Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.
1.) Kif tista' tiġi deskritta 'notifika lil partijiet terzi' (TPN - third-party notice) b'mod ġenerali:
'Notifika lil partijiet terzi' hija notifika formali dwar kawża pendenti jew li tkun għaddejja li titressaq minn waħda mill-partijiet fil-proċeduri lil parti terza li sa dak il-punt tkun għadha mhux involuta f'tali proċeduri. In-notifika tista' tinkludi rikjesta għal intervent fil-kawża. Il-parti notifikanti tissottometti lill-qorti dokument bil-miktub korrispondenti, li jiġi nnotifikat formalment lill-parti terza mill-qorti. Il-parti terzi mhijiex obbligata tintervjeni b'riżultat tan-notifika lil partijiet terzi, iżda hija legalment libera li tiddeċiedi jekk tiħux sehem fil-proċeduri u, jekk iva, f'isem liema parti. Parti terza li tidħol fil-proċeduri ma ssirx parti fit-tilwima, iżda tkun biss intervenjent, liema dikjarazzjonijiet u azzjonijiet ma jridux ikunu f'konflitt ma' dawk tal-parti prinċipali. Intervenjent ma jista' jintalab iħallas ebda spejjeż. Madankollu, jekk il-parti prinċipali tirbaħ il-kawża, l-intervenjent ikun intitolat li jiġi rimborsat għall-ispejjeż mill-parti opposta.
Kwalunkwe persuna li tingħata l-opportunità, permezz ta' notifika lil partijiet terzi, li tinfluwenza l-andament tal-proċeduri bħala intervenjent, tista', anke jekk ma tkunx intervjeniet fil-proċeduri, tibbaża t-talbiet għad-danni fuq raġunijiet ta' litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew, jekk ma intervjenietx, ma setgħux jiġu prevenuti. Billi jappoġġja l-parti li fir-rigward tagħha jsir l-intervent, l-intervenjent jista' jikkontribwixxi għas-suċċess tal-kawża ta' dik il-parti u b'hekk jevita proċeduri ta' rikors kontrih, jew għall-inqas itejjeb il-pożizzjoni tiegħu f'tali kawża.
2.) X'inhuma l-effetti ewlenin tas-sentenzi fuq il-persuni li tingħatalhom TPN:
In-notifika lil partijiet terzi tippreżupponi li waħda mill-partijiet f'kawża li tkun għaddejja jkollha raġuni biex temmen li jista' jkollha eżitu negattiv, iżda jkollha wkoll raġuni biex temmen li jekk dan l-eżitu jkun negattiv tkun tista' tagħmel rikors kontra l-parti terza. Għaldaqstant, il-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi jkollha interess li jew ma titlifx il-kawża inizjali (u hawnhekk l-intervenjent jista' jkun f'pożizzjoni li jgħin) jew, jekk titlef din il-kawża, tirkupra t-telf billi tirbaħ il-proċeduri sussegwenti kontra l-parti terza.
Fl-istess waqt, il-parti notifikanti, meta toħroġ TPN, tipprevjeni lill-parti terza nnotifikata milli tkun tista', fi proċeduri sussegwenti, tagħmel ċertu rikorsi għal danni kontriha abbażi ta' litigazzjoni fjakka: Parti terza li tkun ingħatatilha TPN u għalhekk li tingħatalha l-opportunità li tinfluwenza l-eżitu ta' kawża tista' tibbaża t-talba għad-danni fuq litigazzjoni fjakka unikament fuq proċeduri ġudizzjarji qabel l-intervent tagħha jew fuq kwistjonijiet sostantivi li, anke bħala intervenjent, ma setgħetx tipprevjeni jew ma setgħux jiġu prevenuti. L-intervenjent jista' jressaq motivi u jissottometti dokumenti proċedurali, sakemm ma jagħmel xejn li jikkontradixxi l-parti prinċipali. F'każ ta' kawża sussegwenti bejn il-parti prinċipali u l-intervenjent, l-effetti tas-sentenza finali fil-proċeduri inizjali għandhom jestendu għall-intervenjent jew għal dawk li minkejja li ġew mistiedna jagħmlu dan, ma intervjenewx fil-proċeduri, sal-limitu li dawn il-persuni bħala partijiet f'kawża sussegwenti ma jkunux jistgħu jressqu motivi li jkunu f'konflitt mal-elementi ewlenin tas-sentenza fil-kawża inizjali.
3.) TPN ma għandha ebda effett vinkolanti fuq id-deċiżjoni dwar punti tal-liġi fil-kawża prinċipali.
4.) L-eżitu tal-kawża prinċipali mhuwiex vinkolanti jekk l-intervenjent ma jkunx tħalla jressaq motivi jew minħabba l-istat tal-kawża fil-ħin tal-intervent jew minħabba d-dikjarazzjonijiet u l-azzjonijiet tal-parti prinċipali (pereżempju, minħabba li dik il-parti ma kkontendietx ċerti fatti jew allegazzjonijiet).
5.) Kif intqal diġà, l-effetti tan-notifika lil partijiet terzi japplikaw irrispettivament minn jekk il-parti terza tinvolvix ruħha jew le fil-kawża (ewlenija) bħala intervenjent.
6.) In-notifika lil partijiet terzi ma għandha ebda effett fuq ir-relazzjoni bejn il-parti terza u l-avversarju tal-parti li toħroġ in-notifika lil partijiet terzi, sakemm il-parti terza ma tintervjenix biex tappoġġja lill-avversarju.
F'dan ir-rigward, issir referenza għall-informazzjoni relatata pprovduta mill-Awstrija fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, ‘Bringing an action before a court’ (Tiftaħ kawża l-qorti), ‘Enforcement of court decisions’ (Infurzar tas-sentenzi tal-qorti)’, ‘Enforcement proceedings’ (Proċeduri ta' infurzar) fil-URL segwenti.
- fl-Awstrija, il-qorti distrettwali "Bezirksgericht", fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti. Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal deċiżjoni li ma hemm ebda bażi għal nonrikonoxximent (l-Artikolu 26(2)), u fil-każ ta' applikazzjonijiet għal rifjut ta' rikonoxximent (l-Artikolu 45), il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali fiż-żona fejn il-parti vinkolata bis-sentenza tkun irreġistrata jew stabbilita.
- fl-Awstrija, il-qorti reġjonali ta' livell ogħla (Landesgericht), permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.
- fl-Awstrija, il-qorti suprema (Oberste Gerichtshof) permezz tal-qorti distrettwali (Bezirksgericht), fejn il-proċeduri ta' infurzar ikunu pendenti.
Il-Ġermaniż huwa l-unika lingwa aċċettata.
- fl-Awstrija: § 99 tal-Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm).
- fl-Awstrija: § 21 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.