro/

http://www.just.ro/

L-Artikolu 75 (a) – L-ismijiet u dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jridu jitressqu l-applikazzjonijiet skont l-Artikoli 36(2), 45(4) u 47(1)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-rikorsi għal rifjut ta’ rikonoxximent, ir-rikorsi għal deċiżjoni li ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ rikonoxximent, u r-rikorsi għal rifjut ta’ dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunali[1] (l-Artikolu 1 tal-Artikolu I4 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, approvata mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata u l-Artikolu 95(1) tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat).

______

[1] skont l-Artikolu 2 tal-Artikolu I4 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 119/2006 dwar miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ ċerti Regolamenti Komunitarji mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija fl-UE, approvata mil-Liġi Nru 191/2007, kif emendata, ir-rikorsi bbażati fuq l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 li jagħmlu riferiment għal adattament ta’ miżura jew ordni stabbilita f’sentenza, għal soluzzjoni li tkun ġiet approvata jew konkluża jew għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati uffiċjalment fi Stat Membru ieħor tal-UE, jistgħu jiġu ppreżentati f’kawżi fejn is-suġġett ikun ir-rifjut tar-rikonoxximent, deċiżjoni li ma hemm l-ebda raġuni għar-rifjut ta’ rikonoxximent, jew rifjut ta’ eżekuzzjoni, jew separatament. Ir-rikorsi għal adattament ta’ miżura jew ordni li jiġu ppreżentati separatament jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tat-Tribunali.

L-Artikolu 75 (b) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom irid jitressaq l-appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għar-rifjut ta' eżekuzzjoni skont l-Artikolu 49(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

- fir-Rumanija, il-Qorti tal-Appell (Curtea de apel)

L-Artikolu 75 (c) – L-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-qrati li quddiemhom jista' jitressaq appell ulterjuri skont l-Artikolu 50

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

- fir-Rumanija, il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție)

L-Artikolu 75 (d) – Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet taċ-ċertifikati dwar is-sentenzi, l-istrumenti awtentiċi u l-ftehimiet bil-qorti

Ma japplikax

L-Artikolu 76(1)(a) – Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tar-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

- fir-Rumanija: L-Artikoli 1066-1082 skont it-Titolu I “Ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Rumeni” fil-Ktieb VII “Proċedura ċivili internazzjonali” tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 76(1)(b) – Ir-regoli dwar in-notifika ta' terzi msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament

Ma japplikax

L-Artikolu 76(1)(c) – Il-Konvenzjonijiet msemmija fl-Artikolu 69 tar-Regolament

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
  • It-Trattat bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika Popolari Rumena dwar Assistenza Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, iffirmat f’Sofija fit-3 ta’ Diċembru 1958;
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, iffirmat f’Bukarest fil-11 ta’ Lulju 1994;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Renju tal-Greċja dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f’Bukarest fid-19 ta’ Ottubru 1972;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Taljana dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kriminali, iffirmata f’Bukarest fil-11 ta’ Novembru 1972;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Franċiża dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Pariġi fil-5 ta’ Novembru 1974;
  • it-Trattat bejn ir-Rumanija u r-Repubblika tal-Polonja dwar l-Assistenza Legali u Relazzjonijiet Ġuridiċi f’Materji Ċivili, iffirmat f’Bukarest fil-15 ta’ Mejju 1999;
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija u r-Repubblika Federali tal-Poplu tal-Jugoslavja dwar l-Assistenza Legali (applikabbli skont id-Dikjarazzjoni ta’ Suċċessjoni konkluża mas-Slovenja u l-Kroazja), iffirmat f’Belgrad fit-18 ta’ Ottubru 1960;
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija u r-Repubblika Ċeka (applikabbli skont id-Dikjarazzjoni ta’ Suċċessjoni konkluża mas-Slovakkja) dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, iffirmat fi Praga fil-25 ta’ Ottubru 1958;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Rumanija u r-Renju ta’ Spanja dwar il-Ġuriżdizzjoni, ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Bukarest fis-17 ta’ Novembru 1997;
  • it-Trattat bejn ir-Repubblika tal-Poplu tar-Rumanija u r-Repubblika tal-Poplu tal-Ungerija dwar l-Assistenza Legali f’Materji Ċivili, tal-Familja u Kriminali, iffirmat f’Bukarest fis-7 ta’ Ottubru 1958;
  • il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-Assistenza Legali fil-Liġi Ċivili u tal-Familja u dwar il-Validità u n-Notifika tad-Dokumenti u l-Protokoll anness magħha, iffirmata fi Vjenna fis-17 ta’ Novembru 1965.
L-aħħar aġġornament: 14/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.