1. Kif tista’ tiġi deskritta n-notifika lil partijiet terzi (TPN - third-party notice) b’mod ġenerali?
In-notifika lil partijiet terzi (“TPN”) tintuża biex tingħata notifika formali ta’ proċediment il-qorti li jkun pendenti (proċediment inizjali - Vorprozess) lil partijiet terzi li ma jkunux partijiet fih. In-notifika lil partijiet terzi ssir billi jiġi ppreżentat dokument bil-miktub lill-qorti li mbagħad jiġi nnotifikat uffiċjalment lid-destinatarju tat-TPN. Il-parti terza tkun libera li tiddeċiedi jekk tisseħibx jew le fil-proċedimenti. Parti terza li tissieħeb fil-proċedimenti ma ssirx parti, iżda tkun sempliċiment intervenjent, li d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha ma jridux ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-parti prinċipali. L-intervenjent ma jistax jintalab iħallas xi spejjeż.
2. X’inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq persuni li jkunu ngħataw TPN?
Notifika lil partijiet terzi tippresupponi li parti fi proċediment li jkun għaddej (proċediment inizjali) ikollha raġuni għaliex tibża’ minn eżitu sfavorevoli, iżda jkollha wkoll għalfejn tistenna li jekk l-eżitu jkun sfavorevoli, imbagħad tkun tista’ tressaq kawża għad-danni kontra l-parti terza jew tieħu passi kontra l-parti terza taħt garanzija. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li tirbaħ il-proċediment inizjali (u hawnhekk l-intervenjent ikun jista’ jassisti) jew - jekk il-proċediment inizjali jintilef - li tirkupra t-telf tagħha billi tirbaħ proċediment sussegwenti (Folgeprozess) kontra l-parti terza.
Jekk il-parti terza tappoġġa lill-parti li tkun ħarġet in-notifika, il-parti terza trid taċċetta l-kawża skont kif issibha. Il-parti terza tista’ tqajjem motivi u tippreżenta dokumenti proċedurali, dment li ma tagħmel xejn li jikkontradiċi lill-parti prinċipali. Jekk il-parti terza tirrifjuta li tissieħeb fi proċediment, jew ma tiħux pożizzjoni, il-proċediment jibqa’ għaddej mingħajr kunsiderazzjoni tal-parti terza. Jekk il-parti li tkun ħarġet in-notifika, sussegwentement tiftaħ kawża kontra l-parti terza, din tal-aħħar ma tistax tisħaq li d-deċiżjoni fil-proċediment inizjali ma kinitx korretta. Dan ifisser li, fil-proċediment sussegwenti, konstatazzjoni tal-proċediment inizjali favur il-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi titqies bħala vinkolanti.
3. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-proċediment inizjali.
4. L-eżitu tal-proċedimenti inizjali ma jkunx vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jqajjem motivi jew minħabba l-istat tal-proċediment fil-waqt tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali.
5. L-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tisseħibx jew le fil-proċediment inizjali.
6. In-notifika lil partijiet terzi ma għandha l-ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li tkun ħarġet in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix b’sostenn għall-avversarju.
- fil-Ġermanja, il-Landgericht.
- fil-Ġermanja, l-Oberlandesgericht.
- fil-Ġermanja, il-Bundesgerichtshof.
Mhux applikabbli.
- fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).
- fil-Ġermanja: l-Artikoli 68 u 72-74 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.