How to bring a case to court

Having determined which court, in which Member State, is competent to hear a case, what happens next?

If you wish to bring a case to court, you should bear in mind that there are certain national procedural rules to be followed. These vary depending on the way in which a case is referred to court, but their essential purpose is to help you to present the relevant matters of fact and law in a sufficiently clear and complete manner to allow the court to assess the admissibility and the merits of your case.

The ways in which a case is referred to court vary from one Member State to another. There are also variations within a Member State depending on the nature and circumstances of the application and the type of court. Referral to some courts for particular types of cases may require you to fill in a form or to assemble a whole file on the case. In some cases, it can be done orally.

These variations are explained by the fact that the disputes brought before the courts are also very diverse: by their nature they may be more or less difficult to resolve. It is very important to ensure that nothing is missing, to facilitate the work of the judge, allow the other party to defend itself properly and ensure that the whole procedure goes smoothly.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

When you are involved in litigation in a case where not all the facts of the case are connected with the same country you should check which law will be applied by the court in making a decision.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Belġju

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jsir użu aħjar mill-"Iskema għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim" (ara l-pakkett informattiv rilevanti).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Jista' jsir użu aħjar mill-"Iskema għas-Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim" (ara l-pakkett informattiv rilevanti).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-pakkett informattiv "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati"

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-pakkett informattiv "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - Il-Belġju"

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-pakkett informattiv "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - Il-Belġju"

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fil-prinċipju, skont it-Taqsima 728(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, il-partijiet iridu jkunu fiżikament preżenti jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat (Gerechtelijk Wetboek).

B'hekk, minbarra għall-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Hof van Cassatie) (it-Taqsimiet 478 u 1080 tal-Kodiċi Ġudizzjarju), il-partijiet jistgħu jkunu fiżikament preżenti fil-qrati ordinarji u jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom u jiddefendu lilhom infushom. Madankollu, il-qorti għandha l-awtorità li tneħħi din l-għażla jekk tara li, minħabba l-emozzjonijiet jew in-nuqqas ta' esperjenza tagħhom, il-partijiet ma jkunux jistgħu jiddiskutu l-każ tagħhom b'mod xieraq jew ċar biżżejjed (it-Taqsima 758 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Il-partijiet li jiddeċiedu ma jressqux il-proċedimenti quddiem il-qorti personalment, jistgħu jirrikorru għas-servizzi ta' avukat.

L-entitajiet legali, bħalma huma l-kumpaniji tan-negozjar, jistgħu jidhru biss personalment (jiġifieri, permezz tal-intervent ta' korpi kompetenti) jew jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat. Ma jistgħux jagħmlu użu mill-eċċezzjoni prevista fit-Taqsima 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju, imsemmija aktar fid-dettall hawn taħt.

Il-Kodiċi Ġudizzjarju, fil-prinċipju, jirriżerva r-rappreżentanza tal-partijiet quddiem il-qrati għall-avukati. It-Taqsima 440 tal-Kodiċi Ġudizzjarju tistipula li l-prerogattivi tal-monopolju tar-rappreżentanza jorbtu mad-dritt li wieħed jindirizza l-qorti, li jidher u li jkollu terza persuna tiddefendih. Il-membri tal-avukatura wkoll għandhom monopolju fl-iffirmar tat-talbiet unilaterali, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor mil-liġi (it-Taqsima 1026(5) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

F'dak li jirrigwarda l-Qorti tal-Kassazzjoni (Hof van Cassatie), l-intervent ta' avukat li jkollu t-titolu ta' konsulent legali tal-Qorti tal-Kassazzjoni huwa rekwiżit ġuridiku. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-parte ċivile fi kwistjonijiet kriminali (it-Taqsima 478 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Madankollu, il-liġi xorta waħda tipprevedi għadd ta' eċċezzjonijiet għall-prinċipju tat-Taqsima 728 tal-Kodiċi Ġudizzjarju, li jistipula li l-partijiet iridu jidhru personalment jew iridu jiġu rappreżentati minn avukat mal-ftuħ tal-proċedimenti u ulterjorment (it-Taqsima 728(1) u (2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Id-dritt li wieħed jirrappreżenta lil xi parti fil-proċedimenti jinkludi wkoll id-dritt li dan jagħti bidu għall-proċedimenti msemmija.

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Kummerċ u t-Tribunali Industrijali, il-partijiet mhux biss jistgħu jiġu rappreżentati minn avukat imma wkoll mill-konjuġi tagħhom jew minn xi dixxendent jew qarib miż-żwieġ li jkollu prokura bil-miktub li tiġi aċċettata mill-qorti (it-Taqsima 728(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Quddiem it-Tribunali tax-Xogħol (it-Taqsima 728(3) tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • l-impjegat (ħaddiem jew operatur) jiġi rrappreżentat mid-delegat ta' organizzazzjoni rappreżentattiva tal-impjegati (rappreżentant tat-trejdjunjin) li jkollu prokura bil-miktub. Ir-rappreżentant tat-trejdjunjin jista' jwettaq l-azzjonijiet kollha marbuta mar-rappreżentanza f'isem l-impjegat, jista' jindirizza lill-qorti u jista' jirċievi l-komunikazzjonijiet kollha dwar il-proċedimenti u l-aġġudikazzjoni tat-tilwima;
  • il-persuni li jaħdmu għal rashom ukoll jistgħu jiġu rappreżentati mid-delegat ta' organizzazzjoni rappreżentattiva tal-ħaddiema għal rashom, fit-tilwim relatat mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom, f'din il-kapaċità jew fil-kapaċità ta' persuni b'diżabbiltà;
  • fit-tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-liġi tas-7 ta' Awwissu 1974 li timplimenta d-dritt għal livell minimu ta' sussistenza u fit-tilwim relatat mal-applikazzjoni tal-Liġi Organika tat-8 ta' Lulju 1976 dwar iċ-Ċentri Pubbliċi għas-Servizzi Soċjali (openbare centra voor maatschappelijk welzijn – OCMW), il-parti interessata tista' wkoll tiġi megħjuna jew rappreżentata minn delegat ta' organizzazzjoni soċjali li tirrappreżenta l-interessi tal-persuni msemmija fil-leġiżlazzjoni.

Apparti l-eċċezzjonijiet iċċitati, hemm għadd ta' eċċezzjonijiet statutorji li jirrigwardaw il-kustodja u s-sekwestru tal-minorenni.

Aktar speċifikament dawn jikkonċernaw kawżi mressqa abbażi ta':

  • il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-aspetti ċivili tas-sekwestru internazzjonali tal-minorenni, li tipprevedi r-ritorn tal-minorenni, ir-rispett lejn id-dritt għall-kustodja jew id-dritt tal-ġenituri li jaraw lil uliedhom, jew l-organizzazzjoni ta' dan tal-aħħar f'pajjiż ieħor u
  • il-Konvenzjoni Ewropea tal-20 ta' Mejju 1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta’ Deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kustodja ta’ Minorenni u dwar ir-Restituzzjoni tal-Kustodja ta’ Minorenni.

F'dawn il-każijiet, ir-rikorrent jista' jiġi rappreżentat mill-uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (it-Taqsima 1322d tal-Kodiċi Ġudizzjarju) meta dan ir-rikorrent ikun ressaq it-talba tiegħu lill-awtorità ċentrali.

Il-proċedura biex jiġi determinat jekk persuna tistax tibda proċedimenti waħedha jew jekk għandhiex titlob l-assistenza ta' avukat, ġiet deskritta inġenerali hawn fuq. Għandha ssir ukoll distinzjoni skont il-mod kif titressaq kawża quddiem il-qorti.

Il-liġi Belġjana tipprovdi diversi modi biex titressaq kawża quddiem il-qorti. Din tista' titressaq permezz ta' rikors ġuramentat, ta' dehra volontarja, ta' talba inter partes jew inkella ta' talba unilaterali (ara hawn taħt). Kawża titressaq quddiem il-qorti billi tiġi ppreżentata talba, jiġifieri azzjoni legali, biex wieħed jiddefendi d-drittijiet tiegħu. Normalment dan isir permezz tan-notifika b'ċitazzjoni mingħand il-bailiff.

Fil-prinċipju, kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta' ċitazzjoni mingħand il-bailiff, li tħarrek lill-parti biex tidher fil-qorti (it-Taqsima 700 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Id-dehra volontarja, it-talba inter partes u t-talba unilaterali huma eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju.

It-tabelli ta' hawn taħt jindikaw min iressaq il-kawża u jekk ikunx hemm bżonn ta' rappreżentanza minn avukat jew le, skont b'liema mod tkun tressqet il-kawża.

Awtur tal-att skont b'liema mod tkun tressqet il-kawża:

Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża

Awtur tal-att

Rikors ġuramentat (it-Taqsimiet 727 sa 730 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

L-applikant (jew l-avukat tiegħu) jitlob lill-bailiff biex jippreżenta ċ-ċitazzjoni.

Dehra volontarja (it-Taqsima 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Il-partijiet involuti fit-tilwima (jew l-avukati tagħhom) imorru personalment il-qorti.

Talba inter partes (it-Taqsimiet 1034a sa 1034e tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

L-applikant (jew l-avukat tiegħu) iressaq il-kawża hu stess.

Talba unilaterali (it-Taqsimiet 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

L-applikant (jew l-avukat tiegħu).

Rappreżentanza minn avukat jew le, skont b'liema mod tkun tressqet il-kawża:

Il-mod li bih tkun tressqet il-kawża

Rappreżentanza minn avukat

Rikors ġuramentat

Intervent possibbli iżda mhux obbligatorju.

Dehra volontarja

Talba bil-miktub għal dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni

Talba unilaterali

L-intervent obbligatorju għall-iffirmar tat-talba[1]: sakemm ma jkunx espliċitament iddikjarat mod ieħor, it-talba tista' tiġi ppreżentata biss minn avukat (it-Taqsima 1027(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju)

Il-kontenut kopert skont b'liema mod tkun tressqet il-kawża:

Normalment kawża titressaq quddiem il-qorti permezz ta' rikors ġuramentat: ma hemm l-ebda restrizzjoni rigward is-suġġett li tittratta.

It-talba inter partes (it-Taqsimiet 1034a sa 1034e tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista' tintuża f'għadd ta' każijiet stabbiliti mil-liġi. L-aktar dispożizzjonijiet importanti marbuta mal-introduzzjoni ta' proċedimenti permezz ta' talba inter partes huma t-Taqsimiet 704, 813, 1056(2), 1193a, 1320, 1344a 1371a, 1454(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju u t-Taqsimiet 228, 331, 331a, 340f, 487b tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).

Dawn it-taqsimiet b'mod partikolari jirrigwardaw:

  • l-intervent volontarju;
  • ċertu bejgħ ta' proprjetà immobbli;
  • il-manteniment (talbiet għall-għoti, għaż-żieda, għat-tnaqqis jew għat-tneħħija tal-manteniment);
  • talbiet relatati ma' ftehimiet ta' lokazzjoni/kiri;
  • il-baġit provviżorju għas-sekwestri.

Il-kawżi jitressqu permezz ta' talba bil-miktub li tiġi ppreżentata lir-reġistrar tal-qorti jew li tintbagħat lir-reġistru tal-qorti bil-posta reġistrata. Il-partijiet jitħarrku mir-reġistrar tal-qorti biex jidhru f'ġurnata stabbilita għas-smigħ mill-imħallef.

It-talba unilaterali (it-Taqsimiet 1025 sa 1034 tal-Kodiċi Ġudizzjarju) tista' tintuża biss fil-każijiet speċifikament stipulati mil-liġi, b'mod partikolari fit-Taqsimiet 584, 585, 588, 594, 606, 708, 1149, 1168, 1177, 1186 sa 1189, 1192, 1195 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Tintuża wkoll fil-każijiet fejn ma jkunux jistgħu jitressqu proċedimenti kontradittorji minħabba li ma jkun hemm l-ebda parti kontradittriċi preżenti.

Għalhekk, it-talba unilaterali prinċipalment tintuża għal proċedimenti unilaterali, pereżempju f'kawżi ta' ħtieġa assoluta.

It-talba unilaterali trid tiġi ffirmata minn avukat, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mil-liġi, inkella titqies bħala bla effett.

Konsegwentement, ir-rappreżentanza minn avukat, fil-prinċipju, hija obbligatorja sabiex tkun tista' titressaq kawża fuq talba unilaterali.

Id-dehra volontarja: meta t-tilwima tkun tirrigwarda suġġett li jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' waħda mill-qrati segwenti, il-partijiet jistgħu jidhru volontarjament quddiem:

  • il-Qorti tal-Prim'Istanza;
  • it-Tribunal Industrijali;
  • il-Qorti tal-Kummerċ;
  • il-Kummissarju tal-Ġustizzja jew
  • it-Tribunal tal-Pulizija, għal kawżi ċivili.

Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet li jitolbu li tittieħed deċiżjoni, iridu jiffirmaw id-dikjarazzjoni tagħhom fin-naħa t'isfel tal-proċess verbali mfassal mill-qorti.

It-tilwimiet kontroversjali kollha jistgħu jitressqu quddiem il-qorti kompetenti b'dan il-mod li jgħin biex jiġu ffrankati l-ispejjeż u l-ħin.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Kwalunkwe persuna li tkun tixtieq tressaq kawża quddiem il-qorti tista' tagħmel dan billi tikkuntattja lill-uffiċċju tal-akkoljenza jew lir-reġistru tal-qorti.

Meta l-att promotur ikun rikors ġuramentat, il-bailiff jiżgura li ċ-ċitazzjoni tiġi ppreżentata, u jitlob lir-reġistru tal-qorti biex jirreġistraha fil-lista tal-kawżi wara s-sottomissjoni tal-oriġinal jew, skont fejn ikun meħtieġ, tal-kopja tar-rikors ġuramentat ippreżentat (it-Taqsima 718 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Ir-reġistru li fuqu jiġu elenkati l-kawżi kollha (il-lista tal-kawżi) jinsab fir-reġistru tal-qorti. L-entrati fil-lista tal-kawżi jkunu validi biss jekk isiru sa mhux aktar tard minn lejliet il-ġurnata stabbilita għas-smigħ li għalih tkun ġiet ippreżentata ċ-ċitazzjoni. Il-lista tal-kawżi ġenerali hija disponibbli għall-pubbliku (it-Taqsima 719 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Għalhekk il-konvenut jista' jivverifika jekk il-kwistjoni li għaliha jkun tħarrek iddaħħlitx fil-lista tal-kawżi ġenerali.

Fil-każ tad-dehra volontarja, il-partijiet jew l-avukati tagħhom jitolbu lir-reġistru tal-qorti jdaħħal il-kawża fil-lista tal-kawżi.

It-talba inter partes tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti jew tintbagħat lir-reġistrar tal-qorti bil-posta reġistrata mill-applikant jew mill-avukat tiegħu, f'numru ta' kopji li jikkorrispondi għan-numru ta' partijiet (it-Taqsima 1034d tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

It-talba unilaterali tiġi indirizzata f'żewġ kopji mill-avukat lill-qorti msejħa biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba. Din tiddaħħal ukoll fir-reġistru tal-qorti (it-Taqsima 1027 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

F'dak li jirrigwarda l-użu tal-lingwi, għandha ssir referenza għall-Att tal-15 ta' Ġunju 1935 dwar l-użu tal-lingwi fi kwistjonijiet ġudizzjarji (ippubblikat fil-Moniteur belge/Belgisch Staatsblad fit-22.06.1935). Dan l-Att jirregola l-użu tal-lingwi fil-qrati ċivili u kummerċjali tal-Belġju.

Fil-prinċipju, il-lingwa hija ddeterminata mill-pożizzjoni ġeografika tal-qorti kompetenti. Skont it-Taqsima 42 tal-Att, hemm tliet reġjuni lingwistiċi: ir-reġjun lingwistiku Franċiż, dak Olandiż u dak Ġermaniż. Hemm ukoll l-agglomerazzjoni bilingwa ta' Brussell (Franċiża/Olandiża) li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-liġi, tinkludi l-muniċipalitajiet segwenti: Anderlecht, Auderghem, Berchem-Sainte-Agathe, Brussell, Etterbeek, Evere, Forest, Ganshoren, Ixelles, Jette, Koekelberg, Molenbeek-Saint-Jean, Saint-Gilles, Saint-Josse-ten-Noode, Schaerbeek, Uccle, Watermael-Boitsfort, Woluwé-Saint-Lambert u Woluwé-Saint-Pierre.

Madankollu, f'ċerti ċirkostanzi, kwistjoni tista' tiġi riferuta għal qorti li tuża lingwa proċedurali differenti. Taħt ċerti kundizzjonijiet, jista' jintalab li tinbidel il-lingwa proċedurali, fil-prinċipju fil-bidu tal-proċedimenti.

Il-formulazzjoni tal-pretensjoni: pretensjoni li tiġi introdotta b'ċitazzjoni, b'talba inter partes jew b'talba unilaterali, trid titfassal bil-miktub u tkun trid tikkonforma ma' ċerti rekwiżiti proċedurali. Ladarba l-kwistjoni tiddaħħal fil-lista tal-kawżi ġenerali ta' qorti, ir-reġistrar tal-qorti jiftaħ fajl tal-proċedura. Il-fajl tal-proċedura jintbagħat lill-qorti li quddiemha tkun se titressaq il-kawża; f'każ li jkun se jsir appell quddiem xi qorti tat-tieni istanza jew quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni, dan jintbagħat ukoll lir-reġistru tal-qorti suprema.

Attwalment mhux possibbli li titressaq kawża bil-faks jew bil-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Fil-liġi ma hemmx formoli stampati minn qabel biex jinbdew il-proċedimenti. Madankollu, talba biex titressaq kawża trid tinkludi għadd ta' elementi ta' informazzjoni, li jekk ma jkunux hemm, it-talba titqies bħala nulla u bla effett f'għajnejn il-liġi.

Iċ-ċitazzjonijiet, it-talbiet inter partes u t-talbiet unilaterali jridu jikkonformaw ma' għadd ta' rekwiżiti statutorji stabbiliti fil-Kodiċi Ġudizzjarju, inkella jitqiesu bħala nulli u bla effett. Dawn l-elementi, li jridu jiġu inklużi bilfors, jirrigwardaw prinċipalment tagħrif personali dwar il-partijiet involuti, is-suġġett tat-talba, l-indikazzjoni tal-imħallef kompetenti u d-data tas-seduta ta' smigħ.

Għalhekk, iċ-ċitazzjoni trid tinkludi, fost l-oħrajn, l-informazzjoni segwenti (it-Taqsimiet 43 u 702 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • il-firma tal-bailiff tal-qorti;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza tal-applikant;
  • il-kunjom, l-isem u l-post tar-residenza jew, f'każ li ma jkunx hemm residenza permanenti, l-indirizz attwali, tal-persuna destinatarja taċ-ċitazzjoni;
  • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tal-argumenti tal-kawża;
  • il-qorti li quddiemha tkun qed titressaq il-kawża;
  • il-ġurnata, ix-xahar, is-sena u l-post fejn tkun ġiet ippreżentata ċ-ċitazzjoni u
  • id-dettalji tal-post, id-data u l-ħin tas-seduta ta' smigħ.

It-talba inter partes (it-Taqsima 1034b tal-Kodiċi Ġudizzjarju) trid tinkludi:

  • il-ġurnata, ix-xahar, is-sena;
  • il-kunjom, l-isem, l-impjieg u l-post tar-residenza tal-applikant u, fejn ikun hemm bżonn, it-titolu u r-reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru kummerċjali jew fir-reġistru tas-snajja';
  • il-kunjom, l-isem, il-post tar-residenza u, fejn ikun hemm bżonn, it-titolu tal-persuna destinatarja taċ-ċitazzjoni;
  • is-suġġett u deskrizzjoni fil-qosor tal-argumenti tal-kawża;
  • il-qorti li quddiemha tkun qed titressaq il-kawża;
  • il-firma tal-applikant jew tal-avukat tiegħu.

It-talba unilaterali trid tinkludi l-informazzjoni segwenti (it-Taqsima 1026 tal-Kodiċi Ġudizzjarju):

  • il-ġurnata, ix-xahar u s-sena;
  • il-kunjom, l-isem, l-impjieg u l-post tar-residenza tal-applikant u, fejn ikun hemm bżonn, il-kunjom, l-isem, il-post tar-residenza u t-titolu tar-rappreżentanti legali tiegħu;
  • is-suġġett u deskrizzjoni ġenerali qasira tal-argumenti tal-kawża;
  • indikazzjoni tal-imħallef li jkun se jisma' l-kawża;
  • il-firma tal-avukat tal-parti, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mil-liġi.

Fil-każ ta' dehra volontarja fil-grad ta' prim'istanza (fil-qorti ġenerali, it-tribunal tax-xogħol, il-qorti tal-kummerċ, il-kummissarju tal-ġustizzja jew it-tribunal tal-pulizija fir-rigward ta' kawżi ċivili), il-qorti tħejji rapport tad-dikjarazzjoni tal-partijiet li jitolbu s-sentenza. Imbagħad din tiġi ffirmata fil-qiegħ mill-partijiet skont it-Taqsima 706 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, effettivament iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti. L-ispejjeż relatati mal-proċedimenti jinkludu, b'mod partikolari, it-taxxi tal-bolla, it-tariffi tar-reġistru tal-qorti u d-dazju tar-reġistrazzjoni, l-ispejjeż u t-tariffi għad-dokumenti ġudizzjarji u l-imposti biex tinħareġ kopja tad-deċiżjoni tal-qorti (it-Taqsima 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju).

Meta jinbdew il-proċedimenti, id-dazju tar-reġistru jitħallas mill-applikant. It-tariffi tar-reġistru tal-qorti jinkludu t-tariffa biex il-kawża tiddaħħal fil-lista tal-kawżi, it-tariffa għall-abbozzar tad-dokumenti u l-imposta biex jinħarġu kopji awtentikati. Fil-prinċipju, fi kwalunkwe deċiżjoni finali, l-ispejjeż jiġu imposti fuq il-parti telliefa, skont kif ikun xieraq u b'mod sistematiku, f'konformità mat-Taqsima 1017 tal-Kodiċi Ġudizzjarju. Madankollu, il-qorti tista' tipposponi d-deċiżjoni tagħha dwar l-ispejjeż. F'dak il-każ, l-ispejjeż jitqassmu, fuq it-talba ta' waħda mill-partijiet, mill-qorti li tkun qatgħet is-sentenza.

Il-miżati u d-drittijiet tal-avukat mhumiex inklużi fl-ispejjeż tal-qorti. Dawn isir ftehim dwarhom bejn l-avukat u l-klijent tiegħu. Għalhekk, kull parti trid tħallas il-miżati u d-drittijiet tal-avukat tagħha.

Jista' jagħti l-każ li l-parti telliefa tiġi obbligata tħallas kontribuzzjoni stabbilita mil-liġi għall-ispejjeż tar-rappreżentanza legali tal-parti l-oħra (it-Taqsimiet 1018 u 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju). Din tkun kontribuzzjoni ta' ammont b'rata fissa għall-miżati u għad-drittijiet tal-avukat tal-parti rebbieħa. L-ammont ta' dawn id-drittijiet u l-mod kif jiġi kkalkulat u mogħti, huma stipulati fid-Digriet Irjali tas-26 ta' Ottubru 2007.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

(Ara l-pakkett informattiv "L-għajnuna legali")

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Il-kawża effettivament titressaq quddiem il-qorti ladarba tkun iddaħħlet fil-lista tal-kawżi ġenerali, anke fil-każ ta' dehra volontarja.

Il-kawżi fuq talba u t-talbiet għal miżuri provviżorji jiddaħħlu fil-lista tal-kawżi speċjali, li tiddetermina quddiem liema qorti għandhom effettivament jitressqu.

Il-partijiet involuti ma jirċievu l-ebda konferma, iżda jistgħu jikkonsultaw il-lista tal-kawżi ġenerali biex jiżguraw li l-kwistjoni tagħhom tkun iddaħħlet fil-lista. Hekk kif il-kawża tiddaħħal fil-lista tal-kawżi, tkun ir-responsabbiltà tal-qorti li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

B'mod ġenerali, l-informazzjoni dwar l-andament tal-proċedimenti tingħata mill-avukat tal-parti meta din tkun rappreżentata minn avukat. L-informazzjoni tista' tinkiseb ukoll mir-reġistru tal-qorti fejn il-kawża tkun għadha pendenti. Iċ-ċitazzjoni jkun fiha wkoll xi informazzjoni, partikolarment id-data tas-seduta ta' smigħ u l-indikazzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kawża.

Fl-ewwel stadju, tingħata informazzjoni speċifika dwar is-smigħ inizjali.

Fil-każ ta' rikors ġuramentat, il-bailiff jinforma lill-applikant bid-data tas-smigħ inizjali, li jikkostitwixxi l-ewwel stadju tal-proċedimenti.

Fil-każ ta' talba inter partes jew ta' dehra volontarja, il-partijiet jiġu nnotifikati mir-reġistrar.

Fil-każ ta' talba unilaterali, ma ssir l-ebda seduta ta' smigħ. Madankollu, l-applikant jista' jiġi kkonvokat mir-reġistrar, jekk l-imħallef ikun jixtieq isaqsih xi mistoqsijiet.

Fit-tieni stadju, il-każ jitħejja għall-proċess. Kull parti tingħata skadenza stipulata mil-liġi (it-Taqsima 747(1) tal-Kodiċi Ġudizzjarju) biex tippreżenta d-dokumenti u s-sejbiet tagħha (l-argumenti u d-difiża bil-miktub). Meta dawn l-iskadenzi ma jiġux rispettati, jistgħu jiġu imposti s-sanzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 747(2) tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Meta kollox ikun lest għall-proċess u l-kawża tkun lesta biex tinstema', il-partijiet jitolbu li tiġi stabbilita data għas-seduta ta' smigħ. Il-perjodu li fih trid tiġi stabbilita ġurnata għas-seduta ta' smigħ jiddependi mill-piż tax-xogħol li jkollha l-qorti u minn kemm tista' talloka ħin biex tisma' l-kawża inkwistjoni. Minħabba li f'ċerti każijiet jinqalgħu xi kwistjonijiet proċedurali (evalwazzjonijiet, smigħ tal-partijiet, interrogatorju tax-xhieda, eċċ.), jaf ikun diffiċli jiġi ddeterminat minn qabel kemm ikunu se jieħdu żmien b'kollox il-proċedimenti. Wara kollox, il-proċedimenti jistgħu jiġu interrotti jew sospiżi, jew jistgħu saħansitra jiġu kkanċellati minħabba dawn il-kwistjonijiet proċedurali.

Fi tmiem is-smigħ, it-trattazzjonijiet jingħalqu u l-imħallef jiddiferixxi l-kawża għad-deliberazzjoni. Fil-prinċipju, l-imħallef irid jagħti d-deċiżjoni tiegħu. xahar wara li jkun iddiferixxa l-kawża għad-deliberazzjoni, skont it-Taqsima 770 tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

L-aħħar aġġornament: 12/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Bulgarija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jeżistu wkoll proċeduri alternattivi għal soluzzjoni għat-tilwim (ara "Ġuriżdizzjoni tal-Qrati").

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini proċedurali għall-kawżi jvarjaw skont il-kawża (ara "Termini Proċedurali"). Biex tiċċara l-kwistjoni tat-termini proċedurali, ikkonsulta avukat.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara Ġuriżdizzjoni tal-Qrati.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - il-Bulgarija.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - il-Bulgarija.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Kawża tista' tinfetaħ mir-rikorrent personalment jew permezz ta' intermedjarju awtorizzat. Il-prokura li tawtorizza lill-intermedjarju għandha tinhemeż mar-rikors.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati fl-uffiċċju tal-akkoljenza jew fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti personalment jew permezz ta' intermedjarju awtorizzat. Il-membri tal-persunal tal-qorti, ġeneralment skrivana tal-qorti, jirċievu r-rikorsi waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-qorti. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta lill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati l-qorti bil-miktub bil-Bulgaru. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta, imma ma jistgħux jintbagħtu b'faks jew posta elettronika. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jistipula li d-dokumenti kollha li jkunu miktuba b'lingwa barranija li jiġu ppreżentati mill-partijiet iridu jkunu akkumpanjati bi traduzzjonijiet bil-Bulgaru li jkunu ċċertifikati mill-partijiet.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ir-rikorsi jridu jsiru bil-miktub. Ma hemm l-ebda forma speċjali għal dan l-għan, bl-eċċezzjoni ta' mudelli (approvati mill-Ministeru tal-Ġustizzja) ta' mandat eżekuttiv, rikors għall-ħruġ ta' mandat eżekuttiv u dokumenti oħra relatati ma' talbet għal mandat eżekuttiv skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi għadd ta' rekwiżiti minimi għal rikorsi, imma l-forma nnifisha mhix stipulata. Skont il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, rikors irid jinkludi: indikazzjoni tal-qorti; l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-intimat, ir-rappreżentanti legali jew l-aġenti tagħhom, jekk applikabbli, in-numru tal-identifikazzjoni personali tar-rikorrent u n-numru tal-faks jew tat-teleks tar-rikorrent, jekk ikollu; l-ammont tar-rikors meta jkun jista’ jiġi vvalutat; stqarrija taċ-ċirkostanzi li r-rikors hu bbażat fuqhom, is-suġġett tar-rikors, u l-firma tal-persuna li ppreżentat ir-rikors. Fir-rikors, ir-rikorrent irid jindika xi provi qed iressaq u x'fatti beħsiebu jipprova bihom u jippreżenta l-provi miktubin kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu.

Ir-rikors irid ikun iffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tar-rikorrent. Jekk kawża tkun qed tinfetaħ minn rappreżentant f'isem ir-rikorrent, ir-rikors irid ikun akkumpanjat minn prokura li tikkonferma r-rappreżentant huwa awtorizzat jiftaħ il-kawża. Jekk ir-rikorrent ma jkunx jaf jiffirma r-rikors jew ma jkunx jista’ jiffirmah, trid tiffirmah persuna awtorizzata b'indikazzjoni tar-raġunijiet l-għala ma ffirmahx ir-rikorrent. Ir-rikors jiġi ppreżentat il-qorti b'daqstant kopji daqs kemm ikun hemm intimati.

Ir-rikors irid ikun akkumpanjat minn: prokura meta r-rikors jiġi ppreżentat minn aġent; dokument li jikkonferma l-ħlas tal-ispejjeż u d-dovuti lill-istat; kopji tar-rikors u l-annessi tiegħu, waħda għal kull intimat.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Biex tiftaħ kawża trid tħallas it-tariffi tal-qorti li jiddependu fuq l-ammont tar-rikors u l-ispejjeż tal-proċeduri. Meta l-ammont tar-rikors ma jkunx jista' jiġi vvalutat, it-tariffi tal-qorti jiġu ddeterminati mill-qorti. L-ammont tar-rikors jiġi indikat mir-rikorrent. L-ammont tar-rikors huwa l-valutazzjoni monetarja tas-suġġett tal-kawża.

L-intimat jew il-qorti ex officio jistgħu jqajmu mistoqsijiet dwar l-ammont tar-rikors mhux aktar tard mill-ewwel seduta. Jekk l-ammont indikat ma jkunx realistiku, il-qorti tispeċifika l-ammont tar-rikors. Hemm żewġ tipi ta' tariffi tal-qorti: sempliċi u proporzjonati. Tariffi sempliċi jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-ispejjeż materjali, tekniċi u amministrattivi tal-proċeduri. It-tariffi proporzjonati jkunu bbażati fuq l-ammont ikkonċernat. L-ammont jinġabar mal-preżentata tar-rikors għal protezzjoni jew rimedju u mal-ħruġ tad-dokument li titħallas tariffa fuqu, b'konformità mat-tariffa approvata mill-Kunsill tal-Ministri.

L-ispejjeż tal-Qorti normalment jitħallsu bi trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti wara l-preżentata tar-rikors. Kull parti trid tħallas lill-qorti t-tariffi tas-servizz mitlub bil-quddiem. Wara talba miż-żewġ partijiet jew b'inizjattiva tal-qorti, l-ispejjeż kollha jitħallsu miż-żewġ partijiet jew minn parti waħda minnhom skont iċ-ċirkostanzi.

It-tariffi u l-ispejjeż tal-qorti ma jkunx hemm għalfejn jitħallsu: mir-rikorrenti li jkunu ħaddiema, impjegati jew membri ta' kooperattivi f'rikorsi dwar relazzjonijiet industrijali; f'talbiet għal manteniment; f'kawżi miftuħa mill-prosekutur; mill-atturi f'kawżi dwar danni indebiti li jirriżultaw minn delitt, b'konnessjoni ma' kundanna li tkun saret res judicata; jew minn rappreżentanti speċjali ta' parti, li l-indirizz tagħha mhuwiex magħruf, maħtura mill-qorti.

It-tariffi u l-ispejjeż tal-qorti ma jkunux imposti fuq persuni fiżiċi li jkunu rikonoxxuti mill-qorti li ma jkollhomx mezzi suffiċjenti. F'każ ta' talba għal eżenzjoni, il-qorti tqis: l-introjtu tal-persuna u l-familtha, l-assi ċċertifikati, l-istat ċivili, is-saħħa, l-impjieg, l-età u ċirkostanzi oħrajn. F'dawn il-każijiet l-ispiża tal-litigazzjoni titħallas mill-ammonti allokati fil-baġit tal-qorti. Fil-każ ta' rikors għall-ftuħ ta' proċedimenti ta’ falliment ippreżentat mid-debitur, ma jinġabrux tariffi tal-qorti. Dawn jinġabru mill-beni meta l-proprjetà tinqasam skont l-Att dwar il-Kummerċ (Targovski zakon).

Meta rikors jirnexxi kompletament jew parzjalment, il-qorti tordna lill-intimat iħallas parti mill-ispejjeż tal-proċedura proporzjonata ma' kemm irnexxa r-rikors (it-tariffi tal-qorti, it-tariffi tal-avukat, spejjeż relatati ma' dehriet il-qorti u l-ġbir tal-provi). Jekk ir-rikorrent jingħata għajnuna legali b'xejn, l-intimat ikun ordnat jirrimborża l-ispejjeż proporzjonalment mar-rikors. Meta l-kawża ma titkompliex, l-intimat ikun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż u meta l-qorti tiċħad ir-rikors, l-intimat ikun intitolat jitlob ħlas għall-ispejjeż imġarrba proporzjonalment mar-rikors miċħud.

It-tariffi tal-avukat ikunu bi qbil bejn il-klijent u l-avukat u normalment jitħallsu mal-iffirmar tal-kuntratt għad-difiża legali skont it-termini tal-ħlas.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara Għajnuna Legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Rikorsi u korrispondenza oħra li tasal bil-posta u dokumenti li jiġu kkonsenjati personalment waqt il-ħinijiet tax-xogħol tal-qorti jiġu rreġistrati mill-qorti fil-logbook tal-korrispondenza li daħlet fil-jum tal-wasla. Kawża titqies li tkun infetħet uffiċjalment fil-jum li r-rikors jasal għand il-qorti. Jekk ir-rikors jintbagħat bil-posta jew jasal għand qorti b'oħra jitqies li wasal dakinhar li ntbagħat bil-posta jew dakinhar li wasal fil-qorti l-ħażina. Il-qorti tivverifika l-korrettezza tar-rikors. Jekk ir-rikors ikun irregolari jew mhux id-dokumenti meħtieġa kollha jkun mehmuża, ir-rikorrent jintalab isolvi d-diskrepanzi fi żmien ġimgħa u jkun infurmat ikunx eliġibbli għall-għajnuna legali. Meta l-indirizz tar-rikorrent ma jkunx indikat u l-qorti ma tkunx tafu, il-messaġġ jiġi kkomunikat billi jintwera f'avviż f'post magħżul fil-qorti għal perjodu ta’ ġimgħa. Meta r-rikorrent jonqos milli jsolvi d-diskrepanzi fil-ħin, ir-rikors, flimkien mal-annessi, jiġi rritornat. Jekk l-indirizz tar-rikorrent ma jkunx magħruf, ir-rikors jinżamm fir-reġistru tal-qorti biex ikun disponibbli għar-rikorrent. L-istess japplika meta d-diskrepanzi fir-rikors jiġu aċċertati matul il-proċedimenti. Il-kawża titqies li tkun infetħet uffiċjalment fil-jum li jasal ir-rikors emendat.

Jekk, wara li tivverifika r-rikors, il-qorti ssib li mhux ammissibbli, hija tirritorna r-rikors. Ir-ritorn tar-rikors lir-rikorrent ma jipprekludix il-preżentazzjoni mill-ġdid ta' rikors il-qorti, imma f'dawn il-każijiet, il-kawża titqies li nfetħet fil-jum li r-rikors ġie ppreżentat mill-ġdid.

L-awtoritajiet ġudizzjarji ma jibagħtux dokument speċjali li jikkonferma li l-kawża nfetħet kif suppost, imma jitwettqu ċerti proċeduri li juru li dan ikun il-każ. Ladarba r-rikors ikun tħejja u ppreżentat sew u d-dokumenti meħtieġa kollha jkunu nhemżu, il-qorti tibgħat kopja lill-intimat. Il-kopja tinkludi l-annessi mar-rikors. L-intimat ikun mitlub jippreżenta risposta bil-miktub fi żmien xahar u jingħadlu x'informazzjoni jrid ikun fiha. L-intimat ikun avżat bil-konsegwenzi jekk jonqos milli jwieġeb jew milli jeżerċita drittijietu, u jekk hux disponibbli l-għajnuna legali jekk ikun intitolat għaliha. Ir-risposta bil-miktub tal-intimat irid ikun fiha: indikazzjoni tal-qorti u n-numru tal-kawża; l-isem u l-indirizz tal-intimat, ir-rappreżentant legali jew l-aġent, jekk ikun applikabbli; il-pożizzjoni tal-intimat fir-rigward tal-ammissibbiltà u l-merti tar-rikors; il-pożizzjoni tal-intimat fir-rigward taċ-ċirkostanzi li r-rikors huwa bbażat fuqhom; l-argumenti kontra r-rikors u ċ-ċirkustanzi li jsostnuhom; il-firma tal-persuna li tippreżenta r-risposta. Fir-risposta, l-intimat irid jindika xi provi qed iressaq u x'fatti beħsiebu jipprova bihom u jippreżenta l-provi miktubin kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu. Ir-risposta trid tkun akkumpanjata minn: prokura meta r-risposta tiġi ppreżentata minn aġent; kopji tar-risposta u l-annessi tagħha, waħda għal kull rikorrent. Jekk l-intimat jonqos milli jippreżenta r-risposta bil-miktub, jippreżenta pożizzjoni, iqajjem eċċezzjonijiet, jikkontesta l-veraċità ta' dokument ippreżentat mar-rikors, jeżerċita drittijietu biex jippreżenta kontrotalba, rikors inċidentali jew isejjaħ parti terza intitolata li tintervjeni f'ismu saż-żmien stipulat, huwa jitlef il-possibbiltà li dan jagħmlu iktar tard, sakemm l-ommissjoni ma tkunx dovuta għal imprevisti speċifiċi.

Wara l-verifika tal-korrettezza u l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati, il-qorti tiddeċiedi kif se tipproċedi bil-kawża u twieġeb it-talbiet u l-eċċezzjonijiet mill-partijiet dwar il-kwistjonijiet kollha ta' qabel il-proċess u l-ammissjoni tal-provi. Il-qorti tista' wkoll tordna medjazzjoni jew mezzi oħra ta' riżoluzzjoni volontarja tat-tilwim.

Il-qorti tagħżel id-dati għas-smigħ pubbliku tal-kawża u tħarrek il-partijiet għalih. L-iskrivan tal-qorti jibgħat it-taħrikiet lill-partijiet, li jingħataw kopja tad-deċiżjoni tal-qorti.

F'kawżi kummerċjali, il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistipula skambju reċiproku ta' dokumenti bejn il-partijiet avversarji. Ladarba tkun waslet it-tweġiba, il-qorti tibgħat kopja, flimkien mal-annessi, lir-rikorrent, li jista' jippreżenta rikors addizzjonali fi żmien ġimagħtejn. Fir-rikors addizzjonali, ir-rikorrent jista' jissupplimenta u jiċċara l-oriġinal. Wara li jasal ir-rikors addizzjonali, il-qorti tibgħat kopja, flimkien mal-annessi, lill-intimat, li jista' jippreżenta risposta addizzjonali fi żmien ġimagħtejn. Fir-risposta addizzjonali, l-intimat irid iwieġeb ir-rikors addizzjonali.

Wara l-verifika tal-korrettezza tad-dokumenti skambjati u l-ammissibbiltà tar-rikorsi ppreżentati, inklużi l-ammonti tagħhom u t-talbiet u l-eċċezzjonijiet mill-partijiet, il-qorti tiddeċiedi kwalunkwe kwistjoni ta' qabel il-proċess u l-ammissjoni tal-provi. Il-qorti tiffissa d-data tal-kawża fil-qorti pubblika, u tħarrek lill-partijiet billi tibgħat ir-risposta addizzjonali lir-rikorrent, u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-partijiet. Hija tista' tordna medjazzjoni jew mezzi oħra ta' riżoluzzjoni volontarja tat-tilwim. Meta jkunu ġew ippreżentati l-provi kollha permezz tal-iskambju ta’ dokumenti u meta jkun hemm qbil li mhux neċessarju li l-partijiet jattendu s-smigħ, u jekk il-partijiet ikunu jixtiequ hekk, il-qorti tista' tisma' l-kawża in camera, u tagħti l-opportunità lill-partijiet biex jippreżentaw id-difiżi u r-risposti tagħhom bil-miktub.

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jinkludi dispożizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti regoli proċedurali - proċedimenti sommarji, proċedimenti f'kawżi matrimonjali, kwistjonijiet tal-istat ċivili, interdizzjoni, diviżjoni ġudizzjarja, protezzjoni u restituzzjoni tad-drittijiet ta' pussess fuq proprjetà, atti pubbliċi, azzjonijiet kollettivi u talbiet għal mandat eżekuttiv, proċedimenti kawtelatorji, rikorsi għall-protezzjoni u proċedimenti għall-eżekuzzjoni. Hemm regoli speċjali minquxa fl-Att Kummerċjali dwar il-proċedimenti ta' insolvenza u applikazzjonijiet relatati.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-Qorti tħarrek il-partijiet għas-seduti tal-kawża. Jekk il-kawża tkun aġġornata, il-partijiet li jkunu tħarrku kif xieraq ma jirċevux taħrika għas-seduta ta' wara jekk ikunu infurmati bid-data fis-seduta stess. It-taħrika tinħareġ mhux aktar tard minn ġimgħa qabel is-seduta. Din ir-regola ma tapplikax fi proċedimenti ta' eżekuzzjoni. It-taħrika tinkludi: il-qorti li toħroġha, l-isem u l-indirizz tal-persuna mħarrka, f'liema kawża u f'liema kapaċità qed jitħarrku, il-post u l-ħin tas-seduta u l-konsegwenzi legali jekk jonqsu milli jidhru.

Il-qorti tipprovdi kopja ta' kull deċiżjoni li tkun suġġetta għal appell separat lill-partijiet.

Filwaqt li t-termini stabbiliti mill-qorti għal azzjonijiet proċedurali jkunu kkomunikati lill-partijiet, it-termini statutorji ma jkunux.

L-aħħar aġġornament: 19/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Repubblika Ċeka

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Kulħadd għandu d-dritt li jippreżenta rikors mal-qorti għall-protezzjoni ta’ dritt li jkun ġie mhedded jew miksur. Huwa dejjem irrakkomandat li l-ewwel tipprova ssolvi t-tilwima b’mod amikevoli. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. F’ċerti oqsma tad-dritt ċivili, l-Istat jippermetti lill-partijiet fir-relazzjoni legali kkonċernata li jafdaw tilwima legali lil korp privat ieħor. Fir-Repubblika Ċeka, dan iseħħ permezz ta’ arbitraġġ, irregolat mill-Att Nru 216/1994 Coll. dwar il-proċedimenti tal-arbitraġġ u dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ, kif emendat. Il-proċedimenti tal-arbitraġġ jirriżultaw f’deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li torbot liż-żewġ partijiet fit-tilwima u li għandha l-piż ta’ titolu eżekuttiv. Il-medjazzjoni f’materji mhux kriminali hija rregolata mill-Att Nru 202/2012 Coll. dwar il-medjazzjoni u li jemenda ċerti Atti (Att dwar il-Medjazzjoni). Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għal “Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim – Ir-Repubblika Ċeka”.

Anki wara li tkun ressaqt rikors quddiem il-qorti, huwa possibbli, skont in-natura tal-kawża, li tipproponi li l-qorti tfittex soluzzjoni bonarja (ara l-Artikoli 67-69 u l-Artikolu 99 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Soluzzjoni ġudizzjarja approvata għandha l-istess effett bħal sentenza finali. Hija wkoll titolu għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (eżekuzzjoni). Soluzzjoni ġudizzjarja approvata tikkostitwixxi ostakolu għal kawża deċiża.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini jvarjaw skont kawżi individwali, li hija r-raġuni għala huwa preferibbli li jintalab parir legali mill-aktar fis possibbli. Azzjoni trid titressaq quddiem il-qorti kompetenti qabel jiskadi l-perjodu ta’ limitazzjoni (l-azzjoni trid tiġi nnotifikata quddiem il-qorti fil-perjodu ta’ limitazzjoni).

Fil-każ ta’ preskrizzjoni li tirriżulta mill-iskadenza tal-perjodu statutorju, l-obbligu ta’ debitur ma jitħassarx, iżda jiddgħajjef. Dan ifisser li ma jistax jinfeda jekk id-debitur jinvoka l-istatut tal-limitazzjonijiet. L-istatut tal-limitazzjonijiet huwa rregolat b’mod ġenerali fl-Artikoli 609 – 653 tal-Att Nru 89/2012 Coll., il-Kodiċi Ċivili. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin u jibda mill-jum li fih ikun jista’ jiġi eżerċitat għall-ewwel darba d-dritt. It-tul ta’ perjodu ta’ limitazzjoni speċjali individwali jiddependi fuq in-natura tad-dritt eżerċitat.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara “Ġuriżdizzjoni – Ir-Repubblika Ċeka”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tiġi stabbilita mir-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali, ratione materiae u funzjonali.

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni ta’ qrati individwali tal-istess tip. Hija tiddetermina liema qorti speċifika tal-prim’istanza għandha tisma’ u tiddeċiedi dwar kawża speċifika. Ir-regoli bażiċi tal-ġuriżdizzjoni territorjali huma stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 89a tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li, f’ċerti każijiet, il-ġuriżdizzjoni territorjali tista’ tiġi rregolata mil-liġi tal-UE li tapplika direttament, li tieħu preċedenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali (ara ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li mhux biss jirregola l-ġuriżdizzjoni internazzjonali, iżda wkoll territorjali), li jfisser li r-regoli tal-ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi Ċeka mhux dejjem japplikaw.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti ġenerali tal-parti li kontriha ssir il-pretensjoni (il-konvenut), sakemm ma jiġix previst mod ieħor fl-Att. Il-qorti ġenerali dejjem tkun qorti distrettwali. Meta qorti reġjonali jkollha ġuriżdizzjoni fil-prim’istanza (ara l-mistoqsija 2.1), il-ġuriżdizzjoni territorjali tkun tal-qorti reġjonali (distrettwali) tal-parti li l-qorti ġenerali tkun tinsab fid-distrett tagħha. Meta ssir pretensjoni kontra diversi konvenuti, il-qorti ġenerali ta’ kwalunkwe wieħed minnhom għandha ġuriżdizzjoni territorjali.

  • Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika hija l-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha jkollha r-residenza tagħha, u jekk il-parti ma jkollha ebda residenza, tkun il-qorti lil-persuna tkun qed toqgħod fid-distrett tagħha. Residenza tinftiehem bħala li tfisser il-post fejn jgħix individwu bl-intenzjoni li joqgħod hemmhekk b’mod permanenti (huwa possibbli li jkun hemm għadd ta’ postijiet bħal dawn, f’liema każ dawn il-qrati kollha jkunu l-qorti ġenerali).
  • Il-qorti ġenerali ta’ persuna fiżika involuta fin-negozju hija, għall-kawżi li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha hija jkollha l-post tan-negozju tagħha (il-post tan-negozju huwa l-indirizz imdaħħal fir-reġistru pubbliku); jekk hija ma jkollha ebda post tan-negozju, il-qorti distrettwali li fid-distrett tagħha jkollha r-residenza tagħha u, jekk il-parti ma jkollha ebda residenza, il-qorti distrettwali li l-parti tkun qed toqgħod fid-distrett tagħha.
  • Il-kriterju sabiex tiġi ddeterminata l-qorti ġenerali ta’ entità ġuridika huwa l-uffiċċju rreġistrat tagħha (ara l-Artikoli 136 – 137 tal-Att Nru 89/2012 Coll., il-Kodiċi Ċivili).
  • Il-qorti ġenerali ta’ fiduċjarju f’insolvenza matul il-qadi tal-mandat tiegħu hija l-qorti distrettwali li jkollu uffiċċju rreġistrat fid-distrett tagħha.
  • Japplikaw regoli speċjali għall-qorti ġenerali tal-Istat (il-qorti li fid-distrett tagħha l-unità organizzattiva tal-Istat b’ġuriżdizzjoni skont regolament legali speċjali jkollu l-uffiċċju rreġistrat tagħha u, jekk il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata b’dan il-mod, il-qorti li fid-distrett tagħha seħħew iċ-ċirkostanzi li wasslu sabiex jintalab id-dritt), muniċipalità (il-qorti li fid-distrett tagħha tinsab il-muniċipalità) u unità territorjali superjuri ta’ awtogovernanza (il-qorti li fid-distrett tagħha l-korpi amministrattivi tagħha jkollhom l-uffiċċji rreġistrati tagħhom).

Jekk il-konvenut, bħala ċittadin tar-Repubblika Ċeka, ma jkollu ebda qorti ġenerali, jew ma jkollu ebda qorti ġenerali fir-Repubblika Ċeka, il-ġuriżdizzjoni tkun tal-qorti li fid-distrett tagħha huwa kellu l-aħħar residenza magħrufa tiegħu fir-Repubblika Ċeka. Id-drittijiet tal-proprjetà jistgħu jiġu eżerċitati kontra xi ħadd li ma għandu ebda qorti kompetenti oħra fir-Repubblika Ċeka, mill-qorti li fid-distrett tagħha jinsabu l-assi tiegħu.

Azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) kontra persuna barranija tista’ titressaq ukoll quddiem qorti li fid-distrett tagħha fir-Repubblika Ċeka jinsabu l-impjant tagħha, jew unità organizzattiva tal-impjant tagħha.

Il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni bejn tipi individwali ta’ qorti billi tiddetermina liema qorti se tisma’ l-kawża fil-prim’istanza. Fi proċeduri tal-qorti ċivili, il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tal-qrati tgħid li l-qrati distrettwali għandhom ġuriżdizzjoni fuq il-proċedimenti fil-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tiddikjarax espressament li l-qrati reġjonali jew il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandhom ġuriżdizzjoni ratione materiae.

Il-ġuriżdizzjoni funzjonali tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ tipi differenti involuti fis-smigħ tal-istess kawżi dwar suċċessjoni f’sitwazzjonijiet li jinvolvu t-tressiq ta’ appelli ordinarji u straordinarji (fi kliem ieħor, hija tiddefinixxi liema qorti se tiddeċiedi dwar appelli ordinarji u straordinarji).

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Kif ġie rrimarkat diġà hawn fuq (ara r-risposta għall-mistoqsija nru 4), il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tal-qrati fi proċeduri tal-qorti ċivili tgħid li l-proċedimenti fil-prim’istanza huma essenzjalment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali.

Saru eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju favur il-qrati reġjonali, li jisimgħu u jiddeċiedu dwar il-kawżi elenkati fid-dispożizzjonijiet tal-para. 2 tal-Artikolu 9 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat. Dan jikkonċerna primarjament deċiżjonijiet dwar materji li, minħabba n-natura tagħhom, jirrikjedu ċertu livell ta’ speċjalizzazzjoni u dwar materji li huma fattwalment u legalment aktar kumplessi. Il-qrati reġjonali jiddeċiedu bħala qrati tal-prim’istanza

a) f’tilwimiet bejn min iħaddem u l-benefiċjarju dwar il-ftehim reċiproku ta’ pagamenti eċċessivi ta’ allowance tal-assigurazzjoni tal-pensjoni, assigurazzjoni tal-mard, appoġġ soċjali mill-Istat u assistenza għal ħtiġijiet materjali u f’tilwimiet dwar il-ftehim reċiproku tal-kumpens rigressiv imħallas bħala riżultat tad-dritt għall-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-mard,

b) f’tilwimiet li jikkonċernaw l-illegalità ta’ strajk jew lock-out,

ċ) f’tilwimiet li jikkonċernaw Stat barrani jew persuni li jgawdu minn immunitajiet diplomatiċi u privileġġi, jekk dawn it-tilwimiet jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qrati Ċeki,

d) f’tilwimiet li jikkonċernaw l-annullament tad-deċiżjoni tal-arbitru dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn ftehim kollettiv,

e) f’kawżi li jirriżultaw mir-relazzjonijiet legali konnessi mal-istabbiliment ta’ kumpaniji tan-negozju, ġeneralment kumpaniji benefiċjarji, dotazzjonijiet u fondi ta’ dotazzjoni u f’tilwimiet bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom, kif ukoll f’tilwimiet reċiproċi bejn is-sħab u l-membri, li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-korporazzjoni kummerċjali,

f) f’tilwimiet bejn korporazzjonijiet kummerċjali, is-sħab jew il-membri tagħhom u l-membri tal-korpi statutorji tagħhom jew il-likwidaturi, fir-rigward tar-relazzjonijiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tal-mandat tal-membri tal-korpi statutorji jew il-likwidazzjoni,

g) f’tilwimiet li jirriżultaw mil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur,

h) f’tilwimiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet miksura jew mhedda minn kompetizzjoni inġusta jew restrizzjonijiet illegali fuq il-kompetizzjoni,

i) f’materji li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-isem u r-reputazzjoni ta’ persuna ġuridika,

j) f’tilwimiet li jikkonċernaw il-garanzija finanzjarja u tilwimiet li jirrigwardaw kambjali, ċedoli u strumenti ta’ investiment,

k) f’tilwimiet li jirriżultaw minn komoditajiet innegozjati fil-borża,

l) f’materji li jirrigwardaw l-Assemblej Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tas-Sidien u tilwimiet li jirriżultaw minnhom, bl-eċċezzjoni tat-tilwimiet li jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet mill-membri tal-Assoċjazzjoni għall-immaniġġjar tad-djar u tal-artijiet, it-tilwimiet li jikkonċernaw il-ħlasijiet akkont għas-servizzi u l-metodu tad-distribuzzjoni tal-ispiża tas-servizzi,

m) f’materji li jirrigwardaw it-trasformazzjoni ta’ kumpaniji u kooperattivi, inklużi kwalunkwe proċedimenti ta’ kumpens, skont regolament legali speċjali,

n) f’tilwimiet li jikkonċernaw ix-xiri ta’ impjant, il-lokazzjoni ta’ impjant jew parti minnu,

o) f’tilwimiet li jikkonċernaw kuntratti għal xogħol ta’ bini, li huma kuntratti pubbliċi ’l fuq mil-limitu, inklużi l-provvisti meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti bħal dawn.

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka għandha ġuriżdizzjoni fl-ewwel u l-unika istanza fi proċedimenti sabiex tirrikonoxxi sentenzi barranin dwar materji matrimonjali (dan ma japplikax għar-rikonoxximent ta’ sentenzi minn Stati Membri oħrajn tal-UE, jekk japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000) u f’materji li jiddeterminaw u jiċħdu l-filjazzjoni skont il-para. 1 tal-Artikoli 51 u 55 tal-Att Nru 91/2012 Coll. dwar id-dritt internazzjonali privat.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ma hemm ebda obbligu ġenerali fil-proċedimenti tad-dritt ċivili Ċeki sabiex il-persuni kkonċernati jkunu rrappreżentati minn avukat.

Il-kapaċità li persuna tħarrek u li tiġi mħarrka

Kulħadd jista’ jaġixxi b’mod indipendenti quddiem il-qorti bħala parti fi proċedimenti legali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kapaċità ġuridika tiegħu/tagħha (il-para. 1 tal-Artikolu 20 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Persuna fiżika takkwista kapaċità sħiħa li tħarrek meta jkollha età maġġuri. L-età maġġuri tintlaħaq meta l-persuna tagħlaq tmintax-il sena. Qabel tintlaħaq din l-età, l-età maġġuri tista’ tintlaħaq permezz tal-għoti ta’ rikors għall-kapaċità ġuridika (ara l-Artikolu 37 tal-Att Nru 89/2012 Coll., il-Kodiċi Ċivili), jew billi l-persuna tiżżewweġ. F’każ li parti fil-proċedimenti ma jkollhiex kapaċità sħiħa li tħarrek, hija tista’ tkun irrappreżentata fil-proċedimenti. Jista’ jkun ukoll li persuna ta’ età maġġuri li jkollha kapaċità ġuridika ristretta ma jkollhiex il-kapaċità li tħarrek u li tiġi mħarrka.

Ir-rappreżentanza tinħoloq fuq il-bażi tal-liġi jew ta’ deċiżjoni minn aġenzija tal-gvern (rappreżentanza statutorja) jew fuq il-bażi ta’ prokura. Kull min jattendi proċedimenti bħala rappreżentant ta’ parti jrid jipprovdi evidenza ta’ tali rappreżentanza.

Persuna fiżika li ma tkunx tista’ taġixxi b’mod indipendenti quddiem il-qorti trid tkun irrappreżentata minn kustodju jew kuratur tagħha (l-Artikoli 22 - 23 u l-Artikolu 29an. tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat).

Il-partijiet fil-proċedimenti (b’kapaċità ġuridika) jistgħu jkunu rrappreżentati wkoll minn persuna tal-għażla tagħhom fuq il-bażi ta’ prokura (l-Artikoli 24 - 28a tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Azzjoni (rikors għall-bidu tal-proċedimenti) tiġi ddepożitata mal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni ratione materiae, territorjali u funzjonali. L-indirizzi tal-qrati Ċeki individwali jinsabu fuq il-paġna web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.justice.cz/Justice2/Uvod/Soudy.aspx

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-partijiet kollha għandhom status ugwali fil-proċeduri tal-qorti ċivili u għandhom id-dritt għal seduta ta’ smigħ fil-qorti bil-lingwa materna tagħhom (ara l-Artikolu 18 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) tista’ tiġi ddepożitata bil-lingwa materna tal-attur (rikorrent). Madankollu, sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni aktar mgħaġġla tal-azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) mill-qorti, huwa rrakkomandat li d-dokumenti indirizzati lill-qorti jkunu akkumpanjati minn traduzzjoni biċ-Ċek.

Rikors għall-bidu tal-proċedimenti tista’ ssir bil-miktub (ara l-Artikolu 42 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Preżentata bil-miktub issir fuq karta jew f’forma elettronika permezz ta’ netwerk ta’ data pubblika jew b’faks. Preżentata bil-miktub li jkun fiha rikors fuq il-merti ppreżentata permezz ta’ faks jew f’forma elettronika għandha tiġi segwita, fi żmien mhux aktar tard minn 3 ijiem, mill-preżentazzjoni tat-test oriġinali jew preżentazzjoni bil-miktub tat-test identiku. Meta l-preżentata ssir f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata (skont l-Att Nru 227/2000 Coll. dwar il-firma elettronika, kif emendat) jew f’forma elettronika skont regolament legali speċjali (l-Att Nru 300/2008 Coll. dwar l-atti elettroniċi u l-konverżjoni tad-dokument awtorizzat), ma tkun meħtieġa ebda preżentazzjoni sussegwenti tad-dokumenti oriġinali.

Rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti u talba għal ordni għall-eżekuzzjoni tista’ ssir biss bil-fomm u tiġi rreġistrata (ara l-Artikolu 14 tal-Att Nru 292/2013 Coll. dwar il-proċedimenti ġudizzjarji, kif emendat) fil-każ ta’ proċedimenti li jistgħu jinbdew ukoll mingħajr rikors jew proċedimenti għall-awtorizzazzjoni għaż-żwieġ, proċedimenti għall-protezzjoni kontra l-vjolenza domestika, proċedimenti għad-determinazzjoni jew għaċ-ċaħda tal-proċedimenti ta’ filjazzjoni u adozzjoni. Kull qorti distrettwali hija mitluba li ddaħħal il-preżentata fir-reġistri u li tibgħatha mingħajr dewmien lill-qorti kompetenti. Din ix-xorta ta’ preżentata għandha l-istess effett daqs li kieku saret lill-qorti kompetenti.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm l-ebda formola preskritta għat-tressiq ta’ azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti). Azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) trid tinkludi dettalji ġenerali (ara l-Artikolu 42(4) tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat) u dettalji speċjali (ara l-Artikolu 79(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

Id-dettalji ġenerali jinkludu l-indikazzjoni tal-qorti li r-rikors jiġi indirizzat lilha u l-indikazzjoni tal-persuna li tressaq l-azzjoni. Mill-azzjoni jrid jidher b’mod ċar ukoll liema kawża tikkonċerna u x’qiegħda tfittex u trid tiġi ffirmata u datata.

Id-dettalji speċjali jinkludu l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-partijiet, jew id-dati tat-twelid jew in-numri ta’ identifikazzjoni tal-partijiet (l-isem tan-negozju jew l-isem u l-uffiċċju rreġistrat ta’ persuna ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem tal-pajjiż u l-unità organizzattiva rilevanti tal-Istat li qed jidher quddiem il-qorti f’isimhom), jekk ikun meħtieġ, anki tar-rappreżentanti tagħhom, deskrizzjoni tal-fatti ewlenin u deskrizzjoni tal-evidenza invokata mill-appellant u trid tindika b’mod ċar x’qiegħed jiġi mfittex mill-appellant.

Jekk ir-rikors ma jkunx fih id-dettalji meħtieġa, jew jekk dawn ikunu inkomprensibbli jew mhux ċari, il-qorti titlob lill-parti sabiex tirrimedja dawn id-difetti f’ċertu perjodu. Jekk dan ma jsirx u, b’riżultat ta’ dan, il-proċedimenti ma jkunux jistgħu jkomplu, il-qorti tirrifjuta r-rikors għall-bidu tal-proċedimenti. Il-qorti tinjora kwalunkwe preżentati oħrajn sakemm jiġu kkoreġuti jew ikkompletati kif suppost (ara l-Artikolu 43 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Ir-rikors irid jiġi ppreżentat fl-għadd meħtieġ ta’ kontropartijiet sabiex jiġi żgurat li tinżamm kontroparti waħda mill-qorti u li kull parti tirċievi kontroparti waħda, jekk meħtieġ (ara l-para. 4 tal-Artikolu 42 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti jiġu imposti għall-proċedimenti li jsiru quddiem il-qrati fir-Repubblika Ċeka, għall-atti elenkati fit-Tariffa tal-Ħlasijiet u għall-atti individwali mwettqa mill-qrati u l-atti mwettqa mill-amministrazzjoni tal-qorti. L-ammonti ta’ dawn it-tariffi huma stabbiliti fl-Att Nru 549/1991 Coll., dwar it-tariffi tal-qorti, kif emendat. It-tariffi tal-qorti jiġu stabbiliti bħala somma fissa, jew jiġu ddeterminati bħala rata perċentwali bbażata fuq il-valur tas-suġġett tal-proċedimenti ġudizzjarji.

Għadd ta’ kawżi (primarjament dawk li ma jiġux ikkontestati) huma eżentati minn dawn it-tariffi. Il-kawżi li huma “materjalment eżentati” kienu jinkludu kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tutela, l-adozzjoni, l-obbligi ta’ manteniment bejn il-ġenituri u t-tfal, eċċ. Dawn il-proċedimenti huma kompletament eżentati mit-tariffi.

L-appellanti fil-proċedimenti sabiex jiġu ddeterminati l-ħlasijiet ta’ manteniment, il-kumpens għall-ħsara lis-saħħa, il-korrimenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkaġunat mix-xogħol, eċċ. huma personalment eżentati mit-tariffi. Jekk l-attur fi proċediment partikolari jkun personalment eżentat mit-tariffi u l-qorti tilqa’ l-pretensjoni tiegħu, il-konvenut jinżamm responsabbli għall-ħlas tat-tariffa.

Huwa possibbli wkoll li jiġu ammessi l-hekk imsejħa eżenzjonijiet individwali li jirrigwardaw is-sitwazzjoni soċjali u finanzjarja tal-partijiet fil-proċedimenti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-kawża li tkun qed tinstema’. Jekk l-attur ikollu ħtiġijiet materjali b'riżultat ta’ qgħad fit-tul, marda serja, eċċ., huwa jista’ jippreżenta rikors il-qorti għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali mit-tariffi. Ir-rikors rilevanti preferibbilment għandu jiġi mehmuż mal-azzjoni oriġinali. Meta tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet mill-ħlas tat-tariffi, il-qorti tqis il-proprjetà globali tar-rikorrent, iċ-ċirkostanzi soċjali u finanzjarji, l-ammont tat-tariffi tal-qorti, in-natura tal-pretensjoni ppreżentata, eċċ. Madankollu, dan ma għandux ikun eżerċizzju arbitrarju jew evidentement bla tama jew tfixkil tad-drittijiet. Ara wkoll “Għajnuna legali – Ir-Repubblika Ċeka”.

It-tariffa titħallas ladarba jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti. Jekk hija ma tkunx tħallset fl-istess ħin li jiġi ppreżentat ir-rikors, il-qorti titlob lill-parti sabiex tħallas it-tariffa u tgħarrafha li, jekk it-tariffa ma titħallasx fiż-żmien allokat, il-proċedimenti jiġu sospiżi.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara “Għajnuna Legali – Ir-Repubblika Ċeka”.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Il-proċedimenti ġudizzjarji jibdew dakinhar li tintbagħat it-talba lill-qorti (ara l-Artikolu 82 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat) jew meta tkun inħarġet deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedimenti mingħajr talba mill-qorti (ara l-para. 2 tal-Artikolu 13 tal-Att Nru 292/2013 Coll., dwar il-proċedimenti ġudizzjarji speċjali, kif emendat). Il-fatt li l-azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) titressaq fil-qorti jfisser li jinbdew il-proċedimenti u l-qorti ma toħroġ ebda konferma speċjali li l-proċedimenti nfetħu. Jekk azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) titressaq personalment fir-reġistru tal-qorti, dan jista’ jiġi kkonfermat permezz ta’ kopja tal-azzjoni ttimbrata.

Jekk ir-rikors jkollu xi nuqqasijiet (ma jkunx fih id-dettalji preskritti, ma jkunx ċar jew ikun inkomprensibbli), il-qorti titlob lill-parti sabiex tirranġahom. F’każ li dawn in-nuqqasijiet ma jitneħħewx fil-perjodu stabbilit mill-qorti u l-proċedimenti ma jkunux jistgħu jkomplu għal din ir-raġuni, il-qorti tirrifjuta r-rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti u tissospendi l-proċedimenti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Hekk kif jibdew il-proċedimenti, il-qorti tipproċedi mingħajr rikorsi ulterjuri sabiex tiżgura li l-kawża tinstema’ u tiġi deċiża mill-aktar fis possibbli (ara l-para. 1 tal-Artikolu 100 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat). Il-qorti hija meħtieġa li tikkonsenja l-azzjoni (rikors għall-ftuħ tal-proċedimenti) lill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti personalment (ara l-para. 3 tal-Artikolu 79 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Matul il-proċedimenti, il-qorti tagħti struzzjonijiet lill-partijiet dwar id-diversi drittijiet u obbligi tagħhom. F’każ li jkun irid jitwettaq att proċedurali speċifiku, il-qorti tistabbilixxi terminu għat-twettiq tiegħu.

Il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jispezzjonaw il-fajl tal-qorti, bl-eċċezzjoni tar-rekord tal-votazzjoni, u li jieħdu siltiet minnu u jagħmlu kopji tiegħu. L-imħallef li jippresjedi jippermetti lil kull min għandu interess leġittimu, jew li għandu raġunijiet validi sabiex jagħmel dan, li jispezzjona l-fajl u li jieħu siltiet minnu u jagħmel kopji tiegħu, sakemm ma jkunx fajl li l-kontenut tiegħu jkun meħtieġ bil-liġi li jinżamm kunfidenzjali (ara l-Artikolu 44 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, kif emendat).

L-aħħar aġġornament: 20/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Irlanda

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Li tmur il-qorti ħafna drabi tkun l-aħħar soluzzjoni meta jkunu fallew tentattivi oħrajn sabiex tissolva tilwima. Alternattiva għall-qorti hija li tuża proċeduri ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. (Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim").

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni tat-termini tista’ tiġi ċċarata ma’ konsulent legali jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf’uffiċċju ta’ informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-aċċess għal-liġi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fil-qrati inferjuri (jiġifieri l-Qrati taċ-Ċirkwit u l-Qrati Distrettwali), il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata mill-post fejn il-konvenut jew wieħed mill-konvenuti normalment ikun jirrisjedi jew iwettaq kwalunkwe professjoni, negozju jew mestier. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, id-Distrett jew iċ-Ċirkwit xieraq huwa dak fejn allegatament ikun sar il-kuntratt; f’kawżi ta’ delitt, fejn allegatament ikun twettaq id-delitt; fi proċedimenti tal-familja, fejn ikun jirrisjedi l-attur; u, f’kawżi li jirrigwardaw kirja jew titolu għal proprjetà immobbli, fejn ikunu jinsabu l-bini jew l-artijiet li huma s-suġġett ta’ dawn il-proċedimenti.

Għal aktar dettalji dwar il-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda jipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura tal-qrati. Huwa jippubblika wkoll ktejjeb intitolat Explaining the Courts għall-informazzjoni pubblika. Aktar dettalji dwar is-sistema tal-qrati huma disponibbli wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Bord ta’ Informazzjoni liċ-Ċittadini.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-qorti xierqa fejn għandek tressaq pretensjoni tiġi ddeterminata min-natura (kuntratt, delitt, eċċ.) u l-valur tagħha.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva dwar "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Mhux dejjem ikun meħtieġ li jintuża intermedjarju, huwa f’idejk li tiddeċiedi u dan se jkun jiddependi fuq il-kumplessità tal-kawża tiegħek. Jekk tiddeċiedi li tuża intermedjarju, trid tuża avukat.  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Law Society hija l-korp li jakkredita u jirregola l-professjoni tal-avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ddepożitat fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq, skont l-ammont ta’ kumpens li tkun qed titlob (għal aktar dettalji dwar il-qorti xierqa, jekk jogħġbok ara l-Iskeda Informattiva "Il-Ġuriżdizzjoni tal-Qrati"). L-uffiċċji tas-Servizz tal-Qrati jinstabu madwar l-Irlanda kollha, u d-dettalji tal-indirizzi u l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Irlanda, ir-rikors jista’ jsir bl-Ingliż jew bl-Irlandiż. Ir-rikors irid isir fuq formola speċjali, li tkun speċifika għall-ġuriżdizzjoni li fiha tagħmel il-pretensjoni tiegħek. Ir-rikors ma jistax jintbagħat b’faks jew bil-posta elettronika, iżda jrid jiġi ppreżentat personalment fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Ir-rikors ma jistax isir bil-fomm.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Hemm formoli speċjali għat-tressiq tal-azzjonijiet, li ħafna minnhom jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u l-bqija jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafir-Regoli tal-Qorti. Dawn il-formoli jindikaw liema elementi jridu jiġu inklużi fil-fajl. Tista’ tintalab xi gwida limitata mingħand uffiċjali fis-Servizz tal-Qrati, iżda dawn l-uffiċjali jistgħu jagħtu biss informazzjoni proċedurali, minħabba li ma jistgħux jagħtu pariri fuq il-merti ta’ pretensjoni jew jirrakkomandaw kif għandha tiġi pproċessata.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Id-drittijiet tal-qorti, magħrufa wkoll bħala tariffi tal-qorti, għandhom jitħallsu fuq ħafna tipi ta’ rikors. It-tariffi jridu jitħallsu meta jiġi ddepożitat ir-rikors fl-Uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati xieraq. Id-dettalji tat-tariffi differenti jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati. Il-ħlasijiet lil avukat, jekk tuża wieħed, huma differenti, u mhumiex kwistjoni għas-Servizz tal-Qrati. Jekk tagħti struzzjonijiet lil avukat, dan jagħtik parir dwar l-ammont tat-tariffa li tiġi imposta u meta għandha titħallas.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara l-Iskeda Informattiva dwar "L-Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titressaq b’mod uffiċjali meta tinħareġ il-pretensjoni mill-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati. Skont il-ġuriżdizzjoni li fiha tressaq il-pretensjoni tiegħek, din ma tistax tinħareġ qabel ma tiġi nnotifikata lill-parti l-oħra. Fil-Qorti għal Talbiet Żgħar, ir-reġistratur tal-qorti jibgħat il-pretensjoni tiegħek lill-parti l-oħra. Fi qrati oħrajn, ikollok tinnotifika l-pretensjoni inti stess jew inkella tqabbad intermedjarju sabiex jagħmel dan għalik. Tista’ ssir taf fl-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn iddeċidejt li tagħmel il-pretensjoni tiegħek. L-uffiċjali tas-Servizz tal-Qrati jgħarrfuk jekk ma tkunx issodisfajt il-ħtiġijiet proċedurali kollha sabiex tiddepożita l-pretensjoni tiegħek, iżda huwa f’idejn l-imħallef li jiddeċiedi jekk il-kawża tiegħek hijiex ippreżentata kif suppost.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli ta’ kull qorti jispeċifikaw it-termini u tista’ tiċċekkja din l-informazzjoni mal-uffiċċju tas-Servizz tal-Qrati fejn tiddepożita l-pretensjoni tiegħek

L-aħħar aġġornament: 18/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Greċja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Tabilħaqq, jista’ jkun xieraq li jintużaw "metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim". Ara s-suġġett rilevanti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Hemm perjodi ta’ limitazzjoni differenti għat-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti, skont il-każ. Id-dettalji dwar il-limitazzjoni rigward it-tressiq ta’ azzjoni quddiem il-qorti jistgħu jiġu pprovduti minn konsulent legali jew uffiċċju ta’ pariri għaċ-ċittadini.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-qrati kompetenti".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja"

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-qrati kompetenti - Il-Greċja".

Il-proċedura li trid tiġi segwita għat-tressiq ta’ azzjoni legali.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-azzjoni trid titressaq minn avukat, ħlief fil-każijiet li ġejjin: (1) kawżi mressqa quddiem qorti ċivili distrettwali (Irinodikio), (2) rimedji provviżorji, (3) sabiex jiġi evitat periklu imminenti (l-Artikolu 94(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) u (4) il-proċedimenti tax-xogħol imwettqa quddiem il-qorti tal-prim’istanza bi mħallef jew maġistrat wieħed (Monomelos Protodikio) jew il-qorti ċivili distrettwali (l-Artikolu 665(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Għalhekk, bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm rappreżentant legali preżenti. Hemm ċerti proċeduri, pereżempju, rimedji provviżorji, tilwim minuri, tilwim industrijali, eċċ., li fihom il-persuna kkonċernata tista’ tidher għan-nom tagħha stess.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Sabiex tinbeda kawża fil-qorti, irid jiġi ppreżentat rikors lir-reġistru tal-qorti kompetenti. Sabiex tfassal l-azzjoni, il-persuna kkonċernata għandha tikkuntattja avukat, li jippreżentaha lir-reġistru tal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

(a) Ir-rikors irid isir biss bil-Grieg;

(b) bħala regola ġenerali, irid isir bil-miktub. Huwa jista’ jiġi ppreżentat verbalment lil qorti ċivili distrettwali jekk ma jkunx hemm avukati maħtura jew konsulenti legali lokali mhux liċenzjati (dikolavoi) fil-post fejn il-Qorti għandha s-sede tagħha. F’dak il-każ, għandu jitfassal rapport (l-Artikoli 111, 115 u 215(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); u

(ċ) ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll b’mod elettroniku, diment li jkun ġie ffirmat b’firma elettronika avvanzata (l-Artikoli 117(2) u 119(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; id-Digriet Presidenzjali 25/2012).

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm ebda formola speċjali sabiex titressaq azzjoni. Il-fajl jinkludi l-azzjoni, fejn meħtieġ (dan mhuwiex obbligatorju għall-qrati ċivili distrettwali u l-miżuri ta’ prekawzjoni) u meta l-evidenza bil-miktub tiġi ppreżentata mill-parti fil-kawża.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-imposti tal-qorti jitħallsu kif ġej: Il-parti fil-kawża għandha tkopri l-ispejjeż u l-imposti rilevanti. B’hekk, il-pretendent għandu jħallas it-taxxa tal-boll, it-taxxa tal-boll tal-qorti u t-tariffi għad-diversi fondi (pereżempju; il-Fond tal-Avukati [TN], il-Fond tal-Benesseri tal-Avukati ta’ Ateni [TPDA], eċċ.), li jitħallsu meta tiġi ddepożitata l-azzjoni. Meta u kif għandu jitħallas l-avukat jiġi miftiehem mal-parti fil-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva tista’, soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 194-204 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tħallas l-ispejjeż tal-qorti mingħajr ma tikkomprometti l-għajxien tagħha u dak tal-familja tagħha). Huma meħtieġa d-dokumenti li ġejjin: (1) Ċertifikat mis-sindku jew mill-president tal-komunità fejn jgħix il-pretendent, rigward l-istatus professjonali, finanzjarju u tal-familja tiegħu, u (2) ċertifikat mill-kap tal-eżattorija tal-post fejn jgħix il-pretendent, dwar jekk huwa ppreżentax dikjarazzjoni tat-taxxa fl-aħħar tliet snin għat-taxxa fuq l-introjtu jew għal kwalunkwe taxxa diretta oħra, kif ukoll verifika tal-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni tat-taxxa.

Il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu b’konnessjoni mal-azzjoni.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

L-azzjoni titqies bħala li tressqet meta tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti li tkun indirizzata lilha u meta tiġi nnotifikata kopja tagħha lill-konvenut (l-Artikolu 215 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). It-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ rapport jikkostitwixxu konferma li l-azzjoni tressqet. Malli tiġi ppreżentata l-azzjoni lill-qorti kompetenti, jitfassal att ta’ preżentazzjoni u tiġi stabbilita data tas-seduta ta’ smigħ, sabiex il-pretendent jiġi pprovdut bid-dettalji tal-preżentazzjoni.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Id-data tas-smigħ tal-azzjoni tiġi stabbilita mir-reġistru tal-qorti kompetenti u l-parti fil-kawża tiġi mħarrka għal kull sessjoni sussegwenti tal-qorti jew għal kull att meħud matul il-kawża. Kwalunkwe parti fil-kawża għandha d-dritt li tħaffef is-seduta ta’ smigħ. Tingħata wkoll gwida mill-avukat awtorizzat.

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-mistoqsijiet kollha, il-preżenza ta’ avukat hija obbligatorja f’qorti tat-tieni istanza, jiġifieri qorti tal-appell, anki jekk il-preżenza ta’ rappreżentant legali ma kinitx obbligatorja fil-qrati tal-prim’istanza msemmija hawn fuq f’dawn il-kawżi partikolari (l-ewwel mistoqsija). Naturalment, dan japplika wkoll għall-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Suprema Ċivili u Kriminali tal-Greċja (Arios Pagos).

L-aħħar aġġornament: 24/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Spanja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

It-tilwimiet jistgħu jissolvew mingħajr ma tmur il-qorti. Tista’ ssibha utli li tħares lejn l-informazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, bħal medjazzjoni.

Il-partijiet jistgħu wkoll ifittxu medjazzjoni matul il-kors tal-proċedimenti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-terminu għat-tressiq ta’ kawża fil-qorti jvarja skont il-każ. Il-kwistjoni tat-termini jew tal-perjodi ta’ limitazzjoni hija legalment kumplessa u l-aħjar parir li tista’ tingħata huwa li tikkonsulta avukat jew ċentru legali li jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja.

Bħala regola ġenerali u għal skopijiet illustrattivi biss:

a) Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-pretensjonijiet għal djun kuntrattwali huwa ta’ ħames snin.

b) Il-perjodu ta’ limitazzjoni għall-pretensjonijiet għal danni mhux kuntrattwali huwa ta’ sena.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Jekk tagħżel li ssolvi t-tilwima permezz tal-qrati, mela trid tmur f’qorti f’dan l-Istat Membru.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Jekk jogħġbok ara r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fuq Competencia de los tribunales

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Jekk jogħġbok ara r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fuq Competencia de los tribunales

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Bħala regola ġenerali, sabiex tmur il-qorti fi Spanja, jeħtieġ li tuża:

a) rappreżentant proċedurali tal-qorti (procurador), u

b) avukat li jaġixxi għalik fil-qorti.

Mhuwiex meħtieġ li tuża dawn il-prattikanti fil-każijiet li ġejjin:

  1. Meta l-ammont li tkun qed titlob ma jaqbiżx l-EUR 2 000.
  2. Sabiex tiddepożita rikors skont proċedura rapida speċjali magħrufa bħala "proċedura ta’ ordni għal ħlas", diment li tipprovdi evidenza dokumentarja tad-dejn. F’dawn il-każijiet, ma hemm ebda limitu fuq l-ammont tal-pretensjoni.
  3. Sabiex tapplika għal miżuri urġenti qabel jibdew il-proċedimenti. Dan ikopri miżuri proviżorji interim fi proċedimenti ta’ annullament, separazzjoni jew divorzju. Il-miżuri huma maħsuba sabiex jindirizzaw l-aktar ħtiġijiet finanzjarji u personali urġenti tal-konjuġi u t-tfal tagħhom, meta wieħed mill-konjuġi jkollu l-ħsieb li jressaq proċedimenti ta’ annullament, separazzjoni jew divorzju.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikorsi jridu jiġu ppreżentati lir-Reġistru tal-Qorti għall-post inkwistjoni. Ir-rikors jiġi ttrattat minn:

a) l-Iskrivan tal-Qorti responsabbli għar-Reġistru u s-servizzi komuni ġenerali, jew

b) l-uffiċjal tar-Reġistru maħtur sabiex jaġixxi taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà tal-Iskrivan.

L-iskrivani tal-qorti u l-uffiċjali maħtura minnhom huma l-uniċi persuni li jistgħu jikkonfermaw id-data u l-ħin li fihom ġew ippreżentati l-pretensjonijiet, id-dokumenti li jibdew il-proċedimenti u kwalunkwe dokumenti oħrajn li hemm termini obbligatorji għalihom.

Il-pretensjonijiet ċivili jew kummerċjali ma jistgħux jiġu ppreżentati lil xi korp pubbliku ieħor, inkluża l-qorti responsabbli.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fil-prinċipju, l-Ispanjol irid jintuża fil-proċeduri tal-qorti. F’dawk il-Komunitajiet Awtonomi li għandhom il-lingwa tagħhom (il-Katalonja, Valenzja, il-Gżejjer Baleariċi, il-Galizja u l-Pajjiż Bask), tista’ tintuża wkoll dik il-lingwa.

Kwalunkwe persuna oħra li tieħu sehem fil-proċedimenti tista’ tuża l-Ispanjol jew il-lingwa tal-Komunità Awtonoma fejn ikunu qegħdin isiru l-proċedimenti, kemm f’dokumenti bil-miktub kif ukoll fi proċedimenti orali. Jekk xi ħadd ma jkunx jista’ jifhem il-lingwa tal-Komunità Awtonoma, il-qorti taħtar interpretu sabiex jipprovdi traduzzjoni għall-Ispanjol. Ħatra ssir jew fejn stipulat mil-liġi jew inkella fuq talba mill-persuna li titlob iċ-ċaħda tal-proċess dovut. Jekk xi ħadd, minbarra parti, jipprovdi evidenza f’lingwa differenti minħabba li ma jafx jitkellem bl-Ispanjol jew bil-lingwa tal-Komunità Awtonoma, il-parti li tipproponi dik l-evidenza tkun responsabbli sabiex tipprovdi interpretu.

Il-proċedimenti jridu dejjem jinbdew bil-miktub f’dokument magħruf bħala "pretensjoni" (demanda). Meta l-ammont tal-pretensjoni ma jaqbiżx l-EUR 2 000, dan jista’ jkun dokument sempliċi li jrid ikun fih l-informazzjoni li ġejja:

a) id-dettalji personali u l-indirizz tal-pretendent, kif ukoll id-dettalji personali u l-indirizz tal-parti l-oħra, meta jkunu magħrufa.

b) x’qiegħed jitlob eżattament il-pretendent mingħand il-parti l-oħra.

Il-persuni li mhumiex jużaw rappreżentant proċedurali tal-qorti jistgħu jagħżlu jekk jittrattawx mal-qrati b’mod elettroniku jew le. Huma jistgħu jbiddlu l-metodu magħżul minnhom fi kwalunkwe ħin.

Il-ġuristi kollha huma mitluba jużaw is-sistemi ta’ preżentazzjoni elettronika jew mill-bogħod tal-qrati sabiex jippreżentaw kemm ir-rikors inizjali u d-dokumenti ta’ pretensjoni sussegwenti, kif ukoll dokumenti oħrajn, bil-għan li jiżguraw li l-preżentati jkunu ġenwini u jipprovdu rekord affidabbli li d-dokumenti ntbagħtu u waslu bis-sħiħ, kif ukoll id-data li fiha ntbagħtu u waslu.

L-organizzazzjonijiet u l-individwi li ġejjin huma wkoll mitluba li jittrattaw mal-qrati b’mod elettroniku:

a) Entitajiet ġuridiċi.

b) Assoċjazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika.

ċ) Kull min iwettaq attività professjonali li tirrikjedi s-sħubija obbligatorja ta’ korp professjonali għall-proċeduri u t-trattattivi mal-qrati mwettqa matul il-kors tal-attività professjonali tagħhom.

d) Nutara u reġistraturi.

e) Kull min jirrappreżenta lil xi ħadd li huwa meħtieġ li jittratta mal-qrati b’mod elettroniku.

f) Uffiċjali pubbliċi, għall-proċeduri u t-trattattivi mwettqa matul il-kors tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli standard u dokumenti stampati għall-preżentata ta’ pretensjonijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2 000, kif ukoll għall-pretensjonijiet finanzjarji ppreżentati skont proċedura speċjali magħrufa bħala "proċedura ta’ ordni għal ħlas". Ma hemm ebda limitu fuq l-ammont li jista’ jintalab skont il-proċedura ta’ ordni għal ħlas, iżda trid tipprovdi evidenza dokumentarja tad-dejn.

Dawn il-formoli (flimkien mal-gwidi tal-utenti) huma disponibbli fuq l-internet fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/cgpj/es/Servicios/Atencion-Ciudadana/Modelos-normalizados/El-juicio-verbal-

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/cgpj/es/Servicios/Atencion-Ciudadana/Modelos-normalizados/El-proceso-monitorio

Huma wkoll disponibbli għall-pubbliku fir-Reġistri tal-Qrati u fis-Servizzi Ċentrali għal kull distrett tal-qorti.

Meta ma tkun teżisti ebda formola jew din ma tkunx tista’ tintuża, trid tippreżenta pretensjoni bil-miktub lill-qorti. Għall-pretensjonijiet li ma jaqbżux l-EUR 2 000, dan huwa dokument sempliċi ħafna. Kulma jrid ikun fih huma d-dettalji personali tal-pretendent, id-dettalji personali tal-parti l-oħra, meta jkunu magħrufa, u deskrizzjoni preċiża ta’ dak li qiegħed jitlob il-pretendent. Għall-pretensjonijiet ta’ aktar minn EUR 2 000, id-dokument huwa aktar ikkumplikat minħabba li jrid jinkludi deskrizzjoni tal-fatti tal-każ, ir-raġunijiet legali għall-pretensjoni u lista f’ordni li tidentifika b’mod ċar id-dokumenti u evidenza oħra ppreżentata.

Fiż-żewġ każijiet, il-pretensjoni inizjali trid tkun akkumpanjata mill-evidenza dokumentarja kollha b’sostenn għall-pretensjoni, flimkien ma’ kwalunkwe rapporti ta’ xhieda esperti jew evidenza oħra relatata mal-kawża. B’mod ġenerali, dawn id-dokumenti ma jistgħux jiġu ppreżentati f’data aktar tard, ħlief f’każijiet speċjali ħafna.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-individwi ma għandhomx bżonn iħallsu tariffa.

L-entitajiet ġuridiċi (kumpaniji, fondazzjonijiet, assoċjazzjonijiet) iridu jħallsu tariffa sabiex iressqu kawża fil-qrati ċivili, kummerċjali jew amministrattivi kontenzjużi u sabiex jappellaw kontra sentenza mogħtija fil-qrati soċjali. Ma hemm ebda tariffa li għandha titħallas fil-qrati kriminali. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.agenciatributaria.gob.es/AEAT.sede/Ayuda/GC07.shtml

Fil-Komunità Awtonoma ta’ Katalunja, l-entitajiet ġuridiċi (iżda mhux l-individwi) jridu jħallsu tariffa:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://administraciojusticia.gencat.cat/ca/serveis_als_ciutadans/gestions_i_tramits/taxes_adm_justicia/taxes_admjus_cat/

Ma hemm ebda tariffa standard għat-tariffi tal-avukati. Kemm il-livell tat-tariffi kif ukoll il-metodu tal-ħlas huma stabbiliti permezz ta’ ftehim reċiproku mal-klijent.

Hemm tariffa standard għall-ħlasijiet mitluba mir-rappreżentanti proċedurali tal-qorti. Ara

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.boe.es/buscar/act.php?id=BOE-A-2003-21104&p=20060128&tn=0

Ġeneralment, il-ġuristi jitolbu ħlas bil-quddiem sabiex ikopru l-ispejjeż tal-bidu, li jiġi paċut kontra t-tariffi totali. Il-proċedimenti jinqasmu fi stadji u l-prattikanti jistgħu jitolbu lill-klijenti tagħhom iħallsu l-perċentwal korrispondenti tat-tariffi totali fil-bidu ta’ kull stadju.

Ġeneralment, il-prattikanti ma jitolbux il-ħlas sħiħ tat-tariffi qabel ma titlesta l-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

In-nies li jistgħu juru bil-provi li ma għandhomx il-mezzi sabiex imorru l-qorti huma intitolati għal għajnuna legali. Il-mezzi tan-nies jiġu vvalutati bl-użu ta’ indiċi magħruf bħala l-IPREM (indiċi pubbliku tal-introjtu fil-livell bażiku).

Individwu jitqies li ma għandux il-mezzi sabiex imur il-qorti meta l-introjtu annwali tal-familja tiegħu mis-sorsi kollha ma jkunx aktar minn:

a) daqs darbtejn l-IPREM applikabbli fil-mument meta jsir ir-rikors, għal individwi li mhumiex parti minn unità ta’ familja.

b) daqs darbtejn u nofs l-IPREM applikabbli fil-mument meta jsir ir-rikors, għal individwi li huma parti minn unità ta’ familja li fiha inqas minn erba’ persuni.

ċ) daqs tliet darbiet l-IPREM, għal individwi li huma parti minn unità ta’ familja li fiha mill-inqas erba’ persuni.

Għall-2017, l-IPREM annwali huwa ta’ EUR 6 390.13.

Ċerti organizzazzjonijiet mhux għall-profitti jistgħu jikkwalifikaw ukoll għal għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li tressqet b’mod uffiċjali mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata, ladarba tkun ġiet ippreżentata lill-uffiċċju tal-iskrivan u tkun inħarġet ordni ta’ ammissjoni tal-pretensjoni għall-proċess, wara konferma li l-kwistjoni taqa’ fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti.

Inti tiġi nnotifikat bid-deċiżjoni tal-qorti tal-ammissjoni tal-pretensjoni għall-proċess u bid-deċiżjonijiet sussegwenti kollha permezz tar-rappreżentant proċedurali tal-qorti tiegħek, jekk ikollok wieħed. Meta ma jkunx meħtieġ rappreżentant proċedurali tal-qorti, tiġi nnotifikat direttament bil-konsenja rreġistrata fl-indirizz mogħti fil-pretensjoni.

Jekk il-pretensjoni jkun fiha żball, li jfisser li ma tkunx tista’ tiġi ammessa għall-proċess, il-qorti tippermettilek perjodu ta’ żmien li fih tikkoreġi dan l-iżball. Jekk l-iżball ma jkunx jista’ jiġi kkoreġut, l-Iskrivan tal-Qorti jgħarraf b’dan lill-Imħallef, li min-naħa tiegħu jiddeċiedi jekk jippermettix li l-pretensjoni tipproċedi jew le.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet jiġu nnotifikati minnufih bl-istadji jew l-avvenimenti kollha fil-proċedimenti, direttament jew permezz tar-rappreżentant proċedurali tal-qorti tagħhom, meta jkollhom wieħed.

Bħala regola ġenerali, ma hemm ebda skeda ta’ żmien stabbilita għall-proċedimenti, iżda hemm termini li jridu jintlaħqu.

L-aħħar aġġornament: 25/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Franza

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista’ jkun preferibbli li jintużaw metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Ara aktar dwar dan is-suġġett.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jvarjaw skont il-każ. Din il-kwistjoni tat-termini fuq il-ftuħ ta' kawżi l-qorti tista’ tiġi kkjarifikata minn konsulent legali jew uffiċċju ta’ pariri għaċ-ċittadini.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - Franza".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - Franza".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - Franza".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

F’xi każijiet, iridu jintużaw is-servizzi ta’ uffiċjal ġudizzjarju jekk il-proċedimenti jkunu jridu jitressqu permezz ta’ taħrika li tinħareġ lill-parti avversarja tal-parti li tressaq l-azzjoni. Din it-taħrika tista’ tinħareġ biss minn uffiċjal ġudizzjarju. Dan huwa l-każ fil-proċedimenti quddiem il-qrati reġjonali (tribunaux de grande instance), ħlief fil-proċedimenti fejn l-użu ta’ avukat mhuwiex obbligatorju. Għandu jiġi nnotat li għar-rikorsi għal miżuri interim (référés), huwa obbligatorju li l-azzjoni titressaq permezz ta’ taħrika. Fi kwistjonijiet ta’ divorzju, fejn l-użu ta’ avukat bi drittijiet ta’ udjenza huwa obbligatorju, l-azzjoni titressaq permezz ta’ talba.

Kawża titressaq quddiem imħallef ta’ qorti tal-minuri (juge des enfants) minn wieħed mill-ġenituri, mit-tutur jew mill-minuri nnifishom permezz ta’ talba ordinarja.

Sabiex kawża titressaq quddiem imħallef tal-eżekuzzjoni (juge de l'exécution), taħrika hija obbligatorja, ħlief f’kawżi li jikkonċernaw il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni rigward deċiżjonijiet relatati mad-deportazzjoni.

Quddiem qorti distrettwali (tribunal d’instance), taħrika mhijiex obbligatorja sabiex jitressqu azzjonijiet li jikkonċernaw valur ta’ mhux aktar minn EUR 4 000 jew għal mandat biex jitħallsu l-proċedimenti li jikkonċernaw djun kuntrattwali jew statutorji ta’ ammont speċifiku.

Quddiem qorti kummerċjali (tribunal de commerce), il-mandati biex jitħallsu l-proċedimenti li jistgħu jitressqu permezz ta’ talba weħidha jikkonċernaw djun li jirriżultaw minn ċekk bankarju (une traite), kambjala (une lettre de change), ċedola (un billet à ordre) jew assenjazzjoni ta’ nota ta’ debitu (un bordereau de cession). Fi kwistjonijiet oħrajn, l-azzjoni trid titressaq permezz ta’ taħrika.

Quddiem tribunal industrijali (conseil des prud'hommes), pretensjoni tista’ ssir permezz ta’ ittra rreġistrata jew direttament lill-iskrivan tal-uffiċċju tat-tribunal bil-miktub jew bil-fomm.

Il-kawżi jistgħu jitressqu quddiem tribunali tal-artijiet agrikoli (tribunal paritaire des baux ruraux) permezz ta’ ittra rreġistrata b’talba għal konferma tal-irċevuta indirizzata lill-uffiċċju tat-tribunal, ħlief għall-kawżi fejn tkun meħtieġa l-pubblikazzjoni tal-pretensjoni fir-reġistru tal-artijiet jew fejn l-att ta’ uffiċjal ġudizzjarju jkun obbligatorju.

Kawża tista’ titressaq biss quddiem tribunal tal-affarijiet soċjali (tribunal des affaires sociales) wara riferiment minn qabel lill-bord ta’ soluzzjoni bonarja (commission de recours amiable). Azzjoni titressaq permezz ta’ ittra jew dikjarazzjoni ppreżentata lill-uffiċċju tas-segretarju.

Il-partijiet jistgħu jiftħu kawża wkoll il-qorti permezz ta’ talba konġunta, azzjoni konġunta li fiha jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom lill-imħallef. Din it-talba tiġi ppreżentata lill-iskrivan tal-uffiċċju tal-qorti.

Bħala regola, quddiem qorti reġjonali, ir-rappreżentanza minn avukat hija obbligatorja, ħlief fi kwistjonijiet ta’ lokazzjonijiet kummerċjali, rikorsi għal miżuri interim, telf jew irtirar ta’ awtorità tal-ġenituri u dikjarazzjonijiet ta’ abbandun. Quddiem imħallef tal-affarijiet tal-familja (juge aux affaires familiales), ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja fi kwistjonijiet ta’ delega ta’ awtorità tal-ġenituri, proċedimenti ta’ wara d-divorzju, awtorità tal-ġenituri, l-iffissar ta’ kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż ta’ żwieġ u l-obbligi ta’ manteniment.

Quddiem qorti kummerċjali, qorti distrettwali, imħallef tal-eżekuzzjoni, imħallef ta’ qorti tal-minuri, tribunal tal-affarijiet soċjali, tribunal industrijali jew tribunal tal-artijiet agrikoli, ir-rappreżentanza minn avukat bi drittijiet ta’ udjenza mhijiex obbligatorja.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

It-talbiet kollha għall-informazzjoni għandhom isiru fl-uffiċċju tal-akkoljenza ta’ kull qorti. Barra minn hekk, konsultazzjonijiet legali mingħajr ħlas huma disponibbli fil-maġġoranza tal-qrati, iċ-ċentri tal-ġustizzja tal-komunità (maisons de justice et du droit) u l-muniċipji (mairies).

Sabiex tressaq pretensjoni legali, għandek tippreżenta t-talba mal-uffiċċju tal-qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-Franċiż huwa l-unika lingwa aċċettata. Interpretu jista’ jassisti lil parti matul is-seduti ta’ smigħ, iżda mħallef mhuwiex obbligat li juża wieħed jekk huwa jkun jaf il-lingwa li biha tkun qed titkellem il-parti.

Bħala regola, il-pretensjonijiet isiru bil-miktub. Madankollu, quddiem it-tribunali industrijali u fid-dikjarazzjonijiet lill-uffiċċju tal-qorti quddiem il-qrati distrettwali, jistgħu jsiru bil-fomm jew jiġu rreġistrati mill-iskrivan tal-qorti.

Il-kawżi jistgħu jitressqu quddiem it-tribunali industrijali b'riżultat tad-dehra volontarja tal-partijiet quddiem l-uffiċċju ta’ konċiljazzjoni.

Kif inhuma r-regolamenti bħalissa, mhuwiex possibbli li tressaq kawża quddiem qorti ċivili permezz ta’ fax jew ittra elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

L-unika proċedura li fiha hemm formola speċjali sabiex tinfetaħ kawża hija dikjarazzjoni lill-uffiċċju tal-qorti quddiem qorti distrettwali. Fi proċeduri oħrajn, l-atti jridu jinkludu informazzjoni dwar l-attur u l-konvenut u d-dokumenti kollha li jirrigwardaw is-suġġett tal-kawża, li jridu jiġu ppreżentati, skont il-kawża, lill-uffiċċju tal-qorti meta titressaq l-azzjoni jew lill-imħallef fil-ħin tas-seduta ta’ smigħ.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Bħala regola, ma hemmx imposti li jridu jitħallsu lill-Istat meta titressaq azzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-qrati kummerċjali, fejn ikun hemm imposti fissi tal-qorti.

Madankollu, minn mindu daħal fis-seħħ id-Digriet 2011-1202 tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar it-tariffi allokati għall-fond ta’ kumpens għall-avukati (avoués) fil-qrati tal-appell u l-kontribuzzjoni għal għajnuna legali, trid titħallas kontribuzzjoni ta’ EUR 35 meta tinfetaħ il-kawża. Din tista’ titħallas fl-uffiċċju tal-qorti permezz ta’ kard tal-bank.

F’kawżi ta’ appell, iridu jiżdiedu EUR 150, li jridu jitħallsu miż-żewġ partijiet u jiġu allokati għall-fond ta’ kumpens għall-avukati fil-qorti tal-appell (avoués), li l-professjoni tagħhom ġiet amalgamata ma’ dik tal-avukati bi drittijiet ta’ udjenza (avocats) mill-1 ta’ Jannar 2012. Minn hemm ’il quddiem, ma baqax obbligatorju li dawn jintużaw bħala intermedjarji.

L-ispejjeż jirrappreżentaw l-ispejjeż iġġenerati mit-tmexxija tal-proċedimenti. Dawn jinkludu l-għoti ta’ kumpens lix-xhieda, lill-esperti tal-pagamenti u lill-uffiċjali ġudizzjarji u l-avukati għall-ispejjeż li jġarrbu, flimkien mat-tariffi tagħhom. Xi spejjeż iridu jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti jew matulhom. Fi tmiem il-proċedimenti, bħala regola, l-ispejjeż jiġu imposti fuq il-parti telliefa mill-imħallef, sakemm dik il-parti ma tkunx qed tirċievi għajnuna legali.

It-tariffi tal-avukati huma soġġetti għal ftehim ta’ ħlas stabbilit mal-klijent tagħhom. L-avukati jistgħu jitolbu ħlas ta’ riżerva, li huwa ammont imħallas bil-quddiem jew matul il-kompitu bħala pagament akkont mill-klijent.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, jekk il-mezzi ta’ pretendent ta’ għajnuna legali ma jaqbżux limitu massimu ta’ eliġibbiltà li jiġi evalwat mill‑ġdid kull sena (EUR 929 fl-2012 għal għajnuna legali sħiħa u EUR 1 393 għal għajnuna legali parzjali). Il-limiti stabbiliti jistgħu jiġu emendati skont is-sitwazzjoni tal-familja tal-attur (Ara "Għajnuna legali – Franza")

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

L-azzjoni titressaq:

  • għall-proċedimenti li fihom taħrika hija obbligatorja, billi tiġi ppreżentata kopja tat-taħrika lill-uffiċċju tal-qorti;
  • għal proċedimenti oħrajn, billi l-pretensjoni tiġi ddepożitata jew irreġistrata mal-uffiċċju tal-qorti;

Il-pretendenti ma jirċievu ebda konferma tal-validità tal-azzjoni tagħhom.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-uffiċċju tal-qorti jista’ jipprovdi informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti u d-data tas-seduta ta’ smigħ li tkun ġiet stabbilita.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 19/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - il-Kroazja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-partijiet jistgħu jsolvu tilwima fil-qorti, iżda jeżistu wkoll metodi ta’ soluzzjoni tat-tilwim barra l-qorti. Fil-Kroazja, metodi bħal dawn jinkludu arbitraġġ, medjazzjoni u azzjonijiet fil-qorti f’sens usa’ mmirati sabiex jiksbu soluzzjoni bil-qorti.

Il-medjazzjoni f’tilwimiet li jirriżultaw minn tilwimiet ċivili, kummerċjali, dawk relatati max-xogħol u oħrajn rigward drittijiet li jistgħu jiġu eżerċitati liberament mill-partijiet hija rregolata mill-Att dwar il-Medjazzjoni (Zakon o mirenju) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 18/11). Medjazzjoni (mediare bil-Latin = medjazzjoni) tfisser kwalunkwe proċedura, irrispettivament mill-isem użat (mirenje, medijacija, posredovanje, koncilijacija) li fiha l-partijiet jagħmlu ħilithom sabiex isolvu t-tilwima tagħhom billi jaslu għal ftehim reċiproku, jiġifieri billi jilħqu ftehim aċċettabbli b’mod reċiproku li jkun konformi mal-ħtiġijiet u l-interessi tagħhom, bl-għajnuna ta’ parti terza newtrali – medjatur wieħed jew aktar (posrednik, medijator, koncilijator), li jgħinu lill-partijiet jilħqu ftehim, mingħajr is-setgħa li jimponu soluzzjoni vinkolanti. Il-medjazzjoni titmexxa b’mod maqbul mill-partijiet; il-proċedura hija kkaratterizzata min-natura mhux obbligatorja tagħha, mill-awtonomija tal-partijiet fil-proċedura, mill-fatt li hija volontarja u kunsenswali, informali u kunfidenzjali, u mill-ugwaljanza tal-partijiet fil-proċedimenti.

Min-naħa l-oħra, l-arbitraġġ (arbitraža jew izbrano suđenje) huwa proċess li jsir quddiem qorti tal-arbitraġġ, irrispettivament minn jekk ix-xogħol tiegħu jiġix ipprovdut minn persuna ġuridika jew mill-korp ta’ persuna ġuridika responsabbli mill-organizzazzjoni u t-tmexxija tax-xogħol tal-qrati tal-arbitraġġ. L-arbitraġġ huwa mod volontarju, rapidu, effiċjenti u mhux pubbliku ta’ kif jissolvew it-tilwimiet, fejn il-partijiet jistgħu jagħmlu l-arranġamenti fuq min se jaġixxi bħala mħallef f’każ li tinħoloq tilwima, il-post tal-arbitraġġ, il-liġi proċedurali u sostantiva applikabbli, il-lingwa/i li biha/bihom jitmexxa l-arbitraġġ u d-deċiżjoni ta’ qorti tal-arbitraġġ dwar il-fatti tal-każ għandha s-saħħa ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13 u 89/14; minn hawn ’il quddiem: ZPP) jistipula li qorti tista’ tipproponi lill-partijiet, fi kwalunkwe ħin matul proċeduri ta’ qorti ċivili, li jsolvu t-tilwima tagħhom permezz ta’ proċedura ta’ medjazzjoni, kemm jekk fil-qorti u kemm jekk barra minnha. Barra minn hekk, waqt is-seduta ta’ smigħ preliminari, il-qorti tipproponi li l-partijiet isolvu t-tilwima fi proċedura ta’ medjazzjoni, jiġifieri l-partijiet jiġu mgħarrfa dwar il-possibbiltà ta’ soluzzjoni bil-qorti.

F’ċerti każijiet (il-preżentata ta’ azzjoni kontra r-Repubblika tal-Kroazja), il-persuna li jkollha l-ħsieb li tippreżenta azzjoni bħal din hija obbligata, qabel tippreżentaha, li tikkuntattja lill-uffiċċju tal-avukat tal-Istat li għandu ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali għal rappreżentanza quddiem qorti fejn se tiġi ppreżentata azzjoni kontra r-Repubblika tal-Kroazja, u titlob li tinstab soluzzjoni bonarja tat-tilwima, ħlief f’każijiet fejn regolamenti speċifiċi jiddeterminaw data ta’ skadenza għall-preżentata ta’ rikors. It-talba għal soluzzjoni bonarja ta’ tilwima jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għal rikors standard fil-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-terminu għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jiddependi fuq it-tip u n-natura legali tal-azzjoni. Pereżempju, għall-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet relatati max-xogħol, hemm skadenza ta’ ħmistax-il jum sa meta l-impjegat irid jippreżenta rikors lill-qorti kompetenti sabiex jipproteġi d-dritt miksur, wara li jkun ippreżenta talba għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-impjegat lil min iħaddmu, ħlief fil-każ ta’ pretensjoni għad-danni jew pretensjoni monetarja oħra li tinħoloq mir-relazzjonijiet tax-xogħol.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Iva. Fil-Kroazja, fi proċeduri ċivili, il-qrati jiddeċiedu fil-limiti tal-ġuriżdizzjoni ratione materiae tagħhom, kif definita mil-liġi, u l-awtorità ġudizzjarja tiġi eżerċitata minn qrati ordinarji u speċjalizzati u mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-qrati ordinarji huma l-qrati muniċipali u l-qrati tal-pajjiż. Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi), il-qrati amministrattivi (upravni sudovi), il-qrati kriminali (prekršajni sudovi), il-Qorti Amministrattiva Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske) u l-Qorti Superjuri tal-Maġistrati tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske).

L-ogħla qorti tal-Kroazja hija l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske).

Il-liġi tista’ tistabbilixxi qrati ordinarji u speċjalizzati oħrajn skont il-ġuriżdizzjoni ratione materiae tagħhom jew skont ċerti oqsma legali.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regola ġenerali tgħid li l-qorti kompetenti hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali għall-konvenut, jiġifieri l-qorti li tkopri ż-żona fejn il-konvenut ikollu r-residenza permanenti tiegħu. Jekk il-konvenut ma jkollu ebda residenza permanenti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali hija dik li tkopri ż-żona fejn il-konvenut ikollu r-residenza temporanja tiegħu.

Jekk il-konvenut, minbarra residenza permanenti, ikollu wkoll residenza temporanja fi kwalunkwe post ieħor, u minħabba ċ-ċirkostanzi jkun jista’ jiġi dedott li huwa se jirrisjedi hemmhekk għal perjodu ta’ żmien itwal, il-qorti fil-post tar-residenza temporanja jkollha ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali.

Għall-proċessi f’tilwimiet kontra ċittadin Kroat residenti b’mod permanenti barra l-pajjiż, fejn huwa ġie assenjat sabiex jaħdem għal awtorità nazzjonali jew entità ġuridika, il-ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali hija tal-qorti li tkopri l-aħħar residenza permanenti magħrufa tiegħu fir-Repubblika tal-Kroazja.

F’tilwimiet b’elementi internazzjonali, qorti fir-Repubblika tal-Kroazja hija kompetenti għall-proċess meta dan ikun definit espliċitament mil-liġi jew minn trattat internazzjonali. Jekk il-liġi jew it-trattat internazzjonali ma jiddikjarawx espliċitament li qorti Kroata hija kompetenti għal tip speċifiku ta’ tilwima, mela qorti Kroata hija kompetenti għal proċess meta dan jirriżulta mid-dispożizzjonijiet legali rigward il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati fil-Kroazja.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Dak imsemmi hawn fuq jiddependi fuq it-tip ta’ tilwima u d-dispożizzjonijiet taz-ZPP li jirregolaw materji ta’ ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali.

Il-valur ta’ suġġett ta’ tilwima mhuwiex kriterju distint li jaffettwa l-ġuriżdizzjoni ratione materiae u territorjali tal-qrati fil-Kroazja.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Skont l-organizzazzjoni attwali tal-proċess ta’ litigazzjoni kif stabbilit miz-ZPP, kwalunkwe parti – persuna ġuridika jew fiżika – tista’ tagħżel liberament jekk tridx tirrappreżenta lilha nnifisha fil-proċedimenti, jew inkella tużax intermedjarju, ġeneralment avukat, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor miz-ZPP.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91 (ZPP) jillimitaw b’mod sinifikanti d-dritt tal-partijiet li jirrappreżentaw lilhom infushom: jekk, f’tilwimiet li jinvolvu pretensjonijiet tal-proprjetà, l-ammont fit-tilwima jkun ta’ aktar minn HRK 50 000, l-aġenti għall-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu biss persuni li jkunu għaddew mill-eżami tal-avukatura.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 91 taz-ZPP jistipulaw li l-partijiet jippreżentaw rikors għal rieżami permezz tar-rappreżentant tagħhom, jiġifieri avukat, jew, b’mod eċċezzjonali, huma jistgħu jirrappreżentaw lilhom infushom, jekk ikunu għaddew minn eżami tal-avukatura jew jekk it-talba għal rieżami tkun tista’ ssir f’isimhom minn persuna li tkun awtorizzata f’konformità maz-ZPP jew ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra sabiex tirrappreżentahom f’din il-kapaċità, minkejja li ma tkunx avukat, iżda tkun għaddiet mill-eżami tal-avukatura.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-proċeduri ta’ qorti ċivili jinbdew permezz tal-preżentata ta’ azzjoni quddiem qorti kompetenti, direttament fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti, bil-posta jew b’mod elettroniku.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-proċeduri ta’ qorti ċivili jitmexxew bil-lingwa Kroata u bl-użu tal-alafabett Latin, sakemm ma jkunx ġie introdott l-użu ta’ lingwa jew alfabetti ieħor fi qrati individwali.

Il-partijiet u parteċipanti oħrajn fil-proċedimenti jippreżentaw l-azzjonijiet, id-denunzji u sottomissjonijiet oħrajn tagħhom lill-qorti bil-lingwa Kroata u bl-alfabett Latin.

Azzjoni tista’ tiġi ppreżentata direttament fl-uffiċċju tar-reġistru tal-qorti, bil-posta jew b’mod elettroniku (telegrafski), għalkemm huwa l-aktar komuni li hija tiġi ppreżentata direttament fl-uffiċċju tar-reġistru jew bil-posta.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jipprevedi l-possibbiltà li d-dokumenti għat-tilwimiet jiġu ppreżentati b’mod elettroniku quddiem il-qrati kummerċjali. Id-dokumenti ppreżentati b’mod elettroniku jridu jiġu ffirmati bl-użu ta’ firem elettroniċi avvanzati f’konformità ma’ regolamenti speċjali. Minħabba li għadha trid tiġi implimentata sistema tal-IT unifikata, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom mhumiex applikati fil-prattika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Il-formoli jintużaw biss għall-proċeduri għal talbiet żgħar Ewropej. Aktar dettalji dwar dan huma disponibbli fil-fuljett intitolat “Talbiet Żgħar – Ir-Repubblika tal-Kroazja”.

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili jistipula x’għandu jinkludi r-rikors, kif ġej: pretensjoni speċifika rigward il-merti u l-pretensjonijiet inċidentali, il-fatti li l-attur jibbaża l-pretensjoni fuqhom, l-evidenza li tappoġġa dawn il-fatti u informazzjoni oħra li trid tiġi mehmuża ma’ kull sottomissjoni (l-Artikolu 106 taz-ZPP).

Kull sottomissjoni, inklużi r-rikorsi, trid tinkludi dawn li ġejjin: l-isem tal-qorti, l-isem, il-mestier u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, tar-rappreżentanti legali u tal-aġenti tagħhom, jekk ikun hemm, in-numru tal-identifikazzjoni personali tal-parti tal-preżentazzjoni, is-suġġett tat-tilwima u l-firma tad-dikjarazzjoni tal-parti tal-preżentazzjoni.

Il-parti jew ir-rappreżentant tagħha jiffirmaw l-ismijiet tagħhom fl-aħħar tas-sottomissjoni.

Jekk id-dikjarazzjoni jkun fiha pretensjoni, il-parti trid tiddikjara fis-sottomissjoni l-fatti li fuqhom tibbaża l-pretensjoni tagħha u l-evidenza, meta meħtieġ.

Il-qorti tipproċedi fuq it-talba anki jekk l-attur ma jkunx iddikjara r-raġunijiet legali għat-talba; anki jekk l-attur ikun iddikjara r-raġunijiet legali, il-qorti ma tkunx marbuta b’dan.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Il-partijiet iridu jħallsu t-tariffi tal-qorti rregolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 74/95, 57/96, 137/02, 125/11, 112/12, 157/13, 110/15; minn hawn ’il quddiem: ZSP).

It-tariffi tal-qorti preskritti miz-ZSP japplikaw għall-persuni li fuq talba tagħhom jew li fl-interess tagħhom jitwettqu ċerti azzjonijiet preskritti mil-liġi.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor miz-ZSP, hemm tariffi tal-qorti:

• għal sottomissjonijiet (rikorsi, rimedji legali, rikorsi għall-eżekuzzjoni, eċċ.): fil-mument tal-preżentazzjoni; u għal sottomissjonijiet imdaħħlin fir-reġistru - meta r-reġistru jkun komplet,

• għal sottomissjonijiet fid-difiża: wara t-terminazzjoni finali tal-proċedimenti għal kull parti, b’mod proporzjonali għas-suċċess tagħhom fil-kawża,

• għal traskrizzjonijiet tal-qorti: meta jintalbu,

• għal deċiżjonijiet ġudizzjarji: meta l-parti jew ir-rappreżentant tagħha jiġu nnotifikati b’kopja tad-deċiżjoni,

• għal ċertifikati ta’ suċċessjoni: meta jsiru finali,

• fi proċedimenti ta’ soluzzjoni sfurzata, falliment u likwidazzjoni: mal-ħruġ ta’ deċiżjoni dwar id-diviżjoni ewlenija jew mal-ħruġ ta’ deċiżjoni li tapprova soluzzjoni sfurzata,

• għal azzjonijiet oħrajn: meta jintalbu jew meta tiġi invokata l-qorti.

Ir-regola ġenerali għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ litigazzjoni hija li l-parti li titlef il-kawża fl-intier tagħha trid tkopri l-ispejjeż tal-parti opposta u tal-intervenjent tagħha.

L-ispejjeż tar-rappreżentanza minn avukati u r-rimunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż tal-avukati huma rregolati mill-Att dwar il-Professjoni Legali (Zakon o odvjetništvu) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 9/94, 117/08 traduzzjoni, 50/09, 75/09 u 18/11; minn hawn ’il quddiem ZO).

Avukat huwa intitolat li jitħallas għas-servizzi legali li jipprovdi u għar-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż imġarrba b’konnessjoni max-xogħol imwettaq, skont it-tariffa stabbilita mill-Assoċjazzjoni tal-Avukatura u approvata mill-ministru għall-ġustizzja, u l-avukati joħorġu fattura lill-klijent malli jitwettaq is-servizz. Fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew tħassir tal-prokura, l-avukat joħroġ fattura fi żmien 30 jum minn dakinhar li tiġi kkanċellata jew titħassar il-prokura.

F’materji li jikkonċernaw il-liġi tal-proprjetà, l-avukati jistgħu jagħmlu l-arranġamenti sabiex jiksbu rimunerazzjoni għax-xogħol tagħhom mal-parti tagħhom b’mod proporzjonali għas-suċċess tagħhom fil-proċedimenti, jiġifieri fl-azzjonijiet legali li jwettqu f’isem il-parti, f’konformità mat-tariffa uffiċjali. Kuntratt bħal dan huwa validu biss jekk ikun ġie konkluż bil-miktub.

Għalhekk, f’materji li jikkonċernaw il-liġi tal-proprjetà, il-partijiet jistgħu jirregolaw ir-relazzjoni tagħhom mal-avukat tagħhom f’kuntratt bil-miktub.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Jekk parti tkun teħtieġ għajnuna legali professjonali, hija tista’ tirrikorri għal avukati sabiex jagħtuha pariri legali, li, f’konformità mal-Artikolu 3 taz-ZO, huma awtorizzati fil-Kroazja sabiex jipprovdu kull forma ta’ għajnuna legali, speċjalment f’termini tal-għoti ta’ pariri legali, it-tħejjija ta’ azzjonijiet, denunzji, mozzjonijiet, talbiet, rikorsi, rimedji legali straordinarji u trattazzjonijiet oħrajn, kif ukoll sabiex jirrappreżentaw lill-partijiet.

Barra minn hekk, il-partijiet għandhom il-possibbiltà li jagħmlu użu minn għajnuna legali mingħajr ħlas. Dan ifisser li l-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 143/2013) jipprevedi l-possibbiltà li tingħata għajnuna legali mingħajr ħlas liċ-ċittadini li ma jkunux jistgħu jiksbu għajnuna legali huma stess, iżda li jkollhom bżonnha. Għalhekk, sabiex tingħata d-dritt għal għajnuna legali mingħajr ħlas, jeħtieġ li l-parti tikkuntattja lill-uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-Istat kompetenti f’pajjiżha u li tippreżenta talba sabiex tingħata għajnuna legali mingħajr ħlas.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Proċedura ċivili tinbeda billi tiġi ppreżentata azzjoni u titressaq billi l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-konvenut.

Wara li tiġi ppreżentata azzjoni, isiru t-tħejjijiet għall-proċess.

Dawn it-tħejjijiet jinkludu, fost l-oħrajn, eżami preliminari tal-azzjoni u, jekk l-azzjoni ma tkunx komprensibbli jew jekk ma jkunx fiha dak kollu meħtieġ sabiex tittieħed azzjoni fuqha, il-qorti tordna lill-parti tal-preżentazzjoni sabiex tikkoreġi l-preżentata, jiġifieri temendaha f’konformità mal-istruzzjonijiet ipprovduti u tirritornaha għall-fini ta’ korrezzjoni jew emenda.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet, l-avukati u r-rappreżentanti tagħhom jiġu infurmati bil-progress tal-kawża mill-uffiċjal tal-uffiċċju tal-iskrivan fuq il-bażi tal-informazzjoni fir-reġistru u l-fajl.

L-informazzjoni tkun limitata għad-data rigward l-istadju tal-proċedimenti u l-imħallfin uniċi, il-presidenti tal-awla, il-membri tal-kunsill u s-segretarji legali li jkunu qegħdin jisimgħu l-kawża.

Meta tiġi pprovduta l-informazzjoni, huwa pprojbit li jsiru dikjarazzjonijiet dwar il-korrettezza ta’ azzjonijiet individwali fil-qorti, kif ukoll dwar l-eżitu probabbli tal-proċedimenti.

L-informazzjoni tista’ tingħata bit-telefon, bil-posta elettronika u bil-miktub.

Il-partijiet jistgħu, permezz tal-internet, jiksbu aċċess għal informazzjoni rigward il-progress tal-proċedimenti u l-imħallfin uniċi, il-presidenti tal-awla, il-membri tal-kunsill u s-segretarji legali li jkunu qegħdin jisimgħu l-kawża, jekk ikun qed jintuża s-servizz ta’ Aċċess Pubbliku għal Informazzjoni Bażika dwar il-Kawżi / Kawżi elettroniċi tal-Qorti (Javni pristup osnovnim podacima o sudskim predmetima - usluga e-Predmet) għall-kawża inkwistjoni.

L-iskadenzi sabiex il-partijiet jidhru quddiem il-qorti u passi oħrajn meħuda mill-partijiet jew mill-qorti huma preskritti miz-ZPP.

Aktar informazzjoni dwar l-iskadenzi u t-tipi ta’ skadenzi hija disponibbli fil-pakkett ta’ informazzjoni intitolat “Termini proċedurali – Ir-Repubblika tal-Kroazja”.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Italja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-liġi Taljana tiggarantixxi l-aċċess għall-qrati bħala miżura ġenerali tal-ħarsien tad-drittijiet.

Madankollu, min irid jibda kawża dwar blokk ta' appartamenti, id-drittijiet reali, id-diviżjoni, is-suċċessjoni, il-ftehimiet familjali, il-lokazzjoni, il-kuntratti tal-komodat, il-lokazzjoni kummerċjali, il-kumpens għad-danni kkawżati mir-responsabbiltà medika u s-servizzi tas-saħħa u l-libell permezz ta' mezzi tal-istampa jew b'mezzi oħra ta' riklamar, kuntratti tal-assigurazzjoni, bankarji u finanzjarji, għandu, bl-għajnuna ta' avukat, l-ewwel nett jipprova l-proċess ta' medjazzjoni, li hija kundizzjoni għall-ammissibiltà tal-kawża nnifisha.

Alternattiva oħra hija l-arbitraġġ, fejn min jiddeċiedi t-tilwima hija persuna privata maħtura mill-partijiet: f'dan il-każ jinħtieġ il-kunsens taż-żewġ partijiet biex tintagħżel il-proċedura tal-arbitraġġ minflok kawża l-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Trid tiġi osservata l-preskrizzjoni stabbilita mil-liġi. Il-preskrizzjoni ordinarja hija dik ta' 10 snin, madankollu hemm numru ta' preskrizzjonijiet iqsar skont il-każ (l-Artikoli 2934 – 2961 tal-Kodiċi Ċivili).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Sabiex tingħata sentenza li taqta' u tiddeċiedi t-tilwima li jkollha s-saħħa ta' sentenza definittiva trid tmur quddiem awtorità ġudizzjarja. L-għażla tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti tiddependi mit-tip ta' tilwima u tvarja skont il-kriterji ta' kompetenza indikati mid-dritt nazzjonali u mid-dritt tal-Unjoni Ewropea

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regola ġenerali hija li wieħed għandu jidher quddiem il-qorti tal-post fejn huwa residenti l-konvenut (ġuriżdizzjoni territorjali: il-post fiżiku tal-persuni naturali). Skont l-ammont tal-pretensjoni (ġuriżdizzjoni skont il-valur) jiġifieri n-natura partikolari tas-suġġett (ġuriżdizzjoni skont is-suġġett) wieħed għandu jidher quddiem ġudikant speċifiku (kummissarju tal-Ġustizzja jew tribunal b'imħallef uniku jew iffurmat minn kulleġġ) jiġifieri f'post differenti mill-post ġenerali tal-persuni naturali (ġuriżdizzjoni skont it-territorju mhux derogabbli).

Ara t-tabella "quddiem liema mħallef nista' nippreżenta l-kawża tiegħi - jurisdiction of the court".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għal kawżi dwar beni mobbli b'valur li ma jaqbiżx il-EUR 5 000, il-ġuriżdizzjoni hija tal-Kummissarju tal-Ġustizzja. Dan tal-aħħar għandu kompetenza sa EUR 20 000 jekk il-kawża tkun dwar kumpens għal danni kkawżati miċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi jew bastimenti. Għall-kawżi l-oħra b'valur superjuri huwa kompetenti t-Tribunal b'imħallef uniku. Hemm imbagħad ukoll suġġetti, ikun xi jkun il-valur tagħhom, assenjati lill-Kummissarju tal-Ġustizzja (l-Artikolu 7, 3 , tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ), lit-tribunal b'imħallef uniku (l-Artikolu409 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jew lit-Tribunal iffurmat minn kulleġġ (l-Artikolu 50-bis tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ara t-tabella "quddiem liema mħallef nista' nippreżenta l-kawża tiegħi - jurisdiction of the court".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-regola ġenerali trid li l-parti tkun megħjuna minn avukat (obbligu tad-difiża teknika). Hemm eċċezzjonijiet għal kawżi b'valur ekonomiku minimu (quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja sa massimu ta' EUR 1 000) u sitwazzjonijiet fejn il-parti għandha l-kwalità neċessarja biex taġixxi bħala difensur bi prokura quddiem l-imħallef presjedenti (l-Artikolu 86 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors jiġi indirizzat lill-parti l-oħra u ppreżentat fir-reġistru tal-Uffiċjal Ġudizzjarju kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat oralment biss f'kawżi quddiem il-Kummissjarju tal-Ġustizzja (l-Artikolu 316 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili); fil-każijiet l-oħra jrid isir bil-miktub u bil-lingwa Taljana. Mhix ammissibbli l-preżentata ta' rikors bil-faks jew bil-posta elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma jeżistux mudelli jew formoli, ir-rikors irid ikun fih id-dettalji tal-partijiet, tal-imħallef, tal-oġġett u tat-titolu.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Trid titħallas somma lill-Istat, skont il-valur tat-tilwima dakinhar tal-preżentata tar-rikors (kontribut unifikat previst mit-Test Uniku tal-Ispejjeż Ġudizzjarji, DPR 115 / 2002).

Il-metodi u l-perjodi tal-ħlas tal-avukat jiddependu mill-ftehim milħuq mill-avukat u l-klijent tiegħu.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kulħadd, ċittadini u mhux, jista' jibbenefika mill-assistenza legali mħallsa mill-Istat jekk ikollu r-rekwiżiti tal-qligħ stabbiliti mil-liġi (Test Uniku tal-Ispejjeż Ġudizzjarji DPR  115 / 2002).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Ir-rikors jitiqies ippreżentat

  • meta jiġi nnotifikat lill-parti l-oħra f'każ ta' ċitazzjoni,
  • meta jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti f'każ ta' rikors.

Il-verifika tal-ammissibbiltà ssir waqt il-kawża kontenzjuża bejn il-partijiet, u mhux qabel.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi t-termini għad-dehra u l-azzjonijiet li jistgħu jieħdu l-partijiet u l-ġudikant. L-imħallef uniku, imbagħad, iwettaqhom permezz tal-kalendarju tal-proċess (l-Artikolu 81-bis d.att. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)

Ħoloq relatati

bringing a case to court articles codice procedura civilePDF(84 Kb)it

L-aħħar aġġornament: 21/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Ċipru

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Hemm alternattivi, fosthom soluzzjoni ekstraġudizzjarja għat-tilwima, arbitraġġ jew il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni stipulat fl-Att dwar Ċerti Aspetti tal-Medjazzjoni f'Materji Ċivili 159(I)/2012.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Iva hemm. Skont l-Att dwar il-Limiti 66(Ι)/2012, l-ebda kawża ma tista' titressaq il-qorti jekk ikunu għaddew 10 snin mid-data tat-tmiem tal-bażi għar-rikors, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-liġi, bħal fil-każijiet li ġejjin:

Jekk rikors ikun jikkonċerna delitti ċivili, kuntratti, kambjali, ċekkijiet, ċedoli, eċċ., l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' sitt snin mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors.

Jekk rikors ikun jikkonċerna kumpens għal negliġenza, fastidju jew ksur ta' dmir istituzzjonali, l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' tliet snin mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors. Jekk il-limitu taż-żmien ikun jista' jiġi estiż mill-qorti fi żmien sentejn mid-data ta' skadenza, jekk rikors ikun jikkonċerna kumpens għal ħsara fuq il-persuna u/jew mewt ikkaġunat minn delitt ċivili.

Il-limitu ta' żmien biex tinfetaħ kawża relatata ma' proprjetà ta' persuna deċeduta, irrispettivament mis-sehem f'dik il-proprjetà, mil-legat u mill-validità tat-testment jiskadi tmien snin mid-data tal-mewt.

Il-limitu ta' żmien biex tinfetaħ kawża li tikkonċerna ipoteka jew rahan jiskadi wara li jgħaddi perjodu ta' 12-il sena mid-data tat-tmiem tal-bażi tar-rikors.

Jekk rikors ikun jikkonċerna sentenza tal-qorti , l-ebda kawża ma tista' titressaq wara li jgħaddi perjodu ta' 15-il sena mid-data tal-għoti tas-sentenza finali.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Jekk il-bażi tal-kawża jew id-dritt eżegwibbli jkun ġara fir-Repubblika ta' Ċipru jew f'territorju li huwa meqjus bħala t-territorju tar-Repubblika ta' Ċipru jew jekk il-bażi tal-kawża hija tali li tagħti l-ġuriżdizzjoni lir-Repubblika ta' Ċipru, ikollok tmur f'qorti tar-Repubblika ta' Ċipru.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

F'każ ta' tilwima ċivili, ikollok tmur fil-qorti distrettwali tad-distrett fejn:

  • tkun qamet kompletament jew parzjalment il-bażi tal-kawża;
  • l-intimat, jew kwalunkwe wieħed mill-intimati, ikunu għexu jew ħadmu fil-mument li tressaq ir-rikors;
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-partijiet kollha fil-kawża jkunu ċittadini Ċiprijotti u l-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona tal-Bażi Sovrana jew l-intimat (jew kwalunkwe wieħed mill-intimati) ikunu jgħixu jew jaħdmu hemmhekk;
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona ta' Bażi Sovrana minħabba l-użu ta' vettura bil-mutur minn persuna li kienet jew kellha tkun assikurata skont l-Artikolu 3 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • tinsab iż-Żona ta' Bażi Sovrana, sakemm il-bażi tal-kawża tkun qamet kompletament jew parzjalment fiż-Żona ta' Bażi Sovrana minħabba inċident jew marda okkupazzjonali ta' impjegat li seħħ matul l-impjieg tiegħu fir-rigward tar-responsabilità tal-impjegatur li kien jew kellu jkun assikurat skont l-Artikolu 4 tal-Att dwar il-Vetturi bil-Mutur (Assikurazzjoni ta' Terzi);
  • tinsab il-proprjetà, li tkun l-oġġett ta' kawża relatata mad-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew kwalunkwe materja oħra li tikkonċerna dik il-proprjetà immobbli.

Jekk it-tilwima tikkonċerna tilwima industrijali li tinvolvi talba għal kumpens li tkun ugwali għas-salarji ta' sa sentejn, ikollok tmur fit-tribunal tat-tilwim industrijali tad-distrett fejn tkun qamet it-tilwima jew, fin-nuqqas ta' dan, f'dak fejn ir-rikorrent għandu d-domiċilju abitwali jew il-post ta' residenza permanenti tiegħu. Inkella, ikollok tmur fil-qorti distrettwali kompetenti.

Fil-każ ta' tilwima li tikkonċerna proprjetà mikrija, it-tribunal tal-kontroll tal-kera stabbilit mid-distrett fejn tinsab il-proprjetà jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Fil-każ ta' tilwim familjari (eż. divorzju, tilwim fuq proprjetà, eċċ.), ikollok tmur fil-qorti tal-familja, u b'mod partikolari fil-qorti tal-familja tad-distrett fejn tgħix jew taħdem kwalunkwe waħda mill-partijiet fil-kawża, jew fil-każ ta' tilwim li jikkonċerna minuri, mal-qorti tal-familja tad-distrett fejn ikun jgħix il-minuri jew l-intimat.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-mistoqsija numru 4 hawn fuq.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Tista' tiftaħ kawża waħdek. Il-liġi ma titlobx li persuna tkun rappreżentata minn avukat jew intermedjarju ieħor (ħlief fil-każ ta' minuri jew persuni inkompetenti, kif definit fil-leġiżlazzjoni rilevanti).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Id-dokumenti ġudizzjarji meħtieġa biex tinfetaħ il-kawża (ċitazzjoni, rikors, eċċ.) għandhom jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors għandu jsir dejjem bil-miktub u bil-Grieg. Kull rikors (jew dokumenti ġudizzjarji oħrajn) mibgħuta b'posta elettronika jew b'faks ma jiġux milqugħa.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Iċ-ċitazzjoni biex tinfetaħ kawża għandha ssir skont il-Formola 1 tar-Regoli ta' Proċedura Ċivili fil-każ ta' ċitazzjoni b'approvazzjoni ġenerali, jew skont il-Formola 2 fil-każ ta' ċitazzjoni b'approvazzjoni speċifika.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, ikollok tħallas dritt tat-taxxa tal-bolla. Id-dritt jitħallas mar-reġistrazzjoni tad-dokument li jrid jitħallas dritt għalih.

Jekk l-avukat jitħallasx bil-quddiem jew le jiddependi mill-ftehim li jkollok mal-avukat tiegħek.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, meta l-proċedimenti ġuridiċi jitressqu quddiem il-qorti tal-familja jew fil-każ ta' proċedimenti li jikkonċernaw tilwim transfruntieri, jew persuni li jfittxu l-ażil, refuġjati jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajjiż illegalment, sakemm tintlaqa' t-talba għal għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Mill-mument tar-reġistrazzjoni tal-kawża. Fil-każ ta' reġistrazzjoni invalida jew tardiva jew kull problema oħra assoċjata mar-reġistrazzjoni tal-kawża, inti tirċievi risposta mingħand id-dipartiment tar-reġistrazzjoni kompetenti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Informazzjoni dwar skedi u attendenzi l-qorti tkun ipprovduta iktar 'il quddiem.

L-aħħar aġġornament: 12/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Latvja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Fil-Latvja, persuna tista' tmur il-qorti jew, jekk il-partijiet ikunu laħqu ftehim u kkonkludew ftehim ta' arbitraġġ, tmur quddiem bord tal-arbitraġġ (ħlief għal ċertu tilwim li ma jistax imur għall-arbitraġġ).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni għall-ftuħ ta' kawża l-qorti tvarja skont il-każ partikolari. Jekk għandek xi mistoqsija dwar il-preskrizzjoni, ħu parir mingħand avukat jew aġenzija tal-informazzjoni pubblika.

Hemm diversi limiti taż-żmien ġenerali previsti fil-Liġi Ċivili. Dawn jistgħu jiġu affettwati mis-suġġett u miċ-ċirkostanzi tat-talba, u jridu jiġu determinati każ b'każ, u jiġu meqjusa dawn li ġejjin:

Il-Liġi tal-Familja

Il-kawżi ġejjin minn wegħda taż-żwieġ jridu jitressqu fi żmien sena li jiġi kkalkulat mid-data meta titħassar l-għerusija jew minn meta waħda mill-partijiet tmur lura minn kelmitha, jew fejn l-għarusa tkun tqila, mid-data meta jitwieled il-wild, jekk f'dak il-perjodu l-għerusija tkun diġà tħassret jew il-parti ma tkunx żammet kelmitha.

Il-kawżi ġejjin mir-relazzjonijiet ta' proprjetà bejn il-konjuġi jridu jitressqu fi żmien sena mit-tranżazzjoni konkluża mill-konjuġi l-ieħor.

Ir-raġel ta' omm it-tifel jista' jikkontesta l-preżunzjoni ta' paternità fi żmien sentejn mill-ġurnata li fiha jiskopri li t-tifel mhux tiegħu. Omm it-tifel għandha l-istess dritt biex tikkontesta preżunzjoni ta' paternità. It-tifel innifsu jista' jikkontesta preżunzjoni ta' paternità fi żmien sentejn wara li jilħaq l-età adulta.

Il-kawżi ġejjin mir-rikonoxximent tal-paternità jridu jitressqu fi żmien sentejn minn meta l-parti ssir taf biċ-ċirkostanzi li jeskludu l-paternità, jew minn meta t-tifel jilħaq l-età adulta jekk it-talba ssir mit-tifel innifsu;

Il-kawżi ġejjin mir-relazzjonijiet bejn tutur u minuri jridu jitressqu fi żmien sena minn meta l-minuri jilħaq l-età adulta jew iseħħ waħda miċ-ċirkostanzi l-oħra stabbiliti mil-liġi.

Il-Liġi dwar il-Proprjetà

Il-kawżi dwar tfikxil fil-pussess jew l-ispoll iridu jitressqu fi żmien sena minn meta l-parti ssir taf bit-tifxkil jew l-ispoll.

Il-kawżi kontra persuna li għandha l-pussess ta' proprjetà u li tista' takkwistaha bil-preskrizzjoni jridu jitressqu fi żmien 10 snin minn meta l-parti l-oħra tinduna bil-pussess.

Il-kawżi mressqa minn sid ġdid minħabba żidiet li seħħew minħabba proċess naturali jridu jitressqu fi żmien sentejn.

Il-Liġi tal-obbligazzjonijiet

Id-drittijiet skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet huma preskritti jekk il-persuna b'dawn id-drittjiet ma teżerċitahomx fiż-żmien stabbilit mil-liġi.

Kawżi ġejjin minn drittjiet skont il-liġi tal-obbligazzjonijiet li għalihom il-liġi ma tispeċifikax terminu iqsar iridu jitressqu fi żmien 10 snin; dawn it-tipi ta' drittijiet li għalihom il-liġi ma tispeċifikax terminu iqsar huma preskritti jekk il-persuna li tgawdi minn dawn id-drittijiet ma teżerċitahomx fi żmien 10 snin, ħlief għal xi drittijiet li ma jistgħux ikunu preskritti.

Id-dritt għall-annullament ta' kuntratt ta' bejgħ minħabba telf eċċessiv huwa preskritt jekk it-talba ma ssirx fi żmien sena mill-konklużjoni tal-kuntratt.

Il-kawżi dwar it-telf minħabba trasferiment, ċaħda jew ċediment iridu jitressqu fi żmien sena.

Il-kawżi kummerċjali

Il-kawżi ġejjin minn tranżazzjoni kummerċjali jridu jitressqu fi żmien tliet snin, sakemm ma jkunx hemm preskrizzjoni oħra prevista mil-liġi.

Il-kawżi LI ġejjin minn kuntratt ta' aġenzija kummerċjali jridu jitressqu fi żmien erba' snin mit-tmiem tas-sena bil-kalendarju li fiha qamet it-talba.

Il-kawżi kontra negozjant individwali minħabba l-mod kif qed imexxi n-negozju tiegħu jridu jitressqu fi żmien tliet snin wara t-tneħħija tiegħu mir-reġistru tal-kummerċ, sakemm it-talba ma tkunx soġġetta għal preskrizzjoni iqsar.

Il-kawżi li ġejjin minn projbizzjoni imposta fuq membru ta' sħubija li ma tħallihx jikkonkludi tranżazzjonijiet fl-istess tip ta' negozju tas-sħubija, jew milli jkun membru b'responsabbiltà sħiħa fi sħubija oħra li tmexxi l-istess tip ta' negozju mingħajr il-kunsens tal-bqija tal-membri, iridu jitressqu fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-membri l-oħra tas-sħubija jsiru jafu bil-ksur tal-projbizzjoni dwar il-kompetizzjoni, iżda mhux aktar tard minn ħames xhur minn meta jseħħ il-ksur.

Il-kawżi kontra membru ta' sħubija rigward l-obbligi tas-sħubija jridu jitressu fi żmien tliet snin minn meta t-terminazzjoni tas-sħubija tiddaħħal fir-reġistru, sakemm it-talba kontra s-sħubija mhix soġġetta għal preskrizzjoni iqsar.

Il-kawżi kontra l-fundaturi ta' kumpanija rigward l-obbligi li daħlet għalihom il-kumpanija qabel it-twaqqif tagħha jridu jitressqu fi żmien tliet snin minn meta l-kumpanija tniżżlet fir-reġistru tal-kummerċ.

Il-kawżi kontra l-fundaturi rigward telf speċifiku li tkun ġarrbet il-kumpanija u terzi li seħħ matul l-operat tal-kumpanija jridu jitressqu fi żmien ħamest ijiem minn meta l-kumpanija tniżżlet fir-reġistru tal-kummerċ. Din il-preskrizzjoni tapplika wkoll għall-persuni li jkunu għenu biex sar dan it-telf.

Il-kawżi li ġejjin minn drittijiet kontra l-kumpanija ta' kreditur li ma jistax jottjeni l-ħlas tat-talba tiegħu mill-kumpanija u jdur għall-persuni responsabbli skont il-liġi (il-fundaturi, terzi, eċċ) jridu jitressqu fi żmien ħames snin minn meta tkun saret it-talba.

Il-kawżi li ġejjin minn ksur ta' projbizzjoni tal-kompetizzjoni imposta fuq il-membri tal-bord ta' kumpanija jridu jitressqu fi żmien ħames snin mid-data tal-ksur.

Il-kawżi li ġejjin mit-telf ikkawżat lill-kumpanija, il-membri tagħha jew lill-kredituri tagħha matul ir-riorganizzazzjoni tagħha jridu jitressqu fi żmien ħames snin mid-data minn meta ssir effettiva r-riorganizzazzjoni.

Il-kawżi kontra speditur jridu jitressqu fi żmien tliet snin.

Il-kawżi kontra speditur rigward il-merkanzija, sakemm l-ispeditur ma kellux aġir in mala fede jew ippermetta negliġenza gravi, u l-kawżi kontra persuna li tieħu ħsieb il-maħżen, sakemm ma kellhiex aġir in mala fede jew ippermettiet negliġenza gravi, iridu jitressqu fi żmien sena.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati - il-Latvja".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-iskeda informattiva dwar "Il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati - il-Latvja".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat mir-rikorrent innifsu jew minn persuna awtorizzata. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi mehmuża mar-rikors. Mhemmx bżonn ta' avukat jew ta' konsulent legali ieħor.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti tal-ewwel istanza li għandha ġurisdizzjoni.

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat fir-reġistru (kanceleja) tal-qorti mir-rikorrent jew minn persuna awtorizzata. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta, u għandhom jiġu indirizzati lill-qorti rispettiva.

Ir-rikorsi jiġu aċċettati matul il-ħinijiet tax-xogħol minn impjegat maħtur mill-president tal-qorti - normalment ikun l-assistent tal-president tal-qorti jew impjegat mas-segretarjat.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, il-partijiet iridu jippreżentaw kwalunkwe dokumenti b'lingwi barranin flimkien ma' traduzzjoni ċċertifikata fil-lingwa uffiċjali, il-Latvjan, skont il-proċeduri stabbiliti mil-Liġi. Persuna eżenti mill-ispejjeż tal-qorti ma għandhiex għalfejn tehmeż traduzzjoni.

Il-qorti tista' taċċetta li ċerti passi proċedurali jsiru f'lingwa oħra jekk xi parti jekk titlob u jkun il-qbil tal-partijiet kollha. Il-minuti tas-seduti u d-deċiżjonijiet tal-qorti jsiru bil-Latvjan.

Il-kawża tinfetaħ permezz tal-preżentata ta' rikors bil-miktub quddiem il-qorti. Ir-rikors jista' jiġi ppreżentat mir-rikorrent innifsu jew minn persuna awtorizzata minnu, u jista' jintbagħat bil-posta, iżda mhux bil-faks jew bil-posta elettronika.

Għandu jingħad ukoll li d-dokumenti ċertifikati b'firma elettronika sigura jistgħu jintużaw għall-preżentata ta' kull tip ta' rikors sakemm il-liġi ma tkunx ipprovdiet għal proċedura speċifika għall-bidu tal-proċedimenti. Id-dokumenti elettroniċi mhux aċċettati għal ċerti tipi ta' dokumenti li jikkonċernaw il-proprjetà immobbli, il-familja u s-suċċessjoni u ċerti tipi ta' kuntratti ta' garanzija.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ir-rikors irid ikun miktub. Għall-maġġoranza tat-talbiet mhemmx formola apposta. Hemm formoli apposta għat-talbiet iż-żgħar (maza apmēra prasības, Kapitolu 30.3 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili); l-eżekuzzjoni tal-obbligi fuq notifika tal-qorti (saistību piespiedu izpildīšana brīdinājuma kārtībā, Kapitolu 50.1 tal-Liġi); u r-rikorsi għall-protezzjoni provviżorja kontra l-vjolenza (pagaidu aizsardzība pret vardarbību, Kapitolu 30.5 tal-Liġi).

Fejn mhemmx formola apposta, l-informazzjoni essenzjali u d-data li jridu jiġu indikati fir-rikors huma stabbiliti mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ir-rikors irid jindika dan li ġej:

•   l-isem tal-qorti li quddiemha tressaq ir-rikors;

•   l-isem, kunjom, numru tal-identità personali u l-post ta' residenza dikjarata tar-rikorrent (jekk ir-rikorrent ma għandux post ta' residenza dikjarat, il-post ta' residenza de facto tiegħu); f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjon u l-uffiċċju reġistrat; ir-rikorrent jista' jindika wkoll indirizz ieħor minħabba korrispondenza mal-qorti;

•   l-isem, kunjom, numru tal-identità personali, il-post ta' residenza dikjarata u kull indirizz addizzjonali ieħor ta-konvenut jew parti interessata, jew fin-nuqqas, post ta' residenza de facto; f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat; in-numru tal-identità personali jew ta' reġistrazzjoni tal-konvenut, jekk magħruf, irid jiġi indikat;

•   l-isem, kunjom, numru tal-identità personali u indirizz għall-korrispondenza mal-qorti tar-rappreżentant tar-rikorrent, jekk il-kawża ssir mir-rappreżentant, jew f'każ ta' persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta' reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat;

•   f'każ ta' talba għall-irkupru ta' flus, l-isem tal-istituzzjoni ta' kreditu u n-numru tal-kont li fih jista' jsir il-ħlas, jekk disponibbli;

•   is-suġġett tat-talba;

•   l-ammont tat-talba, jekk it-talba tista' tiġi kwantifikata fi flus, flimkien mal-metodu ta' kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat jew qed jiġi kontestat;

•   il-fatti li fuqhom ir-rikorrent ibbaża t-talba tiegħu, u provi li jappoġġaw dawn il-fatti;

•   il-liġi li fuqha hija bbażata t-talba;

•   it-talbiet tar-rikorrent;

•   lista tad-dokumenti mehmuża mar-rikors;

•   id-data li fiha sar ir-rikors, u kull informazzjoni oħra li tista' tkun rilevanti.

Hija meħtieġa aktar informazzjoni mil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għal rikors partikolari (pereżempju ta' divorzju) u għal ċerti tipi ta' proċedimenti (pereżempju l-konferma jew l-annullament ta' adozzjoni, il-protezzjoni tas-suċċessjon u l-kurazija).

Ir-rikors irid jiġi ffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu, jew mir-rikorrent flimkien mar-rappreżentant tiegħu jekk titlob hekk il-qorti, ħlief fejn il-liġi tipprovdi mod ieħor. Jekk ir-rappreżentant irid jaġixxi f'isem ir-rikorrent, trid tiġi mehmuża mar-rikors il-prokura (pilnvara) jew dokument ieħor li jiċċertifika d-dritt tar-rappreżentant li jmexxi l-kawża.

Ir-rikors irid jiġi ppreżentat lill-qorti b'numru ta' kopji ekwivalenti għan-numru ta' konvenuti u partijiet terzi interessati.

Ir-rikors irid jiġi akkumpanjat ukoll minn dokumenti li:

  • juru li tħallsu t-tariffi tal-Istat (valsts nodevas) u spejjeż oħra tal-Qorti skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi u fl-ammonti korretti;
  • jikkonfermaw li ġew osservati l-proċeduri għall-istħarriġ ekstraġudizzarju tal-kwistjoni, fejn tali stħarriġ huwa rikjest mil-liġi;
  • jippruvaw il-fatti li fuqom hija bbażata t-talba.

Fis-sit elettroniku tal-portal tal-qrati Latvjani www.tiesas.lv, taħt E‑Pakalpojumi ("servizzi elettroniċi"), E‑veidlapas ("formoli elettroniċi"), hemm numru ta' formoli għad-dokumenti proċedurali. Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu, jimtlew u jiġu ppreżentati f'forma stampata.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż tal-qorti jridu jitħallsu qabel il-preżentata tar-rikors (tariffa tal-Istat (valsts nodeva), tariffa tar-reġistru (kancelejas nodeva), u l-ispejjeż meħtieġa minħabba s-smigħ tal-kawża (ar lietas izskatīšanu saistītie izdevumi));  il-ħlas jista' jsir il-bank. Meta l-qorti taqta' s-sentenza favur parti minnhom, hjia tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas l-ispejjeż kollha li tkun ġarrbet il-parti rebbieħa. Jekk it-talba tiġi milqugħa biss parzjalment, l-ispejjeż tal-qorti jitħallsu skont dak il-proporzjon. Jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża jew il-kawża ma tinqatgħax, ir-rikorrent irid iħallas lura l-ispejjeż tal-qorti tal-konvenut (ħlief fil-każijiet stabbiliti mil-liġi fejn talba hija marbuta mal-ħruġ taċ-ċertifikat previst fir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill). F'dan il-każ il-konvenut ma jħallasx lura l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent, iżda jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa t-talba tiegħu wara l-preżentata tar-rikors, il-qorti tista', b'talba tar-rikorrent, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent.

Bl-istess mod, l-ispejjeż tat-tmexxija tal-kawża (it-tariffi tal-avukat, l-ispejjeż ta' kull dehra l-qorti u l-ispejjeż marbuta mal-kumpilazzjoni tal-provi) jitħallsu mill-konvenut favur ir-rikorrent jekk it-talba tar-rikorrent tiġi milqugħa kollha jew parti minnha, jew jekk ir-rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex il-konvenut volontarjament issodisfa t-talba tiegħu wara l-preżentata tar-rikors Jekk il-kawża ma tiġix milqugħa, il-qorti tordna lir-rikorrent iħallas l-ispejjeż tad-difiża tal-konvenut.

It-tariffi tal-avukat jew konsulent legali jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-klijent u l-avukat jew konsulent legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara l-iskeda informattiva dwar "L-Għajununa Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-dokumenti li jaslu bil-posta, jew matul il-ħinijiet tal-ftuħ, jiġu reġistrati mill-qorti f'reġistru għall-korrispondenza li tidħol kuljum dakinhar tal-wasla tagħhom. Rikors jitqies li tressaq dakinhar tal-wasla tiegħu. Il-preskrizzjoni għall kull pass proċedurali li jrid isir il-qorti tiskadi meta l-qorti tieqaf taħdem. Jekk ir-rikors, appell jew konsenja postali oħra jaslu għan l-operatur tal-komunikazzjoni sa nofsillejl fil-ġurnata finali taż-żmien imħolli għal dan il-għan, id-dokument jitqies li ġie ppeżentat fil-ħin.

Jekk ir-rikors ma jkunx ġie mfassal tajjeb, jew jekk ikun hemm xi dokumenti meħtieġa neqsin, l-imħallef jagħti deċiżjoni dettaljata fejn isib li ma tistax tittieħed azzjoni fuq dak ir-rikors. Kopa ta' dik id-deċiżjoni tintbagħat lir-rikorrent bi żmien speċifiku li fih irid jikkoreġi dawn in-nuqqasijiet. Dan il-limitu taż-żmien ma jistax ikun iqsar minn 20 ġurnata li jibdew jgħaddu mid-data tal-għotja tad-deċiżjoni. Jekk ir-rikorrent jikkoreġi dawn in-nuqqasijiet fiż-żmien mogħti lilu, ir-rikors jitiqies li ġie ppreżentat fid-data li fiha wasal għall-ewwel darba quddiem il-qorti.  Jekk ir-rikorrent jonqos milli jagħmel il-korrezzjonijiet fil-ħin, ir-rikors jitqies li qatt ma ġie ppreżentat, u jintbagħat lura lir-rikorrent. Il-fatt li r-rikors ġie ritornat ma jfissirx li r-rikorrent ma jistax jerġa' jressqu quddiem il-qorti.

Konferma speċifika li r-rikors ġie ppreżentat fil-forma korretta: jekk ir-rikors jitfassal tajjeb, u jiġu mehmuża miegħu d-dokumenti kollha meħtieġa, l-imħallef jiddeċiedi fi żmien sebat ijiem mill-wasla tar-rikors il-qorti fejn jilqa' r-rikors u jagħti bidu għall-proċedimenti.

Meta jibdew il-proċedimenti, ir-rikors u l-kopji tad-dokumenti mehmuża miegħu jintbagħtu lill-konvenut flimkien ma' perjodu ta' żmien stabbilit għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub. B'notifika tal-osservazzjonijiet l-imħallef jibgħat kopja tagħhom lir-rikorrent u lill-partijiet interessati. L-imħallef jista' jitlob lir-rikorrent biex jagħti l-kummenti tiegħu dwar l-osservazzjonijiet. Hekk kif jaslu l-osservazzjonijiet, jekk jiskadi ż-żmien għall-preżentazzjoni tagħhom, l-imħallef jiffissa data għas-seduta ta' smigħ. L-iskrivan tal-qorti jibgħat ċitazzjoni lill-partijiet. Jekk il-kawża tkun se tinstema' permezz tal-proċedura bil-miktub, ma tingħatax data għas-smigħ, u ma tintbagħat l-ebda ċitazzjoni lill-partijiet.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet jirċievu ċitazzjoni mill-qorti bil-ħin u l-post tas-seduta ta' smigħ jew ta' xi azzjoni proċedurali oħra. Iċ-ċitazzjoni tal-qorti tintbagħat fl-indirizz tal-post ta' residenza dikjarata, iżda persuna tista' tindika wkoll indirizz ieħor għall-korrispondenza mal-qorti.

Jekk il-konvenut ma jkollux post ta' residenza dikjarata fil-Latvja u r-rikorrent, għal raġunijiet oġġettivi, ma jkunx irnexxielu jiddetermina l-post ta' residenza tal-konvenut barra l-Latvja, il-qorti tista', b'rikors dettaljat tar-rikorrent, tagħmel użu mill-proċeduri ta' rintraċċar għall-indirizz tal-konvenut li hemm previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Jekk l-indirizz tal-konvenut ma jistax jiġu traċċat bil-proċeduri previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew jekk ikun impossibbli li jintbagħtu d-dokumenti lill-konvenut fl-indirizz stabbilit mir-rikorrent, jew jekk ikun impossibbli li jintbagħtu d-dokumenti lill-konvenut permezz tal-proċeduri previsti fil-ftehimiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew permezz tal-proċedura prevista fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għall-kooperazzjoni internazzjonali fi proċedimenti ċivili, il-konvenut li ma għandux post ta' residenza dikjarat fil-Latvja jitħarrek mill-qorti permezz ta' avviż ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali, Latvijas Vēstnesis.

Fil-portal tal-qrati tal-Latvja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/, taħt E-Pakalpojumi ("servizzi elettroniċi") u Tiesvedības gaita ("progress tal-proċedimenti ġudizzjarji"), tista' ssib informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti ġudizzjarji billi ddaħħal in-numru tal-każ jew taċ-ċitazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 07/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Litwanja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-liġijiet tar-Repubblika tal-Litwanja jipprevedu għadd ta’ għażliet ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Fl-2012, daħlet fis-seħħ Liġi riformulata dwar l-Arbitraġġ Kummerċjali (Komercinio arbitražo įstatymas) fil-Litwanja. Din il-Liġi tapplika għall-proċedimenti ta’ arbitraġġ li jseħħu fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, irrispettivament miċ-ċittadinanza jew min-nazzjonalità tal-partijiet f’tilwima, kemm jekk ikunu persuni fiżiċi u kemm jekk ġuridiċi, jew minn jekk il-proċedimenti ta’ arbitraġġ ikunux organizzati minn korp ta’ arbitraġġ permanenti jew iseħħux fuq bażi ad hoc. L-arbitraġġ huwa alternattiva ekwivalenti għall-qrati tal-Istat. Huwa jipprovdi għażla sabiex il-biċċa l-kbira tat-tilwimiet tan-negozju jissolvew malajr u b’mod konvenjenti billi jitressqu quddiem persuni privati indipendenti, awtorevoli u ta’ reputazzjoni tajba, li jkunu aċċettabbli għaż-żewġ partijiet, aktar milli għall-imħallfin. Il-partijiet għal arbitraġġ jistgħu jaqblu fuq ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti tal-arbitraġġ b’mod aktar liberu. Il-qorti tal-arbitraġġ tista’ tiltaqa’ fi kwalunkwe post li jkun konvenjenti għall-partijiet għat-tilwima u tista’ tagħżel liberament il-lingwa tal-proċedimenti u l-forma tad-deċiżjoni, eċċ. Il-ftehimiet ta’ arbitraġġ elettroniċi huma rikonoxxuti bħala ftehimiet bil-miktub.

Fl-2008 ġiet adottata l-Liġi dwar il-Medjazzjoni Konċiljatorja f’Tilwimiet Ċivili (Civilinių ginčų taikinamojo tarpininkavimo įstatymas). Il-medjazzjoni konċiljatorja f’tilwimiet ċivili (imsejħa wkoll medjazzjoni) hija proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim amikevoli li tinvolvi intermedjarju konċiljatorju imparzjali terz (medjatur). Il-liġi tispeċifika li l-medjazzjoni tista’ tintuża sabiex jissolvew tilwimiet ċivili (jiġifieri tilwimiet li jinvolvu l-familja u kwistjonijiet oħrajn) li jistgħu jinstemgħu minn qorti fi proċeduri ta’ qorti ċivili. Il-partijiet jistgħu jużaw din l-għażla sabiex isolvu t-tilwima tagħhom kemm qabel jirreferu t-tilwima tagħhom quddiem il-qorti (medjazzjoni ekstraġudizzjarja) kif ukoll wara li jkunu bdew il-proċeduri tal-qorti (medjazzjoni ġudizzjarja). Għandu jiġi nnotat li l-bidu tal-medjazzjoni jissospendi l-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ pretensjoni. B’hekk, anki jekk ma tinstabx soluzzjoni amikevoli ta’ tilwima, il-partijiet iżommu d-dritt tagħhom li jfittxu rimedju fil-qorti. Il-medjazzjoni ġudizzjarja tiġi pprovduta mingħajr ħlas. Barra minn hekk, jekk tagħżel li ssolvi t-tilwima tiegħek fi kwistjoni ċivili permezz ta’ medjazzjoni ġudizzjarja, tiffranka ammont sinifikanti kemm ta’ ħin u kemm ta' sforz, meta mqabbel mal-proċedimenti legali, kif ukoll ta’ flus, minħabba li, f’każ li l-proċedura ta’ medjazzjoni tintemm bi ftehim amikevoli, 75 % ta-tariffa tal-qorti mħallsa tingħata lura. Is-soluzzjoni ta’ tilwima permezz ta’ medjazzjoni ġudizzjarja tiggarantixxi l-kunfidenzjalità u kwalunkwe parti tista’ tirtira mill-medjazzjoni ġudizzjarja mingħajr ma tiddikjara r-raġunijiet tagħha.

Is-soluzzjoni ekstraġudizzjarja tat-tilwimiet li jirriżultaw minn kuntratti konklużi minn konsumaturi hija rregolata mil-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur (Vartotojų teisių apsaugos įstatymas), li daħlet fis-seħħ fl-2007 u li tinkorpora alternattiva għall-proċedimenti ġudizzjarji, inklużi r-regoli ta’ proċedura u l-istruttura istituzzjonali tagħha. Il-korpi involuti f’soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-Litwanja huma s-Servizz tal-Istat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba), is-Servizz tar-Regolamentazzjoni tal-Komunikazzjoni (Ryšių reguliavimo tarnyba) u korpi oħrajn li jittrattaw tilwimiet f’setturi individwali (is-Servizz tar-Regolamentazzjoni tal-Komunikazzjoni jisma’ tilwimiet fl-oqsma tal-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi postali u ta’ kurrier, il-Bank tal-Litwanja (Lietuvos bankas) jittratta t-tilwimiet tal-konsumaturi ma’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji, eċċ.). Il-konsumaturi jistgħu jużaw assistenza legali matul soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, iżda l-ispejjeż tal-assistenza legali ma jingħatawx lura. L-għajnuna legali primarja u sekondarja garantita mill-Istat tiġi pprovduta lil dawk il-konsumaturi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni. Rikors lil korp għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ġeneralment ma jkollu ebda effett sospensiv fuq il-perjodu ta’ limitazzjoni. Għalhekk, minħabba l-iskadenzi relattivament twal għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi u ċerti perjodi ta’ limitazzjoni qosra għall-pretensjonijiet, hemm riskju serju li jinqabeż il-perjodu ta’ limitazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ għaxar snin.

Il-leġiżlazzjoni Litwana tistabbilixxi perjodi ta’ limitazzjoni iqsar għal tipi partikolari ta’ pretensjonijiet.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ xahar għall-pretensjonijiet li jirriżultaw mir-riżultati tal-proċeduri tal-offerti.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ tliet xhur għall-pretensjonijiet sabiex id-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ entità ġuridika jiġu ddikjarati invalidi.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur għal:

  1. pretensjonijiet li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ inadempjenza (multa, imgħax fuq ħlas tardiv);
  2. pretensjonijiet li jikkonċernaw id-difetti tal-oġġetti mibjugħa.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur għall-pretensjonijiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji tat-trasport u l-klijenti tagħhom fir-rigward tal-konsenji mibgħuta minn ġewwa l-Litwanja, filwaqt li jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sena għall-konsenji mibgħuta barra mill-pajjiż.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ sena għall-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ tliet snin għall-pretensjonijiet għad-danni, inklużi pretensjonijiet għal danni li jirriżultaw mill-kwalità inadegwata tal-prodotti.

Jiġi applikat perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ ħames snin għall-pretensjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-imgħax u ta’ ħlasijiet perjodiċi oħrajn.

Il-pretensjonijiet rigward difetti fix-xogħlijiet imwettqa huma soġġetti għal perjodi ta’ limitazzjoni iqsar.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-trasport ta’ merkanzija, passiġġieri u bagalji huma soġġetti għall-perjodi ta’ limitazzjoni stabbiliti fil-kodiċijiet (liġijiet) applikabbli għal modalitajiet tat-trasport speċifiċi.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Tilwima relatata ma’ obbligi kuntrattwali hija rregolata mil-liġi magħżula permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet involuti; jekk il-partijiet għażlu l-liġi tar-Repubblika tal-Litwanja, huma jistgħu jiddefendu l-interessi legali tagħhom quddiem il-qrati Litwani. Dan il-ftehim tal-partijiet jista’ jiġi stabbilit fil-kuntratt jew stabbilit f’konformità maċ-ċirkostanzi fattwali tal-każ. Il-partijiet jistgħu jaqblu li l-liġi ta’ Stat partikolari tirregola l-kuntratt kollu jew parti(jiet) partikolari tal-kuntratt. Meta l-partijiet jiddeċiedu li l-liġi ta’ Stat barrani għandha tiġi applikata għal kuntratt, din ma tistax tintuża bħala bażi għar-rinunzja ta’ kwalunkwe regoli obbligatorji applikabbli fir-Repubblika tal-Litwanja jew fi kwalunkwe Stat ieħor li ma jistgħux jinbidlu jew jiġu rrinunzjati permezz ta’ ftehim tal-partijiet.

Jekk il-partijiet ma jindikawx liema liġi għandha tirregola l-kuntratt, għandha tapplika l-liġi tal-Istat li miegħu huwa assoċjat l-aktar mill-qrib l-obbligu kuntrattwali. Hemm preżunzjoni li l-obbligu kuntrattwali huwa assoċjat l-aktar mill-qrib mal-Istat li fit-territorju tiegħu:

  1. il-parti marbuta bl-obbligu l-aktar karatteristiku tal-kuntratt għandha l-post tar-residenza permanenti jew l-amministrazzjoni ċentrali tagħha. Jekk l-obbligu jkun assoċjat aktar mill-qrib mal-liġi tal-Istat fejn jinsab in-negozju tal-parti għall-obbligu, tapplika l-liġi ta’ dak l-Istat;
  2. tinsab il-proprjetà immobbli, jekk is-suġġett tal-kuntratt ikun id-dritt għall-proprjetà immobbli jew id-dritt għall-użu tagħha;
  3. kien jinsab il-post tan-negozju ewlieni fil-mument tal-konklużjoni ta’ kuntratt tat-trasport, diment li l-Istat tal-post tan-negozju ewlieni tat-trasportatur ikun l-istess bħall-Istat li fih ġiet mgħobbija l-merkanzija, jew kien jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-konsenjatur, jew minn fejn intbagħtet il-merkanzija.

Il-ftehimiet ta’ arbitraġġ huma rregolati mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ewlieni. Jekk il-kuntratt ewlieni jkun invalidu, tapplika l-liġi tal-post fejn ikun ġie konkluż il-ftehim ta’ arbitraġġ; jekk din ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mela tapplika l-liġi tal-Istat tal-arbitraġġ.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet li jirriżultaw mid-dannu huma rregolati, skont l-għażla tal-parti affettwata, jew mil-liġi tal-Istat li fih twettaq l-att rilevanti jew fejn jinsabu kwalunkwe ċirkostanzi oħrajn li jirriżultaw fid-dannu, jew inkella mil-liġi tal-Istat li fih kien imġarrab id-dannu.

Is-sistema ġuridika li tirregola l-proprjetà matrimonjali hija ddeterminata mil-liġi tal-Istat tar-residenza permanenti tal-konjuġi. Meta l-postijiet tar-residenza permanenti tal-konjuġi jkunu jinsabu fi Stati differenti, il-liġi li tirregola tkun il-liġi tal-Istat li ż-żewġ konjuġi huma ċittadini tiegħu. Meta l-konjuġi jkunu ċittadini ta’ Stati differenti u qatt ma kellhom post ta’ residenza komuni, il-liġi li tirregola tkun il-liġi tal-Istat fejn sar il-kuntratt taż-żwieġ. Is-sistema ġuridika li tirregola l-proprjetà matrimonjali definita mill-kuntratt hija l-liġi tal-Istat magħżul mill-konjuġi fil-kuntratt tagħhom. F’dan il-każ, il-konjuġi jistgħu jagħżlu l-liġi tal-Istat fejn għandhom jew se jkollhom il-post tar-residenza permanenti tagħhom, il-liġi tal-Istat fejn sar il-kuntratt taż-żwieġ jew il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi huwa ċittadin tiegħu. Il-ftehim tal-konjuġi dwar il-proprjetà skont il-liġi applikabbli jkun validu sakemm ikun konformi mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Istat magħżul jew tal-liġi tal-Istat fejn ikun sar il-ftehim.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni huma stabbiliti fl-Artikoli 29–30 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas). Pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata quddiem qorti skont il-post tar-residenza tal-konvenut. Pretensjoni kontra entità ġuridika għandha tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-entità ġuridika, kif indikat fir-reġistru tal-entitajiet ġuridiċi. Jekk il-konvenut ikun l-Istat jew muniċipalità, il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata skont l-uffiċċju rreġistrat tal-korp li jirrappreżenta l-Istat jew il-muniċipalità.

Pretensjoni kontra konvenut li l-post tar-residenza tiegħu ma jkunx magħruf tista’ tiġi ppreżentata skont il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà tiegħu jew skont l-aħħar post tar-residenza magħruf. Pretensjoni kontra konvenut li ma jkollux post tar-residenza fir-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi ppreżentata skont il-post fejn tkun tinsab il-proprjetà tiegħu jew skont l-aħħar post tar-residenza magħruf tiegħu fir-Repubblika tal-Litwanja. Pretensjoni relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa ta’ entità ġuridika tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont l-uffiċċju rreġistrat tal-fergħa.

Pretensjoni għall-għoti ta’ manteniment u l-azzjoni għaċ-ċħid tal-paternità tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tal-pretendent. Pretensjoni għal kumpens għad-dannu għas-saħħa ta’ persuna, inkluża mewt, tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza tal-pretendent jew il-post fejn kien imġarrab id-dannu. Pretensjoni għal kumpens għad-dannu għall-proprjetà ta’ persuna tista’ tiġi ppreżentata skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-pretendent jew il-post fejn sar id-dannu.

Pretensjoni dwar ftehim/kuntratt li jispeċifika l-post tal-eżekuzzjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tal-eżekuzzjoni indikat fil-ftehim/kuntratt.

Pretensjoni li tirrigwardja persuna li taġixxi fil-kapaċità ta’ gwardjan, kustodju jew amministratur tal-proprjetà tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza (l-uffiċċju rreġistrat) tal-gwardjan, tal-kustodju jew tal-amministratur tal-proprjetà.

Pretensjoni dwar kuntratti konklużi minn konsumaturi tista’ tiġi ppreżentata wkoll skont il-post tar-residenza tal-konsumatur.

Pretendent għandu d-dritt li jagħżel bejn diversi qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni għall-kawża.

Il-pretensjonijiet għal drittijiet in rem fi proprjetà immobbli, l-użu ta’ proprjetà immobbli, ħlief għal rikorsi li jikkonċernaw il-likwidazzjoni ta’ beni tal-miżżewġin f’kawżi ta’ divorzju, u l-kanċellazzjoni tas-sekwestru ta’ proprjetà immobbli jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-proprjetà immobbli jew il-parti ewlenija tal-proprjetà.

Il-pretensjonijiet minn kredituri ta’ suċċessjoni ppreżentati qabel ma l-eredi jkunu aċċettaw il-wirt jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti fil-post tal-wirt jew tal-parti ewlenija tal-wirt.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-kawżi ċivili kollha jinstemgħu mill-qrati distrettwali bħala qrati tal-prim’istanza, ħlief għall-kawżi li jinstemgħu minn qrati reġjonali jew mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius.

Il-qrati reġjonali jisimgħu l-kawżi ċivili li ġejjin bħala qrati tal-prim’istanza:

  1. mill-4 ta’ April 2013, azzjonijiet li jinvolvu pretensjonijiet li jaqbżu LTL 150.000, ħlief għall-kawżi li jikkonċernaw il-familja u r-relazzjonijiet industrijali u l-kawżi li jikkonċernaw il-kumpens għal dannu mhux materjali;
  2. kawżi rigward ir-relazzjonijiet legali ta’ drittijiet tal-awtur mhux relatati mal-proprjetà;
  3. kawżi rigward ir-relazzjonijiet legali f’offerti pubbliċi ċivili;
  4. kawżi rigward falliment jew ristrutturar, ħlief għall-kawżi relatati mal-falliment ta’ persuni fiżiċi;
  5. kawżi fejn waħda mill-partijiet tkun Stat barrani;
  6. kawżi bbażati fuq pretensjonijiet rigward il-bejgħ obbligatorju ta’ ishma (sehem, imgħax);
  7. kawżi bbażati fuq pretensjonijiet rigward l-investigazzjoni tal-attivitajiet ta’ entità ġuridika;
  8. kawżi rigward il-kumpens għal dannu materjali u mhux materjali li jirriżulta mill-ksur tad-drittijiet tal-pazjenti stabbiliti;
  9. kawżi ċivili oħrajn li jenħtieġ li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

Il-kawżi li ġejjin jinstemgħu biss mill-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius, bħala qorti tal-prim’istanza:

  1. kawżi rigward it-tilwimiet imsemmija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Liġi dwar il-Privattivi (Lietuvos Respublikos patentų įstatymas);
  2. kawżi rigward it-tilwimiet imsemmija fil-Liġi dwar it-Trademarks (Lietuvos Respublikos prekių ženklų įstatymas);
  3. kawżi rigward l-adozzjoni ta’ ċittadinanza Litwana għal persuna li tirrisjedi fir-Repubblika tal-Litwanja kif mitluba minn ċittadini ta’ Stati oħrajn;
  4. kawżi ċivili oħrajn li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni unika tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius bħala l-qorti tal-prim’istanza skont liġijiet speċifiċi.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-persuni jistgħu jressqu kawża l-qorti huma stess jew permezz tar-rappreżentanti tagħhom. Il-parteċipazzjoni ta’ persuna f’seduta ta’ smigħ ma ċċaħħadx lil dik il-persuna mid-dritt li jkollha rappreżentant fil-proċedimenti. Huwa meqjus bħala xieraq li rappreżentant jattendi seduta ta’ smigħ fil-qorti f’isem il-persuna li jkun qed jirrappreżenta, sakemm il-qorti ma tqisx li huwa meħtieġ li l-persuna li tkun qed tiġi rrappreżentata tkun preżenti.

Persuna jrid ikollha avukat fil-proċedimenti fil-kawżi speċifikati fil-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Kodiċi Ċivili (Civilinis kodeksas), pereżempju, jekk il-qorti tkun qed tisma’ kawża li tinvolvi persuna li tiġi ddikjarata bħala legalment inkapaċi, il-persuna inkwistjoni trid tkun irrappreżentata minn avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-persuni li juru x-xewqa li jippreżentaw dokumenti f’qorti jew li jiksbu dokumenti mingħandha jridu jikkuntattjaw lir-reġistru tal-qorti, li jispjega l-proċedura għall-preżentazzjoni, il-kisba jew ir-ritorn tad-dokumenti. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPunti ta’ kuntatt tal-qorti

Minn mindu tnieda l-portal tas-servizzi elettroniċi e.teismas.lt fl-1 ta’ Lulju 2013, kien possibbli li tiġi ppreżentata d-dokumentazzjoni ta’ kawża, jinżamm rendikont tal-proċedimenti, titħallas it-tariffa tal-qorti u jinkisbu servizzi oħrajn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaonline.

Bil-għan li jiġi żgurat li l-kawżi jiġu ttrattati b’mod konsistenti, huwa stabbilit b’riżoluzzjoni li, mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kawżi pproċessati b’mod elettroniku minn qrati inferjuri u ttrasferiti lill-qrati tal-appell u tal-kassazzjoni kellhom jiġu pproċessati wkoll b’mod elettroniku.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-persuni li jipparteċipaw f’kawża jridu jipprovdu kopji oriġinali tad-dokumenti proċedurali. Barra minn hekk, il-qorti trid tirċievi numru suffiċjenti ta’ kopji ta’ dokumenti proċedurali stampati: kopja waħda għal kull parti opposta (f’kawżi li jinvolvu bosta konvenuti jew pretendenti, kopja waħda għal kull wieħed jew waħda minnhom, jew jekk ikunu nħatru rappreżentant jew persuna awtorizzata sabiex jirċievu d-dokumenti proċedurali relatati mal-kawża, sempliċiment kopja waħda għal dak ir-rappreżentant jew dik il-persuna awtorizzata) u għall-partijiet terzi, ħlief meta dokument proċedurali jiġi ppreżentat bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika. Kull anness mad-dokumenti proċedurali jrid jiġi ppreżentat fl-istess numru ta’ kopji bħad-dokumenti proċedurali, ħlief meta jiġi ppreżentat bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika jew jekk il-qorti tkun awtorizzat li l-annessi ma jiġux ipprovduti lill-partijiet minħabba li jkun hemm numru kbir minnhom.

Id-dokumenti proċedurali kollha u l-annessi tagħhom iridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-lingwa nazzjonali. Meta l-partijiet fil-proċedimenti li d-dokumenti proċedurali għandhom jiġu ppreżentati lilhom ma jkunux jitkellmu l-lingwa nazzjonali, il-qorti trid tirċievi traduzzjonijiet ta’ dawn id-dokumenti f’lingwa li jifhmu. Meta d-dokumenti pprovduti jkollhom jiġu tradotti f’lingwa barranija, il-partijiet iridu jipprovdu traduzzjonijiet debitament iċċertifikati.

Pretensjoni tista’ tiġi ppreżentata b’mod elettroniku permezz tal-portal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Litwani Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/home/, li jista’ jiġi aċċessat fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali (Teismų administracija): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.teismai.lt/.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Formola ta’ pretensjoni elettronika tista’ timtela fuq il-portal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Litwani Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e.teismas.lt/lt/public/home/.

Kwalunkwe pretensjoni ppreżentata lill-qorti trid tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali applikabbli għall-kontenut tad-dokumenti proċedurali. (L-Artikolu 111 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Id-dokumenti proċedurali jridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-miktub. Kull dokument proċedurali ta’ parti fil-proċedimenti jrid jispeċifika:

  1. l-isem tal-qorti li tkun qed tiġi ppreżentata bid-dokument proċedurali;
  2. l-istatus proċedurali, l-ismijiet, il-kunjomijiet, in-numri tal-identifikazzjoni personali (jekk ikunu magħrufa) u l-postijiet tar-residenza tal-partijiet fil-proċedimenti; indirizzi oħrajn ta’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti għan-notifika ta’ dokumenti proċedurali magħrufa mir-rikorrent; meta l-partijiet fil-proċedimenti jew waħda minnhom tkun persuna ġuridika, l-isem sħiħ, l-uffiċċju rreġistrat u kwalunkwe indirizzi oħrajn ta’ partijiet oħrajn fil-proċedimenti għan-notifika tad-dokumenti proċedurali magħrufa mir-rikorrent, il-kodiċijiet, in-numri tal-kontijiet kurrenti (jekk ikunu magħrufa) u d-dettalji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (jekk ikunu magħrufa);
  3. il-metodu li għandu jintuża għan-notifika tad-dokumenti proċedurali lill-parti u l-indirizz postali għall-korrispondenza, jekk ikun differenti mill-post tar-residenza jew mis-sede;
  4. in-natura u s-suġġett tad-dokument proċedurali;
  5. iċ-ċirkostanzi li jissostanzjaw is-suġġett tad-dokument proċedurali u kwalunkwe evidenza li tikkonferma dawk iċ-ċirkostanzi;
  6. kwalunkwe annessi jridu jiġu mehmuża mad-dokument proċedurali ppreżentat;
  7. il-firma tal-persuna li tippreżenta d-dokument proċedurali u d-data li tfasslet fiha.

Persuna fil-proċedimenti li tibbaża dokument proċedurali fuq regola ta’ interpretazzjoni adottata minn qorti internazzjonali jew qorti ta’ Stat barrani trid tipprovdi kopja tad-deċiżjoni tal-qorti li tistabbilixxi dik ir-regola u traduzzjoni debitament iċċertifikata tad-deċiżjoni fil-lingwa nazzjonali.

Dokument proċedurali ppreżentat lill-qorti minn rappreżentant irid ikun fih l-informazzjoni dwar ir-rappreżentant kif speċifikat fil-punti 2 u 3 ta’ hawn fuq u jrid ikun akkumpanjat minn dokument li jattesta d-drittijiet u l-obbligi tar-rappreżentant, diment li tali dokument ikun għadu ma ġiex ippreżentat jew ikun skada t-terminu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni inkluża fil-fajl.

Persuna awtorizzata minn parti fil-proċedimenti li ma tkunx tista’ tiffirma d-dokument proċedurali trid tiffirmah f’isem din tal-aħħar, filwaqt li tindika r-raġuni għelfejn il-parti ma tistax tiffirma d-dokument ippreżentat hija stess.

L-Artikolu 135 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jispeċifika li d-dikjarazzjoni tal-pretensjoni jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

  1. l-ammont tal-pretensjoni, fejn għandu jiġi ddeterminat valur fuq il-pretensjoni;
  2. iċ-ċirkostanzi li il-pretendent jibbaża l-pretensjoni tiegħu fuqhom (raġunijiet fattwali tal-pretensjoni);
  3. evidenza li tattesta ċ-ċirkostanzi stabbiliti mill-pretendent, il-postijiet tar-residenza tax-xhieda u l-post fejn tinstab evidenza oħra;
  4. x’qiegħed ifittex il-pretendent (is-suġġett tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni);
  5. l-opinjoni tal-pretendent dwar il-possibbiltà li tingħata sentenza f’kontumaċja jekk ma jkun hemm ebda rispons għall-pretensjoni jew għad-dokument proċedurali preliminari;
  6. informazzjoni dwar jekk il-kawża hijiex se titmexxa permezz ta’ avukat. Jekk iva, għandhom jiġu pprovduti l-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-uffiċċju tal-avukat;
  7. l-opinjoni tal-pretendent dwar il-possibbiltà li jiġi konkluż ftehim ta’ soluzzjoni jekk il-pretendent ikun jixtieq jipprovdi opinjoni bħal din.

Id-dikjarazzjoni tal-pretensjoni trid tkun akkumpanjata minn dokumenti jew evidenza oħra li fuqhom il-pretendent jibbaża l-pretensjonijiet tiegħu, prova tal-ħlas tat-tariffa tal-qorti u kwalunkwe talbiet għall-ġbir tal-provi li l-pretendent ma jkunx jista’ jippreżenta, filwaqt li tiġi indikata r-raġuni għal dan.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tkun akkumpanjata mid-dokumenti kollha li jsostnu l-pretensjonijiet tiegħek u prova tal-ħlas tat-tariffa tal-qorti. It-tariffa tal-qorti għal talbiet mhux finanzjarji hija ta’ LTL 100. F’tilwimiet finanzjarji, it-tariffa tal-qorti li għandha titħallas hija ugwali għal perċentwal tal-ammont mitlub, kif speċifikat minn liġijiet speċifiċi: 3 % u mill-inqas LTL 50 għal pretensjonijiet sa LTL 100 000; LTL 3 000 flimkien ma’ 2 % tal-ammont mitlub għal pretensjonijiet ta’ aktar minn LTL 100 000 u sa LTL 300 000; u LTL 7 000 flimkien ma’ 1 % tal-ammont mitlub għal pretensjonijiet ta’ aktar minn LTL 300 000. It-tariffa tal-qorti totali f’tilwimiet finanzjarji ma tistax tkun ta’ aktar minn LTL 30 000.

Liġijiet speċifiċi jipprevedu każijiet fejn il-pretendenti jkunu eżentati mit-tariffa tal-qorti. Barra minn hekk, il-qorti hija intitolata li tagħti eżenzjoni parzjali mill-ħlas tat-tariffa jew tiddifferiha sakemm tiġi adottata d-deċiżjoni tagħha, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ persuna. Kwalunkwe talba għal eżenzjoni mit-tariffa tal-qorti jew differiment minnha trid tkun ġustifikata u akkumpanjata minn prova tas-sitwazzjoni finanzjarja ħażina tal-persuna.

Fi proċedimenti dokumentarji, it-tariffa tal-qorti li għandha titħallas hija nofs it-tariffa li għandha titħallas għall-pretensjoni, iżda mhux inqas minn LTL 20.

Ma għandha titħallas ebda tariffa tal-qorti għal appelli separati, ħlief għal appelli separati li jitolbu l-applikazzjoni ta’ miżuri interim, li għalihom għandha titħallas tariffa tal-qorti ta’ LTL 100.

Meta d-dokumenti proċedurali jew l-annessi ma' dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-qorti bl-użu ta’ komunikazzjoni elettronika biss, it-tariffa li għandha titħallas hija ugwali għal 75 % tat-tariffa tal-qorti li għandha titħallas għad-dokument proċedurali inkwistjoni, soġġetta għal tariffa minima ta’ LTL 10.

Klijent irid jaqbel fuq il-forniment ta’ servizzi legali mal-avukat jew l-avukati tiegħu jew ma’ assoċjazzjoni professjonali ta’ avukati billi jiffirma ftehim. Il-parti trid tħallas it-tariffa miftiehma għas-servizzi legali pprovduti. Il-partijiet huma liberi li jaqblu fuq it-twaqqit tal-ħlas skont kif jixtiequ.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-Liġi dwar l-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat (Lietuvos Respublikos valstybės garantuojamos teisinės pagalbos įstatymas) tiggarantixxi l-forniment ta’ għajnuna legali primarja u sekondarja f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti.

L-għajnuna legali primarja tiġi pprovduta lil ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u ta’ Stati Membri oħrajn tal-UE, persuni li jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Litwanja jew fi Stati Membri oħrajn tal-UE, u persuni intitolati għal tali għajnuna skont il-ftehimiet internazzjonali li r-Repubblika tal-Litwanja hija parti fihom . L-għajnuna primarja trid tiġi pprovduta minnufih. Meta dan ma jkunx possibbli, tiġi nnotifikat meta se tiġi aċċettata, li jrid ikun mhux aktar tard minn 5 ijiem mid-data tal-applikazzjoni. L-uffiċjali muniċipali u l-impjegati, l-avukati jew l-ispeċjalisti ta’ aġenziji pubbliċi li magħhom il-muniċipalità kkonkludiet kuntratt jagħtu pariri personali dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwima tiegħek, jipprovdu informazzjoni dwar l-ordinament ġuridiku, il-liġijiet u leġiżlazzjoni oħra u jgħinu fit-tfassil ta’ ftehim ta’ soluzzjoni jew fl-ikkompletar ta’ rikors għal għajnuna sekondarja. L-għajnuna legali primarja tista’ tiġi rrifjutata meta l-pretensjoni tal-attur ma tkunx ġustifikata b’mod ċar, meta l-attur ikun diġà rċieva konsultazzjoni estensiva dwar l-istess kwistjoni, meta jkun ċar li l-persuna tista’ tikseb il-pariri ta’ avukat mingħajr l-għajnuna legali garantita mill-Istat f’konformità mal-liġi, jew meta r-rikors ma jkunx jirrigwarda l-interessi leġittimi u d-drittijiet proprji tal-persuna, ħlief għall-każijiet ta’ rappreżentanza speċifikati skont il-liġi.

L-għajnuna legali sekondarja tista’ tiġi rċevuta mill-istess benefiċjarji, iżda l-forniment ta’ din l-għajnuna huwa soġġett ukoll għal-livell tal-introjtu totali tagħhom.

L-għajnuna legali sekondarja tista’ tiġi pprovduta lil kwalunkwe persuna residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li l-assi u l-introjtu annwali tagħha ma jaqbżux il-livelli ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-Gvern fir-rigward tal-forniment tal-għajnuna legali. L-assi u l-introjtu huma kklassifikati fil-livelli I u II: għal-livell I, l-Istat ikopri 100 % tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja, filwaqt li għal-livell II, l-Istat ikopri 50 % tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja (bil-50 % li jifdal iridu jitħallsu mill-persuna).

Il-persuni li ġejjin huma intitolati li jirċievu għajnuna legali sekondarja mingħajr ħlas, irrispettivament mill-assi jew l-introjtu annwali tagħhom: persuni suspettati, persuni akkużati jew ikkundannati f’kawżi kriminali, fejn il-parteċipazzjoni ta’ avukat tad-difiża hija obbligatorja; vittmi f’kawżi li jirrigwardaw kumpens għad-dannu li jirriżulta minn reat kriminali, inklużi kawżi fejn il-kwistjoni tal-kumpens trid tiġi deċiża f’kawża kriminali; benefiċjarji tal-benefiċċji soċjali; persuni appoġġati minn stabbilimenti ta’ kura soċjali residenzjali; persuni kkonfermati li qegħdin isofru minn diżabilità severa jew rikonoxxuti bħala mhux tajbin għax-xogħol; persuni li laħqu l-età tal-irtirar u li ġew iġġudikati bħala li għandhom livell għoli ta’ bżonnijiet speċjali; tuturi (kustodji) ta’ tali persuni, fejn tkun meħtieġa għajnuna legali sabiex jiġu rrappreżentati u mħarsa d-drittijiet u l-interessi tal-persuni taħt it-tutela (il-kustodja) tagħhom; persuni li pprovdew prova (mandat ta’ qbid ta' proprjetà, eċċ.) li huma ma jistgħux, għal raġunijiet oġġettivi, jużaw il-proprjetà u l-fondi tagħhom u, b’riżultat ta’ dan, il-proprjetà u l-introjtu annwali tagħhom, li huma jkunu jistgħu jużaw kif jixtiequ, ma jaqbżux il-livell ta’ eliġibbiltà stabbilit mill-Gvern fir-rigward tal-forniment tal-għajnuna legali sekondarja; persuni li jsofru minn marda mentali serja, fejn ikun hemm ospitalizzazzjoni jew kura sfurzata; it-tuturi (il-kustodji) ta’ tali persuni, fejn tkun meħtieġa għajnuna legali sabiex jiġu rrappreżentati u mħarsa d-drittijiet u l-interessi ta’ dawn il-persuni; debituri, meta ssir pretensjoni kontra l-aħħar post tar-residenza tagħhom fejn qegħdin jgħixu bħalissa; il-ġenituri jew rappreżentanti statutorji oħrajn ta’ minuri, meta jkun hemm it-tneħħija tal-wild; minuri li mhumiex miżżewġin jew iddikjarati minn qorti bħala li għandhom kapaċità ġuridika sħiħa u li jmorru l-qorti f’isimhom stess fil-kawżi speċifikati f’liġijiet speċifiċi; persuni li jfittxu li jiġu ddikjarati bħala legalment inkapaċi f’kawżi li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni ta’ persuna fiżika bħala legalment inkapaċi; persuni li jfittxu li jirreġistraw twelid u kawżi oħrajn previsti fi ftehimiet internazzjonali li r-Repubblika tal-Litwanja hija parti fihom.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Qorti tiddeċiedi dwar l-ammissibilità billi tadotta riżoluzzjoni. Din il-proċedura hija meqjusa bħala l-bidu ta’ kawża ċivili. Jekk ikun hemm xi nuqqasijiet u persuna li tipparteċipa fil-kawża jew li tkun ippreżentat pretensjoni/dokument proċedurali telimina dak in-nuqqas skont ir-rekwiżiti u l-iskadenzi tal-qorti, il-pretensjoni/id-dokument jitqiesu bħala li ġew ippreżentati fid-data tal-konsenja tagħhom lill-qorti. Inkella, huma jitqiesu bħala li ma ġewx ippreżentati u jintbagħtu lura lill-attur, flimkien mal-annessi, permezz ta’ ordni tal-imħallef, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara l-iskadenza għall-eliminazzjoni tan-nuqqasijiet.

Pretendent huwa intitolat li jirtira l-pretensjoni tiegħu, sakemm il-qorti ma tkunx bagħtet kopja tagħha lill-konvenut. Il-pretensjoni tista’ tiġi rtirata fi stadju aktar tard biss jekk il-konvenut jaqbel ma’ dan u l-pretensjoni tiġi rtirata qabel ma l-qorti tal-prim’istanza tadotta d-deċiżjoni tagħha.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-partijiet fil-proċedimenti jiġu informati dwar il-ħin u l-post tas-seduta ta’ smigħ tal-qorti jew miżuri proċedurali individwali permezz ta’ taħrika jew avviż tal-qorti. Skeda tas-seduti ta’ smigħ tal-qorti hija disponibbli wkoll fuq l-internet permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qrati Litwani aċċessibbli fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://liteko.teismai.lt/tvarkarasciai/

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Lussemburgu

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Il-medjazzjoni hija mod alternattiv biex jissolva tilwim li, f'ċerti każijiet, tista' tevitalek li tiftaħ kawża l-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

It-termini preskrittivi jvarjaw skont il-każ.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Ġuriżdizzjoni - il-Lussemburgu".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Ġuriżdizzjoni - il-Lussemburgu".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Ġuriżdizzjoni - il-Lussemburgu".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi mill-valur u mill-kwistjoni tal-litiġju.

Wieħed jista' jqassam il-każijiet kif ġej, ħlief għal eċċezzjonijiet partikolari previsti mil-liġi:

  • Jekk il-kawża tkun fuq valur ta' EUR 10 000 jew inqas, fil-prinċipju tinstema' quddiem kummissarju tal-ġustizzja. F'dawn il-qrati, il-partijiet jistgħu jidhru personalment jew ikunu rappreżentati minn ħaddieħor li jekk ma jkunx avukat, irid ikun ingħata setgħa speċjali (mandat).
  • Jekk il-kawża tkun fuq valur ta' iktar minn EUR 10 000, fil-prinċipju tinstema' quddiem qrati distrettwali. F'dawn il-qrati, trid tkun rappreżentat minn avukat tal-qorti (avocat à la cour) ħlief fi proċeduri sommarji u kawżi tad-dritt kummerċjali, fejn il-partijiet jistgħu jidhru personalment imma jistgħu jagħżlu xorta li jkunu assistiti jew rappreżentati. Fil-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Qorti tal-Appell), trid tkun rappreżentat minn avukat tal-qorti.
  • Ċerti kawżi huma kompetenza tal-kummissarji tal-ġustizzja anki jekk il-valur tal-kawża jkun ta' iktar minn EUR 10 000: pereż. tilwim bejn il-kerrejja u sidien il-kera, talbiet għal manteniment, ħlief dawk marbuta ma' talba għal divorzju jew separazzjoni. Ġeneralment, il-preżentazzjoni ta' talbiet għal quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja jsiru b'ċitazzjoni permezz ta’ marixxall. F’dan il-każ, iċ-ċitazzjoni trid tosserva ċerti rekwiżiti formali maħsuba b’mod partikolari biex tad-drittijiet tad-difiża jkunu rispettati.F’ċerti każijiet, il-partijiet jistgħu jiftħu l-kawża huma stess mingħajr ma jirrikorru għand marixxall, permezz ta’ talba bil-miktub lill-kummissarju tal-ġustizzja (proċedura ssimplifikata u inqas oneruża minn dik quddiem il-qorti distrettwali). Fiż-żewġ każijiet, il-partijiet jistgħu jidhru personalment jew ikunu rappreżentati minn ħaddieħor, li jekk ma jkunx avukat, irid ikun ingħata awtorizzazzjoni speċjali (mandat).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi mill-kategoriji msemmija fil punt ta' qabel dan.

Jekk il-kawża tkun fuq valur ta’ EUR 10 000 jew inqas, il-partijiet jistgħu jiftħu l-kawża direttament (permezz ta’ talba) jew indirettament (permezz ta’ ċitazzjoni bil-marixxall) quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja li jkollu l-kompetenza territorjali. Fil-prattika t-talba tingħata lill-uffiċjal tal-qorti (greffiers en chef) tal-ġuriżdizzjoni tiegħek.

Jekk il-kawża tkun fuq valur ta' iktar minn EUR 10 000, fil-prinċipju, il-partijiet iridu jmorru għand avukat, biex iħarrek lill-parti avversarja permezz ta' marixxall f'isem il-klijent. L-avukat jippreżenta l-atti li jiftħu l-proċediment lill-qrati distrettwali jew lill-qorti tal-ġustizzja superjuri li jkollha l-kompetenza territorjali.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwi li jistgħu jintużaw huma l-Franċiż, il-Ġermaniż jew il-Lussemburgiż, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw ċerti materji.

Il-proċedimenti jibdew b'taħrika (assignation) jew ċitazzjoni (citation), ħlief f'każijiet fejn biżżejjed li ssir talba (requête) sempliċi lill-qorti. Ħlief għal xi eċċezzjonijiet rari quddiem il-kummissarji tal-ġustizzja għal ċerti kwistjonijiet partikolari, it-talba trid tiġi ppreżentata bil-miktub. Dokumenti li jintbagħtu b'faks jew e-mail mhumiex ammessi.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Għal xi kwistjonijiet partikolari (pereż. talbiet għal ordnijiet ta' ħlas għal ammonti ta' flus dovuti jew ta' kontijiet mhux imħallsa) hemm formola x'timtela. Fil-prinċipju, iċ-ċitazzjonijiet quddiem il-kummissarji tal-ġustizzja, it-talbiet u t-taħrik quddiem il-qrati distrettwali u rikorsi għal appelli quddiem il-qrati superjuri, iridu jinkludu ċerta informazzjoni u jsegwu format partikolari, inkella jkunu nulli. Ma hemmx formoli prestabbiliti għal dan.

Hemm ukoll formoli għat-talbiet ibbażati fuq leġiżlazzjoni tal-UE. Dan jinkludi talbiet għal ordnijiet ta' ħlas Ewropej ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006, u talbiet għall-proċedura Ewropea għat-talbiet iż-żgħar, ibbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 861/2007.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Fil-prinċipju, l-ispejjeż ġudizzjarji jitħallsu ladarba tintemm il-kawża.Il-qorti tista’ wkoll tiddeċiedi li tikkundanna lill-parti telliefa biex tħallas l-ispejjeż proċedurali tal-parti rebbieħa, jekk l-imħallef iqis li ma jkunx ġust li l-parti rebbieħa tħallas it-tariffi u l-ispejjeż kollha li tkun ġarrbet. L-imħallef jista' wkoll jordna li tingħata garanzija jew depożitu (avance) li jitħallas minn parti jew iktar fil-proċediment (pereż. f'każ ta' li tiġi ordnata perizja mill-Qorti).

Ir-rimunerazzjoni tal-avukat mingħand il-klijent tiegħu tkun maqbula bejniethom. Fil-prattika, normalment titħallas parti mis-somma lill-avukat bil-quddiem (avance).

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna legali - il-Lussemburgu".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

  • Rikorrenti li jiddeċiedi li jirrappreżenta lilu nnifsu, fejn permess mil-liġi, ikun infurmat mill-qorti bil-proċedimenti tal-kawża tiegħu.
  • Meta r-rikors irid ikun jew ikun introdott minn avukat, f'isem il-klijent tiegħu, il-qorti tinforma lill-avukat bil-proċedimenti tal-kawża, bħala r-rappreżentant ġuridiku tal-klijent. L-avukat jista' jipprovdi lill-klijent tiegħu d-dettalji tal-iskeda tal-avvenimenti meta dawn ikunu magħrufa u prevedibbli.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ara t-tweġiba tal-mistoqsija preċedenti.

Fil-proċeduri bil-miktub, iż-żmien permess biex tidher quddiem il-qorti huwa fil-prinċipju stabbilit mil-liġi, jew jista' jkun stabbilit mill-imħallef biex jisma’ waħda mill-partijiet jew parti terza personalment. It-termini stabbiliti mil-liġi jvarjaw skont il-ġuriżdizzjoni u skont jekk il-konvenut ikunx jgħix il-Lussemburgu jew le. Għall-proċeduri orali, fil-prinċipju, l-attur irid jindika lill-konvenut data preċiża biex jidher fis-seduta.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 25/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Malta

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Iva, biex tiftaħ kawża f’qorti Maltija trid tmur il-Qorti. Hemmhekk l-avukat jew il-Prokuratur legali jippreżenta rikors u jħallas tariffa fuqu. Jekk il-kawża tkun se tinfetaħ quddiem Qorti superjuri, il-persuna li tkun trid tiftaħ il-kawża jkollha bżonn tieħu ġurament.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Le, wieħed jista’ jiftaħ kawża l-Qorti meta jrid. Però l-intimat dejjem jista’ jqajjem l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri quddiem il-Qorti.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Il-persuna li tiftaħ il-kawża għandha tkun fiżikament preżenti fl-awla matul is-seduti. Fin-nuqqas ta’ dan, jista’ jidher għaliha avukat jew prokuratur legali. Jekk parti tkun assenti minn Malta jrid jiġi maħtur kuratur f'Malta sabiex jkun jista' jitkompla l-proċediment ġudizzjarju fl-assenza tal-parti.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Għalkemm f’Malta hemm bini tal-Qorti wieħed, dan il-bini jinqasam f’diversi Qrati differenti u dan skont il-materja tal-każ, skont il-valur tal-pretensjoni tar-rikorrent kif ukoll skont fejn ikun jirrisjedi ir-rikorrent. Hawn taħt qed jiġu indikati l-Qrati Ċivili differenti li jeżistu f’Malta:

a. Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) – tisma’ kwalunkwe talba marbuta mal-familja bħal separazzjoni, divorzju, manteniment, filjazzjoni u annullament.

b. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Sezzjoni tal-Familja) – l-istess bħall-“a” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra persuna li toqgħod Għawdex jew li għandha ir-residenza ordinarja tagħha ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex;

c. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (sede Kostituzzjonali) – kawżi ta’ natura kostituzzjonali;

d. Il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) – tisma’ u tiddeċiedi kawżi ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha sal-ammont ta’ EUR 15 000 kontra persuni li joqogħdu jew li għandhom ir-residenza ordinarja tagħhom f’parti tal-Gżira ta’ Malta u kull pretensjoni oħra stipulata mill-liġi Maltija;

e. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Inferjuri) - l-istess bħad-“d” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra xi ħadd li joqgħod Għawdex jew li għandu r-residenza ordinarja tiegħu ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex. Din għandha wkoll setgħat li huma mogħtija lill-Qorti Ċivili fil-Ġuriżdizzjoni Volontarja tagħha.

f. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – tisma’ u tiddeċiedi kawżi ta’ natura purament ċivili dwar il-pretensjonijiet kollha li jammontaw għal aktar minn EUR 15 000, kif ukoll kwalunkwe kawżi (indipendentement mill-valur tat-talba) li fihom jidħlu kwistjonijiet dwar il-proprjetà ta’ beni immobbli, jew li għandhom x’jaqsmu ma’ servitujiet, piżijiet jew drittijiet oħrajn magħqudin mal-beni immobbli, inkluża kull talba għal żgumbrament jew tkeċċija minn beni immobbli kemm urbani kif ukoll rurali, mikrija jew okkupati minn persuni li joqogħdu jew li għandhom l-abitazzjoni ordinarja tagħhom fil-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti.

g. Il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) (Ġuriżdizzjoni Superjuri) (Sezzjoni Ġenerali) – l-istess bħall-“f” iżda din il-Qorti jirrikorru fiha persuni li jridu jiftħu kawża kontra xi ħadd li joqgħod Għawdex jew li għandu ir-residenza ordinarja tiegħu ġewwa l-Gżira ta’ Għawdex;

h. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil- Ġuriżdizzjoni Volontarja tagħha - Din il-Qorti tisma’ kwistjonijiet li ma jkunux kontenzjużi, bħalma huma l-ftuħ ta’ testment sigriet, it-tutela u l-adozzjoni. Barra minn hekk, din il-Qorti tagħti awtorizzazzjoni jew permess sabiex wieħed ikun jista’ jikkuntratta. Din il-Qorti tagħti wkoll awtorizzazzjonijiet biex wieħed jagħmel dispożizzjonijiet li l-liġi ma tippermettix li jsiru mingħajr ma’ jkun hemm awtorizzazzjoni jew permess minn qabel għalihom.

Minbarra dawn il-Qrati, insibu wkoll għadd ta’ Tribunali. Fost dawn insibu t-Tribunal għal Talbiet Żgħar (li jisma’ u jaqta’ biss it-talbiet kollha ta’ flus ta’ ammont ta’ mhux iżjed minn EUR 5 000), it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u t-Tribunal Industrijali. F’Malta jeżisti wkoll iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ li jipprovdi servizzi relatati ma’ arbitraġġi. Il-liġi Maltija tistipula li f’ċertu ċirkostanzi il-partijiet iridu bilfors jirrikorru għall-arbitraġġ (arbitraġġ mandatorju). Wieħed għandu bilfors jirrikorri għall-arbitraġġ f’kawżi ta’ tilwim dwar kondominju u tilwim dwar it-traffiku ta’ vetturi bil-mutur.

Dawn il-Qrati huma kollha qrati ta’ prim’istanza u huma kollha qrati ordinarji. Għalhekk, appell minn deċiżjonijiet ta’ dawn il-qrati jista’ jsir fil-Qorti tal-Appell. Fil-każ ta’ appelli mit-Tribunal għal Talbiet Żgħar, miċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ jew mill-Qorti tal-Maġistrati, l-appell isir fil-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Inferjuri tagħha (ippreseduta minn imħallef wieħed). Fil-każ ta’ appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, l-appell jiġi ppreżentat fil-Qorti tal-Appell fil-Ġuriżdizzjoni Superjuri tagħha (ippreseduta minn tliet imħallfin). Appell minn deċiżjonijiet tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) għandu jsir quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Appell minn deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) kemm fl-attribuzzjoni inferjuri kif ukoll f’dik superjuri tagħha għandu jsir quddiem il-Qorti tal-Appell f'Malta.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 4.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Wieħed ikollu bżonn avukat jew prokuratur legali biex ikun jista’ jressaq kawża quddiem Qorti Inferjuri. Jekk il-kawża tinfetaħ quddiem Qorti Superjuri, wieħed għandu bżonn kemm avukat u kemm prokuratur legali.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Fir-reġistru tal-Qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Ir-rikors jrid jsir bil-lingwa Maltija. Dan irid jiġi ppreżentat bil-miktub u l-avukat jew il-prokuratur legali irid imur personalment sabiex jippreżentah.

Tista' wkoll issir talba biex il-proċeduri jinstemgħu bil-lingwa Ingliża jekk waħda mill-partijiet tkun stranġiera.

F’Malta ma hemmx il-fakultà li rikors jiġi ppreżentat bil-posta elettronika jew permezz ta’ faks.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli li tista’ timla jekk tkun trid tiftaħ kawża quddiem iċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ jew quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar. Però ma jeżistu l-ebda formoli għall-kawżi quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Meta wieħed jiftaħ kawża quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, huwa importanti li r-rikors ikun fih:

(a) dikjarazzjoni li tfisser b’mod ċar u sewwa l-oġġett tal-kawża f’paragrafi numerati separatament, sabiex isaħħaħ it-talba tiegħu u jiddikjara wkoll liema fatti jaf bihom personalment;

(b) ir-raġuni tat-talba;

(c) it-talba jew it-talbiet li għandhom ikunu numerati; u

(d) f’kull rikors ġuramentat għandu jkun hemm stampat b’ittri ċari u preċiżi taħt l-intestatura tal-Qorti dan il-kliem li ġej:

Min jirċievi dan ir-rikors maħluf kontra tiegħu għandu jippreżenta r-risposta maħlufa tiegħu fi żmien għoxrin (20) jum mid-data tan-notifika, ċoè minn meta jirċiviha. Jekk ma tiġix ippreżentata r-risposta maħlufa bil-miktub kif trid il-liġi saż-żmien imsemmi, il-Qorti tgħaddi biex tagħti d-deċiżjoni skont il-liġi.

Għalhekk huwa fl-interess ta’ min jirċievi dan ir-rikors maħluf li jkellem avukat bla dewmien sabiex il-Qorti tisma x’għandu xi jgħid fil-kawża.”

(e) Flimkien mar-rikors ġuramentat għandhom jinġiebu d-dokumenti meħtieġa sabiex isaħħu t-talba.

(f) Ir-rikors ġuramentat għandu jiġi kkonfermat bil-ġurament quddiem ir-Reġistratur jew prokuratur legali maħtur bħala Kummissarju b’setgħa li jagħti ġurament taħt l-Ordinanza dwar il-Kummissjunarji b’setgħa li jagħtu ġurament (Kap. 79).

(g) L-attur għandu wkoll jagħti mad-dikjarazzjoni l-ismijiet tax-xhieda li jkun bi ħsiebu jġib, filwaqt li jiddikjara dwar kull wieħed minnhom x’fatti u xi prova bi ħsiebu jagħmel bix-xhieda tagħhom.

(h) Ir-rikors ġuramentat għandu jiġi nnotifikat lill-konvenut.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iva, meta tippreżenta rikors, trid tħallas it-tariffa abbinata ma' tali rikors. L-ammont ivarja skont it-tip ta’ kawża u/jew il-valur tat-talba.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, persuna li m’għandhiex mezzi tista’ titlob għall-għajnuna legali. Talba għall-għajnuna legali għandha ssir b’rikors fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Hija tista’ ssir ukoll bil-fomm lill-Avukat tal-Għajnuna Legali. Biex tingħata għajnuna legali hemm bżonn li wieħed jissodisfa ċertu kriterji u ċoè r-rikorrent irid jaħlef quddiem ir-Reġistratur u meta t-talba ssir bil-fomm jaħlef quddiem l-Avukat għall-Għajnuna Legali li:

(a) hu jidhirlu li għandu jedd tajjeb biex iħarrek jew jiddefendi ruħu, jew li jkompli jew ikun parti fi proċedimenti;

(b) minbarra l-oġġett fil-kawża hu ma għandu ebda xorta ta’ proprjetà li l-valur tagħha tammonta għal EUR 6 988,12 jew aktar, bla ma jitqiesu dawk l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum li huma raġonevolment meħtieġa għall-użu tar-rikorrent u tal-familja tiegħu, u li l-qligħ tiegħu fis-sena jkun inqas mill-paga minima nazzjonali stabbilita għall-persuni li jkunu għalqu it-tmintax-il sena.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Meta wieħed jippreżenta rikors, il-kawża tiġi appuntata quddiem il-Qorti. Ir-rikorrent u l-kontroparti jiġu nnotifikati mill-Qorti bid-data tal-ewwel dehra (l-avviż tas-smigħ). Wieħed jista’ jiċċekkja wkoll jekk il-kawża tiegħu ġietx appuntata permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qrati tal-Ġustizzja. Il-partijiet ma jirċievu l-ebda konferma dwar jekk il-każ ġiex ippreżentat korrettament jew le, però għandu jingħad li r-reġistratur tal-Qorti m’għandu jirċievi l-ebda rikors ġuramentat li ma jkunx jissodisfa l-elementi indikati fil-mistoqsija numru 9.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Ir-rikorrent jiġi notifikat bl-avviż tas-smigħ. Id-data tas-seduta li jkun imiss tiġi ffissata seduta stante. Ċerta informazzjoni dwar il-kawża tista’ tinkiseb mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qorti tal-Ġustizzja.

L-aħħar aġġornament: 07/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Olanda

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Le, mhux bilfors dejjem trid tmur il-qorti biex issolvi t-tilwima tiegħek. F’xi każijiet, ikun perfettament possibbli li tagħmel użu minn forom alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Iva, ġeneralment ikun hemm, iżda t-termini għat-tressiq ta’ azzjoni fil-qorti jvarjaw minn kawża għal oħra u mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f’termini ġenerali. Għall-mistoqsijiet, l-aħjar li tikkuntattja avukat jew l-Uffiċċju ta’ Għajnuna Legali (Juridisch loket) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.juridischloket.nl/)

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Bħala regola bażika, il-konvenut jitħarrek mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-kawża tiegħek trid titressaq quddiem il-qorti distrettwali għall-post tar-residenza tal-konvenut. Jekk il-post tar-residenza tal-konvenut fin-Netherlands ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni tista’ tkun ukoll f’idejn il-qorti għall-post fejn attwalment tkun qed toqgħod din il-persuna. Għalhekk, trid issib f’liema indirizz u f’liema muniċipalità Netherlandiża qed jgħix il-konvenut. Jekk dak ikun magħruf, tista’ tikkonsulta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar il-Klassifikazzjoni Ġudizzjarja (Wet op de rechterlijke indeling) sabiex issir taf f’liema distrett ġudizzjarju jinsab il-post tar-residenza jew tas-soġġorn. Abbażi ta’ dan, huwa possibbli li tiddetermina l-qorti distrettwali li trid tiġi ppreżentata l-kawża lilha.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Għat-tweġiba għal din il-mistoqsija, issir referenza għall-mistoqsija preċedenti. Għal aktar informazzjoni sabiex tiddetermina quddiem liema qorti għandek tressaq il-kawża tiegħek, aħna nirreferuk għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fin-Netherlands, il-prinċipju legali huwa li l-partijiet iridu jkunu rrappreżentati minn avukat fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. F’dan ir-rigward, ma tagħmel ebda differenza jekk il-kwistjoni tkunx tinvolvi proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, proċedimenti mibdija b’rikors jew proċedimenti sommarji, proċedura għal mandat ta’ inibizzjoni interim jew, pereżempju, proċedimenti f’kontumaċja.

Tapplika eċċezzjoni biss għal pretensjonijiet li jammontaw sa massimu ta’ EUR 25 000 jew għal pretensjonijiet ta’ valur indeterminat, iżda fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-valur li jirrappreżentaw ma jaqbiżx il-EUR 25 000. F’dawn il-kawżi, hija l-qorti distrettwali li għandha ġuriżdizzjoni u l-partijiet jistgħu jaġixxu għan-nom tagħhom stess fil-proċedimenti. Il-partijiet jistgħu jiksbu wkoll assistenza mingħand persuni oħrajn minbarra avukati, pereżempju konsulent legali jew uffiċjal ġudizzjarju.

Jekk il-kawża tinvolvi ftehim tax-xogħol, ftehim ta’ negozjar kollettiv, dispożizzjoni ta’ ftehim ta’ negozjar kollettiv iddikjarata li hija ġeneralment vinkolanti, ftehim ta’ rtirar bikri, kif imsemmi fl-Att dwar il-Ftehim Qafas għall-Irtirar Bikri ta’ Uffiċjali tal-Gvern (Wet kaderregeling vut overheidspersoneel), ftehim ta’ aġenzija, ftehim ta’ kiri jew ftehim ta’ opzjoni ta’ lokazzjoni, ikun possibbli wkoll li taġixxi mingħajr avukat. Għalhekk, għal dawn il-kawżi, l-ammont tal-pretensjoni f’termini monetarji huwa irrilevanti.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Id-dokumenti bil-miktub li bihom jistgħu jinbdew il-proċedimenti jridu jiġu indirizzati lill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Jeħtieġ li hawnhekk wieħed iżomm f’moħħu d-differenza bejn il-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat u l-proċedimenti mibdija b’rikors. Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, ir-rikors ġuramentat l-ewwel jiġi nnotifikat lill-konvenut u mbagħad jiġi rreġistrat fl-uffiċċju tal-iskrivan. Iż-żewġ azzjonijiet iridu jitwettqu minn uffiċjal ġudizzjarju. Wara dan, il-proċedimenti jitmexxew permezz tal-lista ta’ kawżi (lista ta’ kawżi li jinstemgħu matul is-sessjoni). Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Ara wkoll "In-notifika tad-dokumenti".

Il-proċedura deskritta hawn fuq se tinbidel fis-snin li ġejjin meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri elettroniċi (obbligatorji). Din il-leġiżlazzjoni għandha tiddaħħal gradwalment mill-2017 sal-2021. Fl-aħħar mill-aħħar, il-proċeduri elettroniċi għandhom isiru obbligatorji fil-kawżi kollha b’rappreżentanza legali obbligatorja. Dawn il-kawżi mbagħad dejjem jibdew bil-preżentazzjoni ta’ dokument oriġinarju (procesinleiding) permezz tal-portal tal-internet tas-servizz ġudizzjarju (Rechtsspraak) jew permezz ta’ konnessjoni tas-sistema bejn is-servizz ġudizzjarju u l-avukat. Issir ukoll referenza għall-informazzjoni dwar "Ipproċessar awtomatiku".

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fin-Netherlands, l-Olandiż huwa l-lingwa uffiċjali tal-proċeduri tal-qorti. Dan ifisser li r-rikors ġuramentat jew ir-rikors (bil-miktub) li jibda l-proċedimenti jrid jitfassal bl-Olandiż. Bħala eċċezzjoni, id-dokumenti proċedurali f’kawża pendenti quddiem qorti stabbilita fil-provinċja ta’ Friesland jistgħu jitfasslu bil-lingwa ta’ Friesland.

Id-dokumenti jistgħu jiġu ddepożitati wkoll mal-uffiċċju tal-iskrivan ta’ qorti distrettwali b’fax. Id-dokumenti mibgħuta b’fax li jaslu fl-uffiċċju tal-iskrivan qabel 24:00 (nofsillejl) tal-aħħar jum jitqiesu bħala li ġew ippreżentati sad-data ta’ skadenza. Hemm eċċezzjoni għal dan: ir-rikorsi fil-kawżi tal-familja ma jiġux aċċettati jekk ikunu ntbagħtu b’fax. Id-dokumenti ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz tal-posta elettronika. Mill-2017 sal-2021, il-proċeduri elettroniċi għandhom jiddaħħlu gradwalment għall-kwistjonijiet kollha tal-liġi ċivili u amministrattiva. Jekk ikunu daħlu fis-seħħ proċeduri elettroniċi għat-tip ta’ kawża kkonċernata, azzjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti b’mod elettroniku permezz tal-portal tal-internet tas-servizz ġudizzjarju.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Huma stabbiliti bil-liġi rekwiżiti speċifiċi dwar il-kontenut ta’ rikors ġuramentat jew rikors (bil-miktub) li jibda l-proċedimenti. Skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida li tippermetti proċeduri elettroniċi, jifdal mod wieħed biss ta’ kif jinbdew il-proċedimenti. Din il-leġiżlazzjoni għandha tiddaħħal gradwalment minn Settembru 2017 sal-2021. Għal aktar informazzjoni, issir referenza Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħar-Regoli ta’ Proċedura Nazzjonali għal taħrika ċivili lill-qrati (Landelijk Procesreglement voor civiele dagvaardingen bij de rechtbanken) (taħt Rechtbanken (il-Qrati Distrettwali), Handel (il-Kummerċ)) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħar-Regoli ta’ Proċedura għall-proċedimenti mibdija b’rikors fis-settur tal-liġi ċivili kummerċjali/qorti fi proċedimenti sommarji (Procesreglement voor verzoekschriftenprocedure sector civiel handel/voorzieningenrechter).

Proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, l-uffiċjal ġudizzjarju jinnotifika r-rikors ġuramentat lill-konvenut, imbagħad jirreġistrah fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti. It-taħrika trid tinkludi: l-isem tal-pretendent, x’inhi l-pretensjoni, l-isem tal-konvenut, ir-raġunijiet għall-pretensjoni u d-dokumenti li jissostanzjaw ippreżentati mill-pretendent b’sostenn għall-pretensjoni. It-taħrika tiddikjara wkoll id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-qorti li fiha se tinstema’ l-kawża.

Il-fajl irid ikun fih id-dokumenti li ġejjin:

  1. Ir-rikors ġuramentat oriġinali;
  2. Jekk ir-rikors ġuramentat ikun irid jiġi nnotifikat barra l-pajjiż, id-dokumenti oriġinali li juru li dan sar b’mod korrett;
  3. Evidenza ta’ għajnuna legali ffinanzjata pubblikament jew rapport tal-introjtu jew kopja tat-talba għal għajnuna legali ffinanzjata pubblikament jew rapport tal-introjtu;
  4. Evidenza tal-għażla tad-domiċilju tal-konvenut;
  5. L-esebiti (id-dokumenti) li għandhom jiġu invokati fil-proċedimenti;
  6. In-notifika ta’ jekk il-medjazzjoni seħħitx qabel il-proċedimenti u, fil-każijiet elenkati hawn taħt, il-kopji tad-dokumenti li ġejjin ukoll jiġu ppreżentati:
  7. jekk issir talba għal rimborż tal-ispejjeż ta’ mandat ta' sekwestru, kopja tad-dokumenti tal-mandat ta' sekwestru;
  8. f’każijiet ta’ riferiment, id-deċiżjoni tar-riferiment u d-dokumenti inklużi sar-riferiment;
  9. jekk ir-rikors ġuramentat ikun irid jiġi ppubblikat jew tradott f’lingwa barranija, id-dokumenti li juru li dan seħħ.

Proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, ir-rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti.

Il-fajl irid ikun fih id-dokumenti li ġejjin:

  1. L-isem, il-kunjom u l-post tar-residenza jew, fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fin-Netherlands, il-post fejn attwalment qed jirrisjedi r-rikorrent, kif ukoll
  2. L-isem, l-indirizz, il-post tar-residenza jew, fin-nuqqas ta’ post tar-residenza fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-post fejn attwalment qegħdin jirrisjedu kull intimat u kull parti interessata, safejn ikun jaf ir-rikorrent, kif ukoll
  3. Deskrizzjoni ċara tar-rikors u r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat, inklużi r-raġunijiet għall-ġuriżdizzjoni lokali tal-qorti, kif ukoll
  4. L-isem u n-numru tat-telefon tal-avukat assenjat għall-kawża.

Kwalunkwe parti li tinvoka kwalunkwe dokument fir-rikors ġuramentat, dikjarazzjoni bil-miktub jew nota ta’ informazzjoni hija mitluba li tehmeż kopja ta’ dak id-dokument.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Iridu jitħallsu t-tariffi tal-qorti meta titressaq azzjoni fil-qorti. L-ammont tagħhom jiddependi fuq in-natura u l-ammont involuti fit-tilwima. Fil-prattika, l-avukat tiegħek ta’ spiss iħallas dan l-ammont bil-quddiem u sussegwentement jitolbu lilek. Jekk matul il-proċedimenti jkun meħtieġ li jissejjaħ espert (pereżempju, awditur, espert mediku jew espert tekniku), fl-aħħar mill-aħħar, il-qorti titlob li l-ispejjeż jitħallsu mill-parti telliefa, sakemm ma tiddeċidix mod ieħor (pereżempju, fil-kawżi tal-familja, fejn l-ispejjeż ġeneralment jitħallsu mill-parti li tkun ġarrbithom). L-istess japplika wkoll għall-ispejjeż tax-xhieda jew ta’ forom oħrajn ta’ evidenza.

L-avukati jitolbu onorarju għall-attivitajiet tagħhom, ibbażata fuq rata fis-siegħa (bil-VAT inkluża/eskluża), sakemm ma jkunx hemm intitolament għal għajnuna legali ffinanzjata pubblikament (ara wkoll il-mistoqsija 11). Fil-prinċipju, l-onorarji tal-avukati fin-Netherlands mhumiex fissi. Huwa rrakkomandat li tinkiseb informazzjoni dwar is-suġġett fi żmien xieraq mingħand l-avukat li jirrappreżentak jew mill-Kamra tal-Avukati Netherlandiża (Nederlandse orde van Advocaten). Il-biċċa l-kbira tal-avukati jitolbu avvanz u sussegwentement jiddikjaraw ix-xogħol tagħhom matul il-proċedimenti, segwit b’fattura finali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Fin-Netherlands teżisti l-possibbiltà ta’ għajnuna legali ffinanzjata pubblikament. Kull min ikun jeħtieġ assistenza legali, iżda ma jistax jaffordjaha, jista’ jitlob kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż legali. Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor rechtsbijstand) imbagħad iħallas parti mill-ispejjeż ta’ avukat, iżda trid titħallas ukoll kontribuzzjoni proprja. Din il-kontribuzzjoni tiddependi fuq is-sitwazzjoni finanzjarja. Ir-rikors jiġi ppreżentat mill-avukat lill-Bord tal-Għajnuna Legali. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Bord tal-Għajnuna Legali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rvr.org/).

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, il-kawża tkun pendenti mid-data tat-taħrika. Ir-rikors ġuramentat jiġi ppreżentat mill-pretendent lill-uffiċċju tal-iskrivan sa mhux aktar tard mill-aħħar jum tal-ftuħ tal-uffiċċju tal-iskrivan qabel id-data tal-lista ta’ kawżi stipulata fit-taħrika (id-data skedata għas-seduta ta’ smigħ). L-iskrivan idaħħal il-kawża fil-lista ta’ kawżi ta’ diviżjoni waħda ta’ mħallfin.

Il-pendenza tal-proċedimenti tiskadi jekk ir-rikors ġuramentat ma jkunx ġie ppreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan sad-data ta’ skadenza msemmija qabel, sakemm ma jkunx inħareġ avviż ta’ rkupru validu fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-lista ta’ kawżi stipulata fir-rikors ġuramentat.

Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, il-kawża tkun pendenti meta r-rikors ikun ġie ppreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan.

B’mod ġenerali, ma tintbagħat ebda konferma li kawża tkun ġiet ippreżentata b’mod validu. F’kawżi mibdija b’rikors ġuramentat, jekk il-mandat ikun insuffiċjenti, f’xi każijiet, il-pretendent jingħata l-opportunità li jirrimedja l-insuffiċjenza. L-istess japplika fil-każ ta’ proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors. Madankollu, l-uffiċċju tal-iskrivan mhuwiex obbligat li joffri din l-opportunità.

Fil-proċedimenti li jridu jitwettqu b’mod elettroniku, is-sistema elettronika tiġġenera konferma tar-riċevuta li tiġi inkluża fl-atti tal-kawża elettroniċi. Id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati b’mod elettroniku f'kull ħin mill-partijiet.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-informazzjoni preċiża dwar l-iskeda ta’ żmien għall-proċedimenti ma tistax tingħata immedjatament mill-uffiċċju tal-iskrivan jew meta tinbeda l-azzjoni. Naturalment, inti tiġi nnotifikat dwar meta finalment tkun se tinstema’ l-kawża tiegħek. B’mod ġenerali, l-avukat jew l-uffiċċju tal-iskrivan ikun jista’ jgħid bejn wieħed u ieħor meta tkun se tinstema’ kawża, iżda ma hemm ebda intitolament għal tali notifiki.

L-aħħar aġġornament: 02/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Awstrija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista’ jkun aħjar li tintuża s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim qabel ma wieħed jirrikorri għall-qorti.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-limiti ta’ żmien ivarjaw minn kawża għal oħra. Għandek tikseb parir mingħand avukat dwar il-limiti ta’ żmien.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara l-iskeda informattiva dwar “il-ġurisdizzjoni tal-Qrati – L-Awstrija”.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara l-iskeda informattiva dwar “Il-ġurisdizzjoni tal-Qrati – L-Awstrija”.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara l-iskeda informattiva dwar “Il-ġurisdizzjoni tal-Qrati – L-Awstrija”.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

F’kawżi ċivili u kummerċjali li jridu jiġu riżolti permezz tal-qrati, il-pretensjonijiet ippreżentati fil-Qrati Distrettwali (Bezirksgerichte), li bħala regola għandhom ġurisdizzjoni għal ammonti inkwistjoni ta’ EUR 15 000 jew inqas, jridu jiġu ffirmati minn avukat jekk l-ammont inkwistjoni jkun aktar minn EUR 5 000. Dan l-obbligu tal-avukat ma japplikax għal kawżi li għandhom jitressqu fil-Qrati Distrettwali irrispettivament mill-ammont inkwistjoni (jiġifieri anki jekk l-ammont jaqbeż il-EUR 15 000). Iżda japplika f'tilwim partikolari fir-rigward ta’ parentela, pagamenti ta' manutenzjoni statutorji u divorzju, tilwim bejn il-konjuġi jew bejn il-ġenituri u t-tfal, tilwim dwar il-konfini tal-art, akkomodazzjoni pprovduta minnhom u dispożizzjoni għal bdiewa rtirati, it-tilwim dwar interferenza ma’ pussess, tilwim li jirriżulta minn ftehim ta’ kiri jew liċenzji għal bini residenzjali u kummerċjali, inklużi l-ispazji għall-parkeġġ u l-garaxxijiet, u minn kirjiet ta’ proprjetà u intrapriżi li jippossjedu l-proprjetà u tilwim li jinqala’ minn kuntratti bejn il-baħħara, it-trasportaturi u l-ħaddiema tal-lukandi u l-impjegaturi tagħhom, il-passiġġieri jew il-mistednin).

Barra minn hekk, l-obbligu tal-avukat lanqas ma japplika għal pretensjonijiet magħmula fi proċedimenti mhux kontenzjużi.

Fejn it-rappreżentanza ġuridika quddiem il-Qrati Distrettwali ma tkunxx obbligatorja, kwalunkwe persuna tista’ tressaq pretensjoni bil-miktub jew applikazzjoni li tniedi l-proċedimenti quddiem il-qorti.

Biex kawżi ċivili u kummerċjali jinġiebu quddiem il-qrati, pretensjonijiet ippreżentati quddiem il-Qrati Reġjonali (Landesgerichte) normalment, iridu dejjem jiġu ffirmati minn avukat. Il-Qrati Reġjonali għandhom ġurisdizzjoni għall-pretensjonijiet kollha li għalihom il-Qrati Distrettwali ma għandhomx ġurisdizzjoni, irrispettivament mill-ammont inkwistjoni, bħal tilwim dwar il-liġi tal-proprjetà industrijali, il-kompetizzjoni inġusta u azzjoni għal inġunzjonijiet ippreżentati mill-assoċjazzjonijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

Mhuwiex meħtieġ avukat biex jiffirma l-pretensjonijiet taħt il-liġi tas-sigurtà soċjali jew tal-impjieg (proċedimenti taħt l-Att dwar il-Qorti Soċjali u l-Impjieg– ASGG) li jitressqu quddiem il-Qrati Reġjonali. Dan japplika b’mod partikolari għal pretensjonijiet minn impjegati kontra l-impjegaturi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ impjieg tagħhom.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Pretensjonijiet bil-miktub iridu jintbagħtu fl-indirizz tal-Qorti għall-korrispondenza.

Madankollu, parti mhux rappreżentata minn avukat tista’ wkoll tirreġistra pretensjoni oralment f'kull Open Day tal-Qorti (“Amtstag”, ġeneralment darba fil-ġimgħa) fid-dipartiment addattat tal-Qorti Distrettwali b’ġurisdizzjoni għal tilwim jew fil-Qorti Distrettwali li fid-distrett tiegħu tkun qed tirresjedi l-parti kurrentement (fiż-żewġ każijiet taħt il-kontroll tal-imħallef). Id-dipartiment xieraq tal-Qorti huwa determinat minn qabel skont l-allokazzjoni tal-kawżi tal-Qorti u jistgħu jiġu aċċertati bit-telefown jew personalment fil-qorti matul fil-ħinijiet tal-uffiċċju. Il-ħinijiet tal-Open Day tal-Qorti Distrettwali (mill-inqas nofs ġurnata fil-ġimgħa) huma elenkati fuq il-websajt tal-Ministeru Federali għall-Ġustizzja taħt “Gerichte”, jew jistgħu jinkisbu – mill-inqas matul il-ħinijiet tal-uffiċju (normalment mit-08:00 sal-16:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa ħlief fil-festi pubbliċi) – permezz ta' telefonata l-Qorti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali fil-qrati kollha hija l-Ġermaniż. Xi qrati jippermettu wkoll l-użu tal-Kroat ta' Burgenland, l-Ungeriż jew is-Sloven bħala lingwi uffiċjali għal gruppi lingwistiċi minoritarji.

Il-pretensjonijiet jew l-applikazzjonijiet għat-tnedija ta' proċedimenti għandom jiġu preżentati bil-miktub. Jekk ma għandhom għalfejn jiġu ffirmati minn avukat, jistgħu wkoll jiġu rreġistrati oralment mal-Qorti Distrettwali b’ġuriżdizzjoni, kif spjegat taħt il-Mistoqsija 7 hawn fuq. Fejn il-pretensjonijiet huma mibgħuta lill-Qorti permezz ta’ faks jew email, il-qorti tista’ tagħti struzzjonijiet biex dawn jiġu kkoreġuti. Il-pretensjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati onlajn permezz tas-sistema magħluqa tal-pjattaforma tal-Ġustizzja elettronika tal-Awstrija (ERV), li għaliha jeħtieġ li wieħed jirreġistra (dan huwa biss finanzjarjament vijabbli għal dawk li jippreżentaw numri kbar ta’ pretensjonijiet quddiem il-qrati Awstrijaċi).

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

L-uniċi formoli obbligatorji li huma disponibbli huma dawk għal applikazzjonijiet għal ordnijiet ta’ ħlas kundizzjonali (Mahnklagen). Il-pretensjonijiet kollha ta’ pagamenti sa EUR 75 000 għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas skont din il-proċedura (Mahnverfahren). Il-formoli xierqa jistgħu jinkisbu mill-qorti jew billi jiġu stampati mil-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/).

Hemm forom fakultattivi għal ordni tal-qorti li jtemm kuntratt ta’ lokazzjoni ta’ abitazzjoni jew ta’ kiri kummerċjali għal stabbiliment kummerċjali wieħed jew aktar.

Bħala regola, kull pretensjoni tista’ tkun akkumpanjata minn kwalunkwe dokumenti (ġustifikattivi) li jappoġġaw il-pretensjoni (li għandhom jiġu ppreżentati fl-istess numru ta’ kopji bħall-pretensjoni nnifisha, ara l-Mistoqsija 12). Kull ftehim bil-miktub dwar iċ-ċentru ta’ ġurisdizzjoni jew forum domestiku (ftehimiet ta’ ġuriżdizzjoni) jista' jintehmeż mal-pretensjoni. L-istess japplika għal ftehimiet bil-miktub fil-post ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, jekk ir-rikorrent jixtieq iserraħ fuq l-istabbiliment ta’ ġurisdizzjoni, u għal fatti partikolari oħra rilevanti għall-ġurisdizzjoni jew proċeduri speċjali (pereżempju, il-proċedura għall-infurzar ta’ pagament ta’ kambjala).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu meta tiġi ppreżentata pretensjoni ċivili lill-qorti; dawn huma maħsuba biex ikopru l-ispiża globali tal-kawża fl-ewwel istanza u huma, bħala regola, indipendenti mir-riżultat sussegwenti tal-pretensjoni. It-tariffi huma normalment iggradati skont l-ammont inkwistjoni. Huma għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tiġi ppreżentata (personalment fil-qorti, fi flus kontanti jew b’karta ta’ kreditu jew ta’ debitu, jew mill-bogħod permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti, bir-referenza, “tariffi tal-qorti”, flimkien mal-ismijiet tal-partijiet).

It-tariffi tal-avukat jitħallsu skont kif miftiehem individwalment; l-istess japplika għall-ammont imħallas f’tariffi (sakemm ma jkunx sar il-ħlas skont l-Att dwar it-Tariffi Ġuridiċi (Rechtsanwaltstarifgesetz) jew il-Linji Gwida Generali għat-Tariffi (Allgemeine Honorar-Kriterien). Ir-rimborż normalment jista' biss jintalab mill-kontroparti ladarba tkun inqatgħet is-sentenza finali, u dan jiddependi fuq kemm kienet ta' suċċess il-kawża.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-għajnuna legali tingħata lil persuni li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti mingħajr ma jipperikolaw l-għajxien tagħhom. Applikazzjoni għal għajnuna legali tista’ tiġi ppreżentata oralment jew bil-miktub mal-qorti li quddiemu l-proċedimenti jkunu qed jiġu jew se jiġu mwettqa. Jekk is-sede ta’ dik il-qorti ikun barra d-distrett tal-Qorti Distrettwali li fih il-persuna tkun qed tirrisjedi permanentement jew temporanjament, l-applikazzjoni tista’ wkoll tiġi reġistrata oralment fil-Qorti Distrettwali fil-post ta’ residenza tagħha.

Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet finanzjarji u sostantivi, persuna tista' tapplika għall-għajnuna legali qabel tiġi ppreżentata l-pretensjoni, bl-iskop li tiġi ppreżentata l-pretensjoni u/jew il-proċedimenti sussegwenti kollha.

Informazzjoni addizzjonali dwar għajnuna legali hija disponibbli taħt ‘Bürgerservice’ fil-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/). Il-formoli ta’ applikazzjoni, li jkun fihom informazzjoni u pariri addizzjonali, jistgħu jitniżżlu wkoll mill-websajt.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Pretensjoni titqies li ġiet ippreżentata meta tkun waslet il-Qorti bil-ġurisdizzjoni (mill-inqas b'mod teoretiku). Pretensjoni titqies li ġiet debitament ippreżentata jekk din ma tagħtix raġunijiet għal rifjut immedjat jew għal korrezzjoni immedjata mill-qorti (fi kliem ieħor, jekk ikun jidher li hija pretensjoni li tista' tiġi trattata bi qbil mar-regoli ta’ proċedura). Il-pretensjonijiet bil-miktub għandhom jitressqu f’numru ta’ kopji skont kemm ikun hemm partijiet fil-proċedimenti (kopja waħda għal kull kontroparti u kopja waħda għall-Qorti). Jekk il-pretensjoni jkun fiha xi żbalji fil-forma u/jew fil-kontenut, il-Qorti probabbilment toħroġ istruzzjonijiet biex dawn jiġu kkoreġuti. Dawk l-istruzzjonijiet jindikaw il-konsegwenzi tan-nuqqas milli jsiru l-korrezzjonijiet sad-data meħtieġa. Konferma tal-wasla ta’ pretensjoni tinħareġ normalment biss wara talba, sakemm din ma tkunx ġiet ippreżentata permezz tal-pjattaforma elettronika tal-Ġustizzja Awstrijaka, f’liema każ il-konferma hija awtomatika.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Fi proċedimenti għal ordni ta’ ħlas (Mahnverfahren), il-formola tal-pretensjoni diġà fiha applikazzjoni għal kopja infurzabbli tal-ordni ta’ ħlas. Ir-rikorrent għalhekk awtomatikament jirċievi jew kopja infurzabbli tal-ordni ta’ ħlas (mandat ta’ eżekuzzjoni -Exekutionstitel) jew kopja jew avviż ta’ kull oġġezzjoni ppreżentata fil-ħin mill-parti l-oħra, normalment flimkien ma' konvokazzjoni għal seduta orali (li tibda l-proċedimenti ordinarji). Sa issa għad ma hemm l-ebda perjodu minimu ta’ konvokazzjoni fi proċedimenti quddiem il-Qrati Distrettwali; madankollu, fil-proċedimenti quddiem il-Qrati Reġjonali, il-perjodu minimu huwa mill-inqas ta' 3 ġimgħat.

Fi proċedimenti għal ordni tal-qorti li ttemm ftehim ta’ kiri ta’ stabbiliment residenzjali jew ta’ kiri kummerċjali, sid il-kera għandu japplika separatament għal kopja infurzabbli tal-ordni ta' terminazzjoni. Jekk il-persuna li qed tingħata l-avviż tippreżenta oġġezzjoni fil-ħin (fi żmien erba’ ġimgħat), sid il-kera jiġi awtomatikament infurmat (is-soltu flimkien ma' konvokazzjoni għal smigħ).

Ħlief fi proċeduri speċjali (bħal proċeduri sabiex tinkiseb ordni għal ħlas ta’ dejn, pagament ta’ kambjala jew avviż ta' tmiem ta' sid il-kera), meta pretensjoni tkun waslet (u kull proċedura ta' korrezzjoni tkun mitmuma) f’kawżi quddiem il-Qorti Distrettwali b’ġuriżdizzjoni, il-qorti normalment isservi l-pretensjoni lill-konvenut awtomatikament, flimkien ma’ konvokazzjoni għas-seduta u, fl-istess ħin, tibgħat lill-pretendent konvokazzjoni għas-smigħ. F’każijiet quddiem il-Qrati Reġjonali, il-konvenut jiġi awtomatikament mitlub jippreżenta difiża għal-pretensjoni bil-miktub (u mfakkar li din trid tiġi ffirmata minn avukat) meta l-ilment jiġi servut. Jekk il-konvenut jonqos milli jiddefendi l-pretensjoni fil-ħin, tinħareġ deċiżjoni mogħtija f'kontumaċja wara talba mir-rikorrent; inkella l-proċedimenti jiġu sospiżi. Jekk id-difiża tasal fil-ħin, ir-rikorrent jirċievi kopja tagħha, sikwit flimkien ma’ konvokazzjoni għas-seduta.

Il-partijiet jistgħu jiksbu informazzjoni dwar is-sekwenza preċiża tal-istadji tal-proċedimenti diġà deċiżi mill-Qorti jew l-istat attwali tal-proċedimenti direttament (f'kull stadju tal-proċedimenti) billi jċemplu lid-dipartiment adattat tal-Qorti (ir-reġistru = Kanzlei) waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju u jikkwotaw in-numru tal-fajl.

Waqt il-laqgħa preparatorja (l-ewwel taqsima fil-proċedimenti orali), it-twaqqit u l-ordni sussegwenti tal-proċedimenti jiġu diskussi mal-partijiet, li normalment ikollhom jattendu personalment, ħlief jekk ir-rappreżentanti tagħhom jkunu ġew infurmati biżżejjed dwar il-fatti, u mbagħad jiġu deċiżi mill-Qorti. Din l-iskeda hija inkluża fir-reġistru fil-forma ta’ skeda ta' każ u l-partijiet (jew ir-rappreżentanti tagħhom) jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni. Bidliet fl-iskeda tal-każ iridu jiġu nnotifikati lill-partijiet u, fejn xieraq, diskussi magħhom meta konvenjenti.

L-aħħar aġġornament: 13/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Polonja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Alternattiva għat-tressiq ta’ kawża quddiem qorti hija li tirreferiha għal proċedimenti ta’ medjazzjoni. Medjazzjoni hija metodu ekstraġudizzjarju (amikevoli) ta’ soluzzjoni għat-tilwim, bil-parteċipazzjoni ta’ persuna jew istituzzjoni indipendenti u kkwalifikata (medjatur). Il-proċedimenti ta’ medjazzjoni huma volontarji (parti fit-tilwima tista’ fi kwalunkwe ħin iżżomm il-kunsens għall-medjazzjoni u tirtira mill-medjazzjoni) u kunfidenzjali (il-parteċipanti huma obbligati li jżommu l-informazzjoni miksuba matul il-medjazzjoni kunfidenzjali), u l-medjaturi huma imparzjali u indipendenti (huma ma jiħdux in-naħa ta’ parti jew ta’ oħra u fil-prinċipju ma jissuġġerixxu ebda soluzzjoni għat-tilwima).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

B’mod ġenerali, l-azzjonijiet jistgħu jiġu ddepożitati mal-qorti fi kwalunkwe ħin, sakemm ma jkunx hemm regolamenti speċjali li jipprevedu terminu. Madankollu, parti li tiddepożita azzjoni wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni tal-pretensjoni tirriskja li titlef il-kawża jekk il-parti l-oħra ssostni li l-azzjoni hija preskritta.

Il-perjodi ta’ limitazzjoni (terminy zawite) japplikaw skont il-liġi Pollakka. In-natura speċifika ta’ perjodu ta’ limitazzjoni tfisser li jekk il-parti intitolata tonqos milli twettaq azzjoni speċifika fil-perjodu ta’ limitazzjoni, id-dritt tal-parti li twettaq dik l-azzjoni speċifika jiskadi. Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (KPĊ, Kodeks postępowania cywilnego) ma fih ebda dispożizzjoni ġenerali li tirregola l-perjodi ta’ limitazzjoni, iżda jindika dawk il-perjodi fir-regolamenti li jikkonċernaw sitwazzjonijiet speċifiċi.

L-iskadenza tad-dritt bħala riżultat tal-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni hija vinkolanti fuq il-partijiet għar-relazzjoni legali, il-qorti jew awtorità oħra li teżamina l-kawża. L-awtorità tqis dan b’mod awtomatiku, mhux fuq talba ta’ parti jew bħala riżultat ta’ motiv imqajjem. Il-perjodu ta’ limitazzjoni jista’ jerġa’ jiddaħħal biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta n-nuqqas li dan jintlaħaq ma kienx dovut għall-ħtija tal-parti.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Sabiex jiġi stabbilit jekk qorti fit-territorju ta’ Stat Membru partikolari hijiex kompetenti biex tisma’ kawża speċifika, għandha tiġi ddeterminata l-ġuriżdizzjoni ta’ dik il-qorti.

Il-ġuriżdizzjoni ġenerali tal-qrati ordinarji fil-Polonja sabiex isolvu kawżi ċivili fit-territorju tagħha hija msejħa ġuriżdizzjoni nazzjonali u hija rregolata mill-KPĊ.

Il-kawżi li jridu jinstemgħu jkunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk il-konvenut ikun domiċiljat jew abitwalment residenti fil-Polonja jew ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-Polonja.

Barra minn hekk, il-ġuriżdizzjoni nazzjonali hija tal-qrati Pollakki fil-kawżi li ġejjin:

• matrimonjali (il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkun esklużiva jekk iż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini Pollakki u jkunu domiċiljati u abitwalment residenti fil-Polonja);

• dawk li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal (il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkun esklużiva jekk il-partijiet kollha jkunu ċittadini Pollakki u jkunu domiċiljati u abitwalment residenti fil-Polonja);

• dawk li jikkonċernaw il-manteniment u li jirrigwardaw l-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild (huma jkunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk l-attur ikun parti intitolata domiċiljata jew abitwalment residenti fil-Polonja);

• dawk li jikkonċernaw il-liġi tax-xogħol (il-kawżi li fihom l-attur ikun impjegat ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk ix-xogħol ġeneralment jitwettaq, twettaq jew kellu jitwettaq fil-Polonja);

• dawk li jikkonċernaw l-assigurazzjoni (il-kawżi li jikkonċernaw relazzjoni ta’ assigurazzjoni u li jitressqu kontra l-assiguratur ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk l-attur ikun domiċiljat fil-Polonja jew jekk ikun hemm element ieħor li jindika l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Polonja);

• dawk li jikkonċernaw il-konsumaturi (il-kawżi li fihom konsumatur ikun l-attur ikunu soġġetti għall-ġuriżdizzjoni nazzjonali jekk il-konsumatur ikun domiċiljat jew abitwalment residenti fil-Polonja u jkun wettaq l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jidħol fi ftehim fil-Polonja; f’kawżi bħal dawn, il-parti l-oħra fil-ftehim mal-konsumatur tiġi ttrattata bħala entità domiċiljata jew bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Polonja jekk hija jkollha impriża jew fergħa fil-Polonja u l-ftehim mal-konsumatur ikun ġie konkluż bħala parti min-negozju ta’ dik l-impriża jew il-fergħa).

Il-qrati Pollakki għandhom ukoll ġuriżdizzjoni nazzjonali esklużiva fuq:

kawżi dwar drittijiet in rem għall-proprjetà immobbli u l-pussess ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Polonja; kawżi dwar lokazzjoni (najem jew dzierżawa) u relazzjonijiet oħrajn li jinvolvu l-użu ta’ tali proprjetà immobbli (ħlief għall-kawżi dwar kera u ammonti oħrajn dovuti għall-użu jew għall-kisba ta’ benefiċċji mill-proprjetà immobbli); kawżi oħrajn fejn id-deċiżjoni tal-qorti tikkonċerna drittijiet in rem, il-pussess, jew l-użu ta’ proprjetà immobbli li tinsab fil-Polonja;

kawżi għax-xoljiment ta’ persuna ġuridika jew unità organizzattiva li mhijiex persuna ġuridika, kif ukoll għat-tħassir jew l-annullament ta’ riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza tagħhom, jekk il-persuna ġuridika jew l-unità organizzattiva li ma tkunx persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Polonja.

Barra minn hekk, jekk il-ġuriżdizzjoni nazzjonali tkopri kawża mressqa skont it-talba ewlenija, din il-ġuriżdizzjoni tkopri wkoll il-kontrotalba.

Il-partijiet f’relazzjoni legali speċifikata jistgħu jaqblu bil-miktub li jippreżentaw il-kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà li jinħolqu jew li jistgħu jinħolqu mir-relazzjoni lill-ġuriżdizzjoni tal-qrati Pollakki.

Il-qorti tqis awtomatikament in-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali f’kull stadju tal-kawża.

Jekk jinstab li l-ġuriżdizzjoni nazzjonali ma tapplikax, il-qorti tirrifjuta t-talba jew ir-rikors.

In-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni nazzjonali huwa raġuni għall-invalidità tal-proċedimenti.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Sabiex jiġi stabbilit liema qorti distrettwali (sąd rejonowy) jew qorti reġjonali (sąd okręgowy) hija kompetenti biex tisma’ l-kawża, għandha tiġi kkunsidrata l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti. Skont il-liġi Pollakka, aħna nagħmlu distinzjoni bejn ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali, ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva u ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva.

a. ġuriżdizzjoni territorjali ġenerali

B’mod ġenerali, l-azzjonijiet iridu jitressqu quddiem il-qorti tal-prim’istanza b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq id-domiċilju tal-konvenut (skont il-Kodiċi Ċivili, id-domiċilju ta’ persuna fiżika huwa l-belt jew ir-raħal fejn tirrisjedi bl-intenzjoni li tibqa’ fuq bażi permanenti). Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fil-Polonja, il-ġuriżdizzjoni territorjali tiġi ddeterminata skont il-post tar-residenza tiegħu, u meta dak il-post ma jkunx magħruf jew ikun barra mill-Polonja – skont l-aħħar domiċilju tal-konvenut fil-Polonja. L-azzjonijiet kontra t-Teżor tal-Istat iridu jitressqu fil-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-unità organizzattiva tal-Istat li tikkonċerna l-pretensjoni. L-azzjonijiet kontra persuna ġuridika jew entità oħra li ma tkunx persuna fiżika jridu jitressqu fil-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ikun jinsab l-uffiċċju rreġistrat ta’ dik l-entità.

b. ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva

Abbażi tar-regolamenti dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva, l-atturi jistgħu – skont id-diskrezzjoni tagħhom – iressqu l-azzjoni quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali jew quddiem qorti oħra speċifikata fil-leġiżlazzjoni bħala l-qorti kompetenti. Fil-proċeduri ċivili Pollakki, il-ġuriżdizzjoni territorjali alternattiva hija prevista f’kawżi:

għal talba għal manteniment u għall-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild; għal pretensjoni ta’ proprjetà kontra entità ta’ negozju;

dwar tilwimiet taħt kuntratti; għal pretensjoni ta’ dannu; għall-ħlas ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża (tariffa li għandha titħallas lil avukat); għal pretensjoni taħt lokazzjoni (najem jew dzierżawa) ta’ proprjetà immobbli; dwar ċedola jew ċekk.

L-azzjonijiet għal talba għal manteniment u għall-istabbiliment tal-filjazzjoni ta’ wild u talbiet relatati jistgħu jitressqu skont id-domiċilju tal-parti intitolata. L-azzjonijiet għal pretensjoni ta’ proprjetà kontra entità ta’ negozju jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali jew il-fergħa, jekk il-pretensjoni tkun konnessa mal-attivitajiet tal-kwartieri ġenerali jew ta’ dik il-fergħa. L-azzjonijiet għall-konklużjoni ta’ ftehim, l-istabbiliment tal-kontenut tiegħu, l-emendar ta’ ftehim u l-istabbiliment tal-eżistenza ta’ ftehim, għall-eżekuzzjoni, it-terminazzjoni jew l-annullament ta’ ftehim, kif ukoll għat-talba għad-danni minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni kif suppost ta’ ftehim jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim. Jekk ikun hemm xi dubji, il-post tal-eżekuzzjoni tal-ftehim għandu jiġi kkonfermat b’dokument. L-azzjonijiet għal pretensjoni ta’ dannu jistgħu jitressqu quddiem il-qorti li l-avveniment li kkawża d-dannu jkun seħħ fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha. L-azzjonijiet għall-ħlas ta’ ammont dovut għat-trattament ta’ kawża jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn ir-rappreżentant legali ttratta l-kawża. L-azzjonijiet għal pretensjoni taħt lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli (najem jew dzierżawa) jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-proprjetà immobbli. L-azzjonijiet kontra parti obbligata taħt ċedola jew ċekk jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas. Diversi partijiet obbligati taħt ċedola jew ċekk jistgħu jiġu mfittxija b’mod konġunt quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-ħlas jew quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni ġenerali għall-aċċettant jew l-emittent taċ-ċedola jew taċ-ċekk.

ċ. ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni territorjali esklużiva huma obbligatorji. Huma jeskludu, f’ċerti kategoriji ta’ kawżi, il-possibbiltà li titressaq azzjoni quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali u wkoll quddiem il-qorti ta’ ġuriżdizzjoni alternattiva, kif ukoll il-possibbiltà li l-kawża għal riżoluzzjoni tiġi riferuta lil qorti oħra permezz ta’ ftehim ta’ ġuriżdizzjoni. Fil-każ ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva, qorti waħda biss minn fost il-qrati tal-istess livell hija kompetenti biex tisma’ kawża speċifika. Skont it-tip tal-kawża, din tkun qorti reġjonali jew distrettwali speċifika.

L-azzjonijiet għas-sjieda jew drittijiet in rem oħrajn fuq proprjetà immobbli, kif ukoll għall-pussess ta’ proprjetà immobbli, jistgħu jitressqu quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli. Jekk is-suġġett tat-tilwima jkun servitù tal-art, il-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata skont il-post fejn tinsab il-proprjetà gravata. Il-ġuriżdizzjoni msemmija qabel tinkludi pretensjonijiet personali relatati ma’ drittijiet in rem u drittijiet segwiti b’mod konġunt ma’ dawk il-pretensjonijiet kontra l-istess konvenut. L-azzjonijiet dwar suċċessjoni, sehem riżervat, kif ukoll legati, struzzjonijiet jew dispożizzjonijiet testamentarji oħrajn, jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-aħħar post ta’ residenza abitwali tat-testatur, u jekk ma tkunx tista’ tiġi stabbilita r-residenza abitwali tat-testatur fil-Polonja, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post tal-wirt jew parti minnu. L-azzjonijiet dwar is-sħubija f’kooperattiva, sħubija, kumpanija jew assoċjazzjoni jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat. L-azzjonijiet dwar relazzjoni ta’ żwieġ jistgħu jitressqu biss quddiem il-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha kienu domiċiljati l-aħħar il-konjuġi, anki jekk xi ħadd minnhom ikun għadu domiċiljat jew abitwalment residenti f’dik il-ġuriżdizzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali bażi, il-qorti b’ġuriżdizzjoni esklużiva hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-konvenut u, fin-nuqqas ukoll ta’ dik il-bażi - il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-attur. L-azzjonijiet dwar relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal u bejn l-adottant u l-persuna adottata jistgħu jitressqu b’mod esklużiv quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq id-domiċilju tal-attur, diment li ma jkun hemm ebda bażi għall-preżentata ta’ azzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali.

Barra minn hekk, jekk il-ġuriżdizzjoni ta’ diversi qrati tkun ġustifikata jew jekk l-azzjoni titressaq kontra diversi partijiet li għalihom huma kompetenti diversi qrati skont il-leġiżlazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni ġenerali, l-attur jista’ jagħżel minn fost dawk il-qrati. L-istess japplika jekk il-proprjetà immobbli, li l-post tagħha huwa l-bażi għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti, tkun tinsab f’diversi żoni ta’ ġuriżdizzjoni. Jekk il-qorti kompetenti ma tkunx tista’ tisma’ l-kawża jew tieħu passi oħrajn minħabba ostaklu, il-qorti superjuri tagħha taħtar qorti oħra f’sessjoni fil-magħluq. Jekk, skont id-dispożizzjonijiet tal-KPĊ, ma tkunx tista’ tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni territorjali fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) taħtar il-qorti li għandha titressaq l-azzjoni quddiemha f’sessjoni fil-magħluq. Il-partijiet jistgħu jaqblu bil-miktub li jippreżentaw tilwima diġà eżistenti, jew kwalunkwe tilwimiet li jistgħu jirriżultaw fil-futur minn relazzjoni legali speċifikata, lil qorti tal-prim’istanza li ma għandha ebda ġuriżdizzjoni territorjali skont il-liġi. Dik il-qorti mbagħad ikollha ġuriżdizzjoni esklużiva, sakemm il-partijiet ma jkunux qablu mod ieħor jew sakemm l-attur ma jkunx ippreżenta dikjarazzjoni ta’ pretensjoni fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas (elektroniczne postępowanie upominawcze, EPU). Il-partijiet jistgħu wkoll jillimitaw, permezz ta’ ftehim bil-miktub, id-dritt tal-attur li jagħżel minn fost diversi qrati kompetenti għal tali tilwimiet. Madankollu, il-partijiet ma jistgħux ibiddlu ġuriżdizzjoni esklużiva.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-ġuriżdizzjoni materjali tal-qrati ordinarji (sądy powszechne) tar-Repubblika tal-Polonja hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Fi proċeduri ta’ qorti ċivili, il-qrati tal-prim’istanza huma qrati distrettwali u qrati reġjonali, filwaqt li l-qrati tat-tieni istanza huma qrati reġjonali u qrati tal-appell (sądy apelacyjne).

Fil-prinċipju, il-kawżi ċivili jinstemgħu fil-prim’istanza mill-qrati distrettwali, sakemm il-ġuriżdizzjoni ma tkunx riżervata għall-qrati reġjonali. Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati reġjonali fil-prim’istanza tkopri l-kawżi:

• għal drittijiet mhux ta’ proprjetà (u pretensjonijiet ta’ proprjetà mfittxija flimkien ma’ dawk id-drittijiet), ħlief għall-kawżi sabiex tiġi stabbilita jew ikkontestata l-filjazzjoni ta’ wild, il-kawżi għall-annullament ta’ tagħrif ta’ tifel mill-missier u għax-xoljiment ta’ adozzjoni;

• għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, kif ukoll kawżi dwar invenzjonijiet, mudelli ta’ utilità, disinji industrijali, trademarks, indikazzjonijiet ġeografiċi u topografiji ta’ ċirkwiti integrati u kawżi għall-protezzjoni ta’ drittijiet oħrajn ta’ proprjetà intanġibbli;

• għall-pretensjonijiet skont il-Liġi tal-Istampa;

• għad-drittijiet tal-proprjetà fejn il-valur tas-suġġett tat-tilwima jkun ta’ aktar minn PLN 75 000 (ħlief għal kawżi ta’ manteniment, kawżi għall-ksur ta’ pussess, kawżi għall-istabbiliment tas-separazzjoni tal-proprjetà tal-konjuġi, kawżi għall-allinjament tal-kontenut ta’ reġistru tal-artijiet mal-istatus ġuridiku attwali u kawżi eżaminati fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas);

• għall-ħruġ ta’ sentenza minflok riżoluzzjoni sabiex tinqasam kooperattiva;

• għat-tħassir, l-annullament jew l-istabbiliment tan-nuqqas ta’ eżistenza ta’ riżoluzzjonijiet tal-korpi ta’ governanza ta’ entitajiet ġuridiċi jew unitajiet organizzattivi li mhumiex persuni ġuridiċi, iżda li ngħataw personalità ġuridika bil-liġi;

• għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni inġusta;

• għal kumpens minħabba dannu kkawżat mill-ħruġ ta’ sentenza finali illegali.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Fil-prinċipju, fi proċeduri ta’ qorti ċivili, il-partijiet u l-korpi ta’ governanza tagħhom jew ir-rappreżentanti statutorji jistgħu jaġixxu quddiem il-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentanti.

Madankollu, il-KPĊ jipprevedi rappreżentanza obbligatorja minn avukat f’sitwazzjonijiet speċifikati. Fi proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema, il-partijiet iridu jkunu rrappreżentati minn avukati (adwokat) jew konsulenti legali (radca prawny). F’kawżi dwar proprjetà industrijali, huma jridu jkunu rrappreżentati wkoll minn aġenti tal-privattivi. Ir-rekwiżit ta’ rappreżentanza japplika wkoll għall-passi proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Qorti Suprema, meħuda quddiem qorti inferjuri. Ir-rekwiżit ta’ rappreżentanza ma japplikax jekk il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw rikors għal eżenzjoni mid-drittijiet tal-qorti, għall-ħatra ta’ avukat jew konsulent legali jew, jekk il-parti, il-korp ta’ governanza tagħha jew ir-rappreżentant statutorju jew ir-rappreżentant legali jkunu mħallef, prosekutur pubbliku, nutar jew professur tal-liġi jew inkella detentur ta’ lawrja post-dottorali fil-liġi (doktor habilitowany nauk prawnych), kif ukoll jekk il-parti, il-korp ta’ governanza tagħha jew ir-rappreżentant statutorju jkunu avukat jew konsulent legali jew konsulent tal-Kunsill Ġenerali għat-Teżor tal-Istat (Prokuratoria Generalna Skarbu Państwa).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

L-azzjonijiet għandhom jiġu ddepożitati mal-qorti kompetenti.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Is-sottomissjonijiet iridu jiġu ppreżentati lill-qorti bil-Pollakk jew bi traduzzjoni għall-Pollakk mehmuża magħhom. Id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni għandha tkun bil-miktub. Eċċezzjoni hija sitwazzjoni (li tikkonċerna l-liġi tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali) li fiha impjegat jew persuna assigurata li jaġixxu mingħajr avukat jew konsulent legali jistgħu jippreżentaw azzjoni, il-kontenut ta’ rimedji legali u trattazzjonijiet oħrajn bil-fomm lill-qorti kompetenti, li għandhom jiġu inklużi fir-reġistri.

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas, sottomissjoni tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tiġi ppreżentata fuq formoli uffiċjali biss jekk tkun prevista minn dispożizzjoni speċjali. Hemm żewġ sitwazzjonijiet fejn id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid tiġi ppreżentata fuq formola uffiċjali: meta l-attur ikun fornitur ta’ servizz jew bejjiegħ u jsegwi l-pretensjonijiet skont ftehim dwar suġġett speċifiku (il-forniment ta’ servizzi postali u tat-telekomunikazzjoni; it-trasport bil-massa ta’ nies u bagalji; il-provvista tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt tal-fjuwil; il-provvista tal-ilma u t-tneħħija tal-ilma mormi; ir-rimi tal-iskart u l-provvista ta’ enerġija termali) u fi proċedimenti sommarji (postępowanie uproszczone).

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni għandha tkun bil-miktub. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-liġi tax-xogħol u l-proċedimenti tas-sigurtà soċjali, li fihom impjegat jew persuna assigurata li jaġixxu mingħajr avukat jew konsulent legali jistgħu jippreżentaw azzjoni bil-fomm lill-qorti kompetenti, li għandha tiġi inkluża fir-reġistri.

Dikjarazzjoni ta’ pretensjoni trid:

  • tinkludi l-isem tal-qorti li tiġi ppreżentata lilha; l-ismijiet tal-partijiet, ir-rappreżentanti statutorji u r-rappreżentanti legali tagħhom;
  • tispeċifika t-tip ta’ sottomissjoni;
  • tinkludi l-valur tas-suġġett tat-tilwima jew tal-appell, jekk il-ġuriżdizzjoni materjali tal-qorti, l-ammont tat-tariffa jew l-ammissibilità ta’ rimedju legali jkunu jiddependu fuq dak il-valur u l-ammont ta’ flus speċifikat ma jkunx is-suġġett tal-kawża;
  • tispeċifika s-suġġett tat-tilwima;
  • tispeċifika d-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat u l-indirizz tal-partijiet u tar-rappreżentanti statutorji u r-rappreżentanti legali tagħhom;
  • tinkludi n-numru tal-PESEL (Sistema Elettronika Ġenerali tar-Reġistrazzjoni tal-Popolazzjoni) jew in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (NIP) tal-attur, jekk l-attur ikun persuna fiżika obbligata li jkollha dan in-numru jew inkella li jkollha dan in-numru mingħajr ma tkun obbligata li jkollha; jew tinkludi n-numru tar-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali (KRS) tal-attur u, fin-nuqqas ta’ numru KRS – in-numru tal-attur f’reġistru jew rekord rilevanti ieħor, jew, jekk l-attur ma jkunx persuna fiżika u ma jkunx obbligat li jiddaħħal fir-reġistru jew ir-rekord rilevanti iżda jkun obbligat li jkollu NIP, tinkludi n-NIP tal-attur;
  • tinkludi s-sustanza tar-rikors jew tad-dikjarazzjoni u evidenza li ssostni ċ-ċirkostanzi invokati;
  • tispeċifika pretensjoni b’mod preċiż u, f’kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà, tindika wkoll il-valur tas-suġġett tat-tilwima, sakemm is-suġġett tat-tilwima ma jkunx ammont ta’ flus speċifikat;
  • tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi fattwali li jiġġustifikaw il-pretensjoni u, jekk ikun meħtieġ, jiġġustifikaw ukoll il-ġuriżdizzjoni tal-qorti;
  • tindika jekk il-partijiet ipprovawx imorru għal medjazzjoni jew metodu ekstraġudizzjarju ieħor ta’ soluzzjoni għat-tilwim u, jekk ma jkunux saru tentattivi bħal dawn, ir-raġunijiet għaliex ma għamlux hekk;
  • ikollha l-firma tal-parti jew tar-rappreżentant statutorju jew ir-rappreżentant legali tagħha;
  • tinkludi lista ta’ appendiċi.

Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu mehmuża mad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni:

  • il-prokura jew kopja attestata tagħha (jekk id-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni tiġi ppreżentata minn rappreżentant legali);
  • kopji tad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni u tal-appendiċi tagħha, li għandhom jintbagħtu lill-partijiet li jipparteċipaw fil-kawża u, jekk id-dokumenti oriġinali tal-appendiċi ma jkunux ġew ippreżentati lill-qorti, kopja waħda ta’ kull wieħed għall-fajls tal-qorti (fi proċedura elettronika permezz ta’ ordni ta’ ħlas, għandhom jiġu mehmuża kopji attestati b’mod elettroniku tal-appendiċi mad-dikjarazzjoni ta’ pretensjoni ppreżentata permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data).

Barra minn hekk, dikjarazzjoni ta’ pretensjoni tista’ tinkludi: rikors għal miżuri ta’ prekawzjoni, għad-dikjarazzjoni tas-sentenza eżegwibbli immedjatament u għall-ipproċessar tal-kawża fin-nuqqas tal-attur; rikorsi li jirrigwardaw it-tħejjija tas-seduta ta’ smigħ (u, b’mod partikolari, rikorsi: għat-taħrika tax-xhieda u tal-esperti maħtura mill-qorti indikati mill-attur sabiex jattendu s-seduta ta’ smigħ; għat-twettiq ta’ spezzjoni viżwali; għall-għoti ta’ struzzjonijiet lill-konvenut sabiex jipprovdi, għas-seduta ta’ smigħ, dokument miżmum mill-konvenut u meħtieġ sabiex tinstema’ x-xhieda, jew l-oġġett tal-ispezzjoni viżwali; sabiex jintalab l-għoti tal-evidenza miżmuma minn qrati, uffiċċji jew partijiet terzi oħrajn għas-seduta ta’ smigħ).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Fil-prinċipju, it-twettiq tal-proċeduri tal-qorti jinvolvi spejjeż. L-ispejjeż tal-qorti jinkludu tariffi u spejjeż.

L-obbligu li tħallas l-ispejjeż tal-qorti huwa tal-parti li tiddepożita sottomissjoni lill-qorti (inkluża dikjarazzjoni ta’ pretensjoni) li hija soġġetta għal tariffa jew tiġġenera spejjeż. Jekk it-tariffa dovuta ma titħallasx, il-qorti tħarrek lill-parti sabiex tħallasha fi żmien ġimgħa, inkella s-sottomissjoni tiġi rritornata (jekk is-sottomissjoni tkun ġiet iddepożitata minn parti domiċiljata jew li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha barra l-pajjiż u li ma għandhiex rappreżentant fil-Polonja, it-terminu għall-ħlas tat-tariffa jkun ta’ mill-inqas xahar). Wara l-iskadenza tat-terminu mingħajr ma tkun tħallset it-tariffa, il-qorti tirritorna s-sottomissjoni lill-parti. Sottomissjoni rritornata ma għandha ebda effett assoċjat skont il-liġi mal-preżentata ta’ sottomissjoni lil qorti.

Jekk dispożizzjoni speċjali tistabbilixxi li sottomissjoni tista’ tiġi ddepożitata biss permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data (il-proċedura EPU), is-sottomissjoni tiġi ddepożitata flimkien mal-ħlas tat-tariffa.

Is-sottomissjonijiet iddepożitati minn avukat, konsulent legali jew aġent ta’ privattiva (jekk huma jkunu soġġetti għal tariffa f’ammont fiss jew proporzjonali kkalkolat abbażi tal-valur tas-suġġett tat-tilwima speċifikat mill-parti) li ma jkunux tħallsu debitament jiġu rritornati mill-qorti mingħajr ma l-parti tintalab tħallas it-tariffa (l-Artikolu 1302 tal-KPĊ). Il-parti tista’ tħallas it-tariffa dovuta fi żmien ġimgħa. Jekk it-tariffa titħallas fl-ammont meħtieġ, is-sottomissjoni jkollha effetti legali mid-data li fiha kienet ippreżentata oriġinarjament. Effett bħal dan ma jseħħx jekk is-sottomissjoni terġa’ tiġi rritornata għall-istess raġuni.

Il-kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tariffi li għandhom jitħallsu lill-avukati jew lill-konsulenti legali (bħall-iskadenzi għall-ħlas) għandhom jiġu rregolati fi ftehim bejn il-klijent u r-rappreżentant legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll il-persuni ġuridiċi jistgħu jitolbu l-għajnuna legali – rappreżentant legali maħtur mill-qorti sabiex jittratta l-kawża (pełnomocnik z urzędu).

Il-persuni fiżiċi jistgħu jitolbu li jinħatar avukat jew konsulent legali jekk huma jippreżentaw dikjarazzjoni li tgħid li mhux se jkunu jistgħu jħallsu l-onorarju ta’ avukat jew konsulent legali mingħajr tbatija għalihom infushom jew għall-familji tagħhom.

Il-persuni ġuridiċi (jew unitajiet organizzattivi oħrajn intitolati mil-liġi sabiex ikunu parti fil-proċeduri tal-qorti) jistgħu jitolbu li jinħatar avukat jew konsulent legali jekk juru li ma għandhomx biżżejjed fondi sabiex iħallsu l-onorarju ta’ avukat jew konsulent legali.

Il-qorti tilqa’ t-talba jekk hija ssib li l-parteċipazzjoni ta’ avukat jew konsulent legali fil-kawża tkun meħtieġa.

Il-kwistjoni tal-eżenzjoni mill-ispejjeż u l-assenjazzjoni ta’ rappreżentant legali maħtur mill-qorti f’tilwimiet transfruntiera hija rregolata mill-Att tas-17 ta’ Diċembru 2004 dwar id-dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti tad-dritt ċivili mwettqa fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u dwar id-dritt għal għajnuna legali sabiex tilwima tissolva b’mod amikevoli qabel ma jinbdew il-proċedimenti.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titressaq quddiem il-qorti malli tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-pretensjoni. Il-KPĊ ma jipprevedi ebda ċertifikat li jikkonferma li l-kawża tressqet b’mod korrett quddiem il-qorti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

L-informazzjoni dwar il-passi ppjanati jew imwettqa fil-kawża tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tas-Servizz tal-Klijenti tal-Qorti (Biuro Obsługi Interesanta, BOI) tal-qorti rilevanti. Tista’ tikseb informazzjoni dwar id-dati tas-sessjonijiet tal-qorti sussegwenti billi ċċempel fuq in-numru tal-Uffiċċju tas-Servizz tal-Klijenti speċifikat fuq is-sit web tal-qorti u tipprovdi n-numru tal-atti tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 27/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Portugall

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tiddependi minn kull każ partikolari.

Minħabba li mhux possibbli tiġi mbassra kull problema li tista' sseħħ, għandek tieħu parir minn professjonist f'dak il-qasam.

Jekk ma għandekx ir-riżorsi finanzjarji biex tagħmel dan, tista' titlob għall-għajnuna legali (ara d-dokument mehmuż hawn taħt fuq "L-Għajnuna Legali").

Jista' jkun ġustifikat metodu alternattiv ta' soluzzjoni għat-tilwim, skont id-dettalji speċifiċi tal-każ (ara d-dokument hawn taħt fuq "Metodi alternattivi ta' soluzzjoni ta' tilwim").

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni li fiha inti tista' tiftaħ kawża l-qorti biex issolvi tilwima partikolari tiddependi mis-sitwazzjoni partikolari.

Dan l-aspett għandu jiġi kjarifikat bl-għajnuna ta' professjonist legali, kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija ta' qabel.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fir-regolamenti tal-Komunità u fi strumenti internazzjonali oħra, il-qrati Portuġiżi għandhom kompetenza internazzjonali:

a) meta l-kawża tista' titressaq quddiem qorti Portuġiża skont ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali Portuġiża stabbiliti fil-liġi Portugiża;

b) meta l-fatt li ta lok għall-kawża, jew il-fatti marbuta magħha, seħħew fuq territorju Portugiż;

c) meta d-dritt invokat jista' jiġi milqugħ biss permezz tal-kawża proposta fuq territorju Portugiż jew fejn hemm diffikultà sinifikanti għar-rikorrent biex jiftaħ il-kawża barra l-pajjiż, għaliex hemm konnessjoni importanti, personali jew reali, bejn is-suġġett tat-tilwima u s-sistema ġudizzjarja Portugiża.

Il-qrati Portugiżi għandhom ġuriżdizzjoni esklussiva:

a) Fir-rigward ta' drittijiet fuq proprjetà immobbli u l-kiri ta' proprjetà fit-territorju Portugiż; madankollu, fir-rigward ta' kirjiet fuq proprjetajiet konklużi għal użu temporanju privat għal perjodu massimu ta' sitt xhur konsekuttivi, il-qrati tal-Istat Membru fejn huwa residenti r-rikorrent ukoll għandha ġuriżdizzjoni, sakemm il-kerrej huma persuna fiżika u s-sid u l-kerrej huma residenti fl-istess Stat Membru;

b) Fir-rigward tal-validità tal-inkorporazzjoni jew id-dissoluzzjoni ta' kumpaniji jew persuni ġuridiċi oħra bl-uffiċċju reġistrati tagħhom fil-Portugall, kif ukoll rigward il-validità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi tagħhom; sabiex tidentifika dak l-uffiċċju reġistrat, il-qorti Portuġiża tapplika r-regoli tad-dritt internazzjonali privat tagħha;

c) Fir-rigward tal-validità tal-entrati fir-reġistri pubbliċi miżmuma l-Portugall;

d) Fir-rigward tal-proċeduri ta' preklużjoni fuq proprjetà li tinsab fit-territorju Portugiż;

e) Fir-rigward ta' fallimenti jew ir-riorganizzazzjoni ta' persuni fiżiċi residenti l-Portugall jew persunu ġuridiċi jew kumpaniji li għandhom uffiċċju reġistrat fit-territorju Portugiż .

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ġuriżdizzjoni minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-proprjetà

Il-kawżi li jinvolvu drittijiet reali jew personali rigward it-tgawdija tal-proprjetà, id-diviżjoni ta' proprjetà fi sjieda konġunta, l-iżgumbrament, id-dritt tal-ewwel għażla, u l-preklużjoni kif ukoll dawk il-każijiet li jinvolvu ż-żieda, is-sostituzzjoni, it-tnaqqis jew l-annullament tal-ipoteki għandhom jitressqu quddiem il-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà konċernata.

Il-każijiet għaż-żieda, is-sostituzzjoni, it-tnaqqis jew l-annullament tal-ipoteki fuq bastimenti jew inġenji tal-ajru madankollu jitressqu quddiem il-qorti tal-post fejn huma reġistrati. Jekk l-ipoteka tkopri l-assi mobbli reġistrati f'diversi distretti r-rikorrent jista' jagħżel minn wieħed fosthom.

Meta l-kawża tikkonċerna grupp ta' assi mobbli li jappartjenu lill-istess persuna u huma maħsuba għal użu waħdieni, jew assi mobbli jew immobbli, jew propjetà li tinsab f'distretti differenti, din tinstema' mill-qorti tal-post fejn tinsab il-proprjetà bl-ogħla valur, li jiġi determinat mill-valur taxxabbli tal-proprjetà. Jekk il-bini li huwa s-suġġett tal-kawża jinsab f'aktar minn distrett ġudizzjarju wieħed, il-kawża tista' titressaq f'kull wieħed minn dawk id-distretti.

Ġuriżdizzjoni għat-twettiq ta' obbligu

Kawża għat-twettiq ta' obbligu, kumpens għall-inadempjenza jew twettiq skorrett jew terminazzjoni tal-kuntratt minħabba nuqqas ta' twettiq titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn huwa residenti l-konvenut. Il-kreditur jista' jagħżel il-qorti tal-post fejn kellu jitwettaq l-obbligu jekk il-konvenut huwa persuna fiżika jew jekk il-kreditur huwa residenti fiż-żona metropolitana ta' Liżbona jew Porto u l-konvenut huwa residenti wkoll fl-istess żona metropolitana.

Jekk il-kawża tikkonċerna r-responsabbiltà ċivili bbażata fuq id-delitt jew fuq riskju, il-qorti kompetenti hija dik tal-post fejn seħħ l-avveniment.

Id-divorzju u s-separazzjoni

Għal kawżi ta' divorzju, separazzjoni personali u d-diviżjoni tal-proprjetà, il-qorti kompetenti hija dik fejn huwa domiċiljat jew residenti r-rikorrent.

Kawżi għall-ħlas ta' tariffi

Fejn il-kawża tikkonċerna l-ħlas ta' tariffi tal-qorti jew ta' rappreżentanti esperti u l-irkupru ta' flus mogħtija bil-quddiem lill-klijent, il-qorti kompetenti hija dik tal-post fejn ingħata s-servizz u ż-żewġ kawżi jridu jiġu jinstemgħu flimkien.

Madankollu, jekk il-kawża tressqet quddiem il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti Suprema, il-kawża għall-ħlas tat-tariffi titressaq quddiem il-qorti distrettwali fil-post fejn huwa residenti d-debitur.

Ir-regolazzjoni u d-distribuzzjoni ta' ħsara komuni

Il-qorti tal-port fejn it-tagħbija ġiet jew kellha tiġi konsenjata minn fuq vapur li ġarrab telf kbir hija kompetenti biex tirregola u tqassam l-ispiża ta' dan it-telf.

Telf u ħsara mill-kolliżjonijiet tal-vapuri

Kawża għat-telf u l-ħsara minħabba kolliżjoni ta' vapuri tista' titressaq quddiem il-qorti tal-post fejn seħħ l-inċident, fejn huwa residenti sid il-vapur li laqat lill-vapur l-ieħor, fejn jappartjeni l-vapur, fejn instab jew tal-port fejn daħal l-ewwel il-vapur bil-ħsara.

L-ispejjeż għas-salvataġġ jew għajnuna lill-vapuri

L-ispejjeż għas-salvataġġ jew għajnuna lill-vapuri jistgħu jintalbu lura quddiem il-qorti tal-post fejn seħħ il-fatt, fejn huwa domiċiljat sid l-oġġetti rkuprati jew fejn jappartjeni jew instab il-vapur salvat.

Kawża għal vapur li ġie akkwistat b'xejn jew għal konsiderazzjoni biex jiġi dikjarat ħieles minn privileġġi trid issir fil-qorti tal-post fejn il-vapur kien ankrat meta nxtara.

Il-proċeduri kawtelatorji u l-passi ta' tħejjija

Fir-rigward ta' proċeduri kawtelatorji u passi li jittieħdu qabel ma tinfetaħ il-kawża, għandhom jiġu osservati dawn li ġejjin:

a) Il-qbid u l-konfiska tal-oġġetti jistgħu jintalbu jew quddiem il-qorti tal-post fejn trid tinfetaħ il-kawża rilevanti jew quddiem il-qorti tal-post fejn qiegħdin l-oġġetti jew, jekk l-oġġetti jinsabu f'diversi distretti, f'kull wieħed minn dawn;

b) Għal twaqqif ta' xogħol ġdid, il-qorti kompetenti hija l-qorti tal-post fiż-żona fejn irid isir ix-xogħol;

c) Għal proċeduri kawtelatorji oħra, il-qorti kompetenti hija l-qorti li quddiemha trid titressaq il-kawża rilevanti;

d) Il-passi ta' tħejjija għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jridu jintalbu fil-qrati fejn iridu jsiru dawk il-passi.

Il-fajl relatat mal-atti u l-miżuri msemmija hawn fuq huwa mehmuż mal-fajl għall-kawża prinċipali, sabiex ikun jista' jintbagħat, fejn meħtieġ, lill-qorti li quddiem trid issir il-kawża.

In-notifiki jintalbu lill-qorti tal-post fejn hija residenti l-persuna li trid tiġi notifikata.

Ir-regoli ġenerali

Ir-regola ġenerali tal-liġi proċedurali tal-Portugall fuq il-ġuriżdizzjoni territorjali hija li l-kawżi mhux previsti jinstemgħu fil-qorti tal-post fejn huwa residenti l-konvenut.

Jekk, madankollu, il-konvenut ma għandux residenza abitwali jew jekk ir-residenza tiegħu mhix magħrufa jew huwa assenti, il-kawża ssir quddiem il-qorti tal-post fejn jgħix ir-rikorrent; madankollu, rikors ta' kurazija, kemm jekk temporanju jew permanenti, tal-assi ta' konvenut assenti jridu jiġi preżentat fil-qorti tal-post fejn għex il-konvenut il-Portugall.

Jekk il-konvenut huwa domiċiljat jew residenti f'pajjiż barrani, il-każ jinstema' fil-qorti tal-post fejn huwa preżenti; jekk dan ma jkunx it-territorju Portugiż, il-każ jinstema' fid-domiċilju tar-rikorrent, u fejn dan id-domiċilju jinstab f'pajjiż barrani, il-qorti kompetenti hija l-Qorti ta' Liżbona.

Regoli ġenerali għal persuni ġuridiċi u kumpaniji

Jekk il-konvenut huwa l-Istat, il-qorti tad-domiċilju tal-konvenut tiġi sostitwita mill-qorti tad-domiċilju tar-rikorrent.

Jekk il-konvenut huwa persuna ġuridika oħra jew kumpanija, il-każ jinstema' mill-qorti tal-post tal-uffiċċju reġistrat jew l-uffiċċju prinċipali tal-fergħa, aġenzija, sussidjarja jew delegazzjoni, skont jekk il-kawża nfetħitx kontra l-kumpanija prinċipali jew kontra wieħed minn dawn l-uffiċċji; madankollu, kawża kontra persuni ġuridiċi barranin jew kumpaniji li għandhom fergħa, aġenzija, sussidjarja jew delegazzjoni fil-Portugall tista' titressaq fil-qorti tal-post fejn hemm l-uffiċċju, anki jekk it-taħrika tintalab għall-uffiċċju reġistrat.

F'każ ta' diversi konvenuti u rikorsi mrikkba

Fejn ikun hemm aktar minn konvenut wieħed fl-istess kawża, iridu jinstemgħu mill-qorti tal-post fejn jgħix l-akbar numru; jekk l-istess numru ta' konvenuti jgħixu f'postijiet differenti, ir-rikorrent jista' jagħżel fost dawn il-postijiet.

Jekk ir-rikorrent jakkumula rikorsi biex jiġu kkunsidrati minn qrati b'ġuriżdizzjoni territorjali differenti, huwa jista' jagħżel waħda minnhom biex quddiemha jressaq il-kawża, ħlief fejn il-ġuriżdizzjoni biex jiġi evalwat wieħed mir-rikorsi tiddependi fuq xi konnessjoni li tippermetti lill-qorti biex tiddetermina, ex officio, in-nuqqas ta' ġuriżdizzjoni tagħha; f'dan il-każ, il-kawża trid titressaq quddiem dik il-qorti.

Meta, madankollu, jakkumula rikorsi li bejniethom hemm relazzjoni ta' dipendenza jew sussidjarjetà, il-kawża trid tinfetaħ quddiem il-qorti kompetenti biex jiġi eżaminat ir-rikors prinċipali.

Regoli ta' ġuriżdizzjoni ġenerali dwar l-eżekuzzjoni

Ħlief għall-każijiet speċjali koperti minn dispożizzjonijiet oħra, il-qorti kompetenti għall-eżekuzzjoni hija l-qorti fejn jgħix id-debitur, għalkemm il-kreditur jista' jagħżel il-qorti fejn għandu jitwettaq l-obbligu meta d-debitur huwa persuna ġuridika jew meta d-domiċilju tal-kreditur jinsab fiż-żona metropolitana ta' Liżbona jew Porto u d-debitur huwa domiċiljat fl-istess żona metropolitana.

Madankollu, jekk l-eżekuzzjoni hija għall-konsenja ta' oġġett partikolari jew il-ħlas ta' dejn b'garanzija reali, il-qorti kompetenti rispettiva hija l-qorti tal-post fejn jinsab l-oġġett jew il-qorti tal-post fejn qiegħdin l-oġġetti li qed iservu ta' garanzija.

Meta l-kawża għall-eżekuzzjoni trid titressaq fil-qorti tad-domiċilju tad-debitur u huwa ma għandux domiċilju fil-Portugall iżda għandu assi hemmhekk, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn qiegħdin dawk l-assi.

Fil-każ ta' rikorsi mrikkbin, l-eżekuzzjoni li trid titiqies mill-qrati f'ġuriżdizzjonijiet territorjali differenti, il-ġuriżdizzjoni tappartjeni lill-qorti tal-post fejn huwa domiċiljat id-debitur.

L-eżekuzzjoni permezz ta' sentenza

Fl-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mill-qrati Portugiżi, it-talba għall-eżekuzzjoni ssir matul il-każ li fih ingħatat, u l-eżekuzzjoni tiġi mniżżla fl-atti tal-qorti nfushom u trattata separatament, sakemm il-każ ma jkunx mar fl-appell, fejn f'dak il-każ l-eżekuzzjoni tiġi trasferita.

Meta, skont il-liġi tal-organizzazzjoni ġudizzjarja, hija kompetenti għall-eżekuzzjoni taqsima speċjalizzata għall-eżekuzzjoni, iridu jintbagħtu kopja tas-sentenza, ir-rikors li ta lok għall-eżekuzzjoni u d-dokumenti ta' akkumpanjament lil din it-taqsima speċjalizzata bħala kwistjoni urġenti.

Jekk id-deċiżjoni ngħatat minn arbitri f'arbitraġġ li seħħ fil-Portugall, il-qorti kompetenti għall-eżekuzzjoni hija l-qorti distrettwali tal-post fejn seħħ l-arbitraġġ.

L-eżekuzzjoni ta' sentenza mill-qrati superjuri

Jekk il-kawża tressqet quddiem il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti Suprema, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-post fejn huwa domiċiljat id-debitur.

L-eżekuzzjoni permezz ta' sentenza barranija

Għall-eżekuzzjoni bbażata fuq sentenza barranija, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-post fejn huwa domiċiljat id-debitur.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti b'rabta ma' kwistjonijiet inċidentali

Il-qorti kompetenti għall-kawża għandha wkoll ġuriżdizzjoni fuq inċidenti li jinqalgħu matulha u kwistonijiet li jqajjem il-konvenut fid-difiża tiegħu.

Il-ġuriżdizzjoni rigward il-kontrotalbiet

Il-qorti magħżula għal-kawża għandha ġuriżdizzjoni fuq kwistjonijiet imqajjma permezz ta' kontrotalba, sakemm għandha ġuriżdizzjoni fuqhom minħabba raġunijiet ta' nazzjonalità, is-suġġett u l-ġerarkija; jekk le, il-persuna kontra min issir il-kontrotalba tinħeles minn dik l-istanza.

Ftehimiet privati u l-ftehim dwar l-għażla tal-qorti

Il-partijiet jistgħu jiftehmu dwar l-għażla tal-qorti biex issolvi tilwima partikolari jew tilwim li jista' jinqala' minn relazzjoni ġuridika partikolari, sakemm dik ir-relazzjoni kontestata għandha rabtiet ma' aktar minn sistema ġudizzjarja waħda. L-għażla miftehma tista' tinvolvi l-konferiment lill-qrati Portugiżi ta' ġuriżdizzjoni esklussiva jew sempliċement ġuriżdizzjoni alternattiva, fejn din teżisti, jekk wieħed jassumi li, f'każ ta' dubju, din hija esklussiva.

L-għażla tal-qorti hija valida biss meta jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

a) għandha x'taqsam ma' tilwima dwar drittijiet disponibbli;

b) tiġi aċċettata mill-qorti magħżula;

c) hija ġġustifikata minn interess serju taż-żewġ partijiet jew wieħed minnhom, sakemm ma tikkawżax inkonvenjent serju lill-ieħor;

d) ma tikkonċernax kwistjonijiet li huma taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati Portugiżi;

e) hija r-riżultat ta' ftehim li huwa miktub jew ikkonfermat bil-kitba, u l-qorti kompetenti tissemma b'mod ċar.

Il-ftehim jiġi meqjus miktub meta jkun f'dokument iffirmat mill-partijiet jew huwa r-riżultat ta' skambju ta' ittri, sistemi ta' telex, telegrammi jew mezzi oħra tal-komunikazzjoni li jikkostitwixxu provi bil-miktub, kemm jekk dawn id-dokumenti fihom il-ftehim innifsu jew għandhom klawżola li tirreferi għal dokument ieħor li fih il-ftehim.

Il-protezzjoni tat-tfal u minorenni f'riskju

Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni fuq il-minorenni, l-implimentazzjoni ta' miżuri biex jiġu promossi d-drittijiet tat-tfal u l-protezzjoni tat-tfal hija r-responsabbiltà tal-kummissjoni ta' protezzjoni jew tal-qorti tal-post fejn jgħixu t-tfal jew minorenni fi żmien meta tasal in-notifika tas-sitwazzjoni jew jitressqu l-proċedimenti.

Jekk mhix magħrufa r-residenza tat-tfal jew tal-minorenni, jew mhix possibbli tiġi determinata, il-ġuriżdizzjoni hija tal-kummissjoni ta' protezzjoni jew tal-qorti tal-post fejn qiegħdin it-tfal jew minorenni.

Minkejja dak li għadu kif intqal aktar 'il fuq, il-kummissjoni ta' protezzjoni jew il-qorti tal-post fejn qegħdin it-tfal jew il-minorenni tieħu l-miżuri li tqis meħtieġa għall-protezzjoni immedjata tagħhom.

Jekk, wara l-applikazzjoni tal-miżuri, it-tfal jew il-minorenni jbiddlu r-residenza tagħhom għal aktar minn tliet xhur, il-każ jerġa' jintbagħat lill-kummissjoni ta' protezzjoni jew lill-qorti tal-post ta' residenza ġdida.

Ħlief kif innutat aktar il-fuq, it-tibdil fil-fatti li jseħħ wara li jitressqu l-proċedimenti huwa irrilevanti.

Minkejja r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni territorjali, meta r-riskju jkopri fl-istess ħin aktar minn tifel jew minorenni wieħed, tista' titressaq kawża waħda biss, u fejn ikunu tressqu proċedimenti separati, dawn kollha jistgħu jiġu mehmuża mal-kawża oriġinali, jekk ir-relazzjonijiet familjali jew is-sitwazzjonijiet ta' riskju speċifiku jitolbu dan.

Meta jkunu tressqu, fir-rigward tal-istess tifel jew minorenni, miżuri kawtelatorji sussegwenti ta' protezzjoni, kurazija rigward l-edukazzjoni jew miżuri ċivili għall-minorenni, id-dettalji jridu jiġu mehmuża mal-fajl tal-każ għall-konsiderazzjoni tal-imħallef presedenti fuq il-kawża oriġinali.

Miżuri ta' kurazija rigward l-edukazzjoni

Hija r-responsabbiltà tal-qorti tal-post fejn huwa residenti l-minuri fi żmien meta nġiebu l-proċedimenti biex tevalwa l-fatti u r-rikors għal miżuri ta' kurazija rigward l-edukazzjoni. Meta r-residenza tal-minorenni mhix magħrufa, għandha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-post fejn tgħix il-persuna li għandha s-setgħa tal-ġenituri. Jekk dawk li għandhom is-setgħa tal-ġenituri għandhom residenzi differenti, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post ta' residenza tal-kuratur li għandu l-kustodja tal-minorenni, jew f'każ ta' kustodja konġunta, ma' min jgħix il-minuri. F'każijiet oħra, il-ġuriżdizzjoni hija tal-qorti tal-post fejn se tingħata l-kustodja jew jekk dan mhux magħruf, il-qorti tal-post fejn qiegħed il-minorenni.

It-tibdil li jseħħ wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti huma irrilevanti.

Il-qorti tal-post fejn se tingħata l-kustodja u tal-post fejn qiegħed il-minorenni hija responsabbli biex tieħu miżuri urġenti.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ikkonsulta l-iskedi informattivi fuq din il-paġna bl-isem "Sistemi Ġudizzjarji" u "Ġuriżdizzjoni".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

F'każijiet fejn mhix obbligatorja r-rappreżentanza minn konsulent, il-partijiet jistgħu jirrapreżentaw lilhom infushom jew jistgħu jiġu rappreżentati minn avukati appredisti jew minn solicitors (avukati li ma jipprattikawx il-qorti (solicitadores).

Ir-rappreżentazzjoni minn konsulent hija obbligatorja:

a) fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' qrati li huma soġġetti għal livelli limiti u fejn huwa permess appell ordinarju;

b) fi kwistjonijiet fejn appell huwa dejjem ammissibbli, irrispettivament mill-ammont;

c) f'appelli u każijiet imressqa quddiem il-qrati superjuri.

Anki meta r-rappreżentazzjoni minn konsulent, avukati apprendisti u solicitors il-partijiet infushom jistgħu jippreżentaw rikors fejn ma jitqajjmux punti ta' liġi.

F'każijiet fejn, għalkemm mhux obbligatorju biex jitqabbad avukat, il-partijiet ma qabbdux rappreżentant legali, l-eżami tax-xhieda ssir mill-imħallef, li jadatta l-proċedura għaċ-ċirkostanzi speċifiċi.

Il-partijiet huma meħtieġa jiġu rappreżentati minn avukat, avukat apprendist jew solicitor fi proċedimenti ta' eżekuzzjoni għal valur ogħla mil-limitu applikat għall-qorti tal-prim'istanza, u jridu jiġu rappreżentati minn avukat f'dawn il-proċedimenti għal valur ogħla mil-limitu applikat għall-Qorti tal-Appell, jew fi proċedimenti għal valur ekwivalenti jew inqas minn iżda għola mil-livell limitu applikat għall-qorti tal-prim'istanza, meta dan jinvolvi proċeduri li jsegwu t-termini tal-proċess dikjaratorju.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Għal każijiet li ma jeħtiġux rappreżentant legali, u fejn il-parti ma għandhiex intermedjarju, id-dokumenti proċedurali msemmija hawn fuq jistgħu jiġu ppreżentati l-qorti f'wieħed minn dawn il-modi:

a) Konsenja lir-reġistru tal-qorti, b'validità mid-data tal-konsenja tad-dokument;

b) Konsenja permezz tal-posta reġistrata, b'validità mid-data ta' konsenja tad-dokument bil-posta reġistrata;

c) Konsenja bil-fax jew posta elettronika, b'validità mid-data ta' konsenja tad-dokument;

Ara wkoll l-iskeda informattiva "Ipproċessar bil-Kompjuter".

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-Portugiż jintuża fid-dokumenti kollha.

Meta ċittadin barrani li ma jafx jitkellem bil-Portugiż jrid jixhed quddiem il-qrati Portugiżi, jiġi maħtur interpretu, fejn meħtieġ, sabiex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni, bil-ġurament.

Għal dokumenti miktuba b'lingwa barranija li jeħtieġu traduzzjoni, il-qorti, jew ex officio jew wara talba ta' waħda mill-partijiet, tordna li l-persuna li se tippreżentahom tehmeż magħhom traduzzjoni.

Il-proċedimenti fil-Qrati tal-Maġistrati jistgħu jinbdew oralment. Fil-proċedimenti l-oħra, il-kawża trid issir bil-miktub.

Id-dokumenti proċedurali li jridu jsiru bil-miktub mill-partijiet jiġu ppreżentati l-Qorti f'format elettroniku permezz tas-sistema tal-kompjuter Citius permezz tal-indirizz elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://citius.tribunaisnet.mj.pt/ skont il-proċeduri u l-istruzzjonijiet li hemm hemmhekk, b'validità mid-data ta' konsenja tad-dokument.

Il-parti li tissottometti provi b'dan il-mod trid tippreżenta r-rikors u kull dokument ta' akkumpanjament f'format elettroniku, u ma għandhiex għalfejn tibgħat l-oriġinali, sakemm il-qorti ma tiddeċidix hekk, skont il-liġi proċedurali.

Meta każ ma jeħtieġx rappreżentant legali, u l-parti ma għandhiex intermedjarju, ara t-tweġiba għall-mistoqsija ta' qabel.

Fir-rigward tal-proċeduri ta' ordni għal ħlas, ara l-iskeda informattiva rilevanti.

Ara wkoll l-iskeda informattiva "Ipproċessar bil-Kompjuter".

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Jeżistu formoli speċjali għar-rikorsi ġuramentati, għall-proċedimenti ta' eżekuzzjoni kif ukoll għall-proċedimenti quddiem Qorti tal-Maġistrati fejn ir-rikorrent ikun iddeċieda li ma jressaqx proċedimenti orali.

Ara fuq din il-paġna, l-iskedi informattivi dwar "Il-Proċeduri ta' Ordni għal Ħlas", "L-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi" u "Metodi Alternattivi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim"

Kawża għal dikjarazzjoni tiġi ppreżentata lill-qorti, permezz ta' rikors inizjali li fih ir-rikorrent irid:

  • Jagħżel qorti u t-taqsima fejn se jiftaħ il-kawża u jidentifika lill-partijiet, jindika isimhom, ir-residenza jew l-uffiċċji reġistrati u, fejn possibbli, in-numri tal-ID cards u tat-taxxa, il-professjoni u l-post tax-xogħol;
  • Jindika l-indirizz tal-uffiċċju tar-rappreżentant legali tagħhom;
  • Jindika t-tip ta' kawża;
  • Iniżżel il-fatti essenzjali li taw lok għall-kawża u r-raġunijiet fil-liġi li jiffurmaw il-bażi tal-kawża;
  • Ifassal ir-rikors;
  • Jiddikjara l-ammont tat-talba;
  • Jagħżel l-aġent eżekuttiv li għandu responsabbiltà biex joħroġ it-taħrika jew ir-rappreżentant legali li jrid imexxih quddiem il-qorti.

Fl-aħħar tar-rikors, ir-rikorrent irid jissottometti l-lista' tax-xhieda u jitlob aktar provi.

Il-prova tal-ħlas minn qabel tad-drittijiet tal-qorti jew tal-eliġibbiltà għall-għajnuna legali, minflok it-tariffa, trid tkun mehmuża mar-rikors.

Ir-reġistru tal-qorti jirrifjuta r-rikors oriġinali, u jindika bil-miktub ir-raġunijiet għar-rifjut, fejn tapplika xi ċirkostanza minn dawn li ġejjin:

  • Mhemmx indirizz jew ir-rikors ġie indirizzat lil qorti oħra, taqsima tal-istess qorti jew awtorità;
  • Ir-rikors ma jindikax lill-partijiet u ma jagħtix id-dettalji ta' identifikazzjoni li suppost fih (ismijiet, residenzi jew uffiċċji reġistrati u, fejn possibbli, in-numri tal-ID cards jew tat-taxxa, il-postijiet tax-xogħol u l-professjonijiet);
  • Ma jindikax l-indirizz tal-uffiċċju tar-rappreżentant legali;
  • Ma jindikax it-tip ta' kawża;
  • Ma fihx l-ammont tat-talba;
  • Mhemmx prova ta' ħlas bil-quddiem tad-drittijiet tal-qorti jew tal-għoti tal-għajnuna legali, ħlief fil-każ ta' taħrika urġenti kif prevista mil-liġi;
  • Ir-rikors mhux iffirmat;
  • Ir-rikors mhux miktub bil-Portugiż;
  • Id-dokument ma jissodisfax ir-rekwiżiti regolatorji.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż tal-litigazzjoni jkopru l-ispejjeż tal-qorti u t-tariffi.

Tariffi tal-qorti

It-tariffi tal-qorti jikkorrispondu mal-ammonti dovuti minħabba l-każ għal kull parti u huma stabbiliti skont il-valur u l-kumplessità tal-każ, skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Litigazzjoni.

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss mill-parti li tiftaħ il-kawża, kemm jekk rikorrent jew konvenut, kreditur jew debitur, l-attur jew l-intimat, l-appellant jew il-konvenut, skont ir-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Litigazzjoni.

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu qabel ma jiġi ppreżentat id-dokument proċedurali li għalih hija mitluba tariffa (rikors oriġinali jew rikors, il-kontrotalba eċċ.) sakemm il-parti jew il-kawża hija eżenti jew jekk il-parti tibbenefika minn eżenzjoni tal-ħlas minn qabel.

Fil-każ ta' kontrotalba jew il-kawża prinċipali, tariffa addizzjonali tal-qorti hija dovuta biss meta l-kontrotalba jkun fiha rikors separat minn dak tar-rikorrent.

Rikors mhux meqjus separat meta l-parti beħsiebha tikseb, għall-benefiċċju tagħha stess, l-istess effett legali li qed jipproponi r-rikorrent, jew meta l-parti beħsiebha titlob biss kumpens.

Jekk jingħaqdu partijiet differenti f'rikors wieħed, il-parti li tidher l-ewwel fir-rikors oriġinali, il-kontrotalba jew rikors trid tħallas it-tariffa sħiħa tal-qorti, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' rikors kontra l-partijiet konġunti.

Jekk jingħaqdu diversi partijiet f'rikors wieħed, kull rikorrent, konvenut, kreditur jew attur huwa responsabbli biex iħallas it-tariffa tal-qorti rispettiva, skont il-valur stipulat fir-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Litigazzjoni.

Għal kawżi mressqa minn kumpaniji kummerċjali li jkunu ressqu 200 jew aktar kawżi, proċedimenti jew eżekuzzjonijiet quddiem il-qorti fis-sena ta' qabel, it-tariffi tal-qorti jiġu stabbiliti skont ir-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Litigazzjoni.

Għall-għan ta' ordnijiet ta' ħlas ta' tariffi tal-qorti, il-kawżi u l-proċeduri kawtelatorji jiġu meqjusa partikolarment kumplessi meta:

a) jkun fihom talbiet jew pretensjonijiet fit-tul;

b) jikkonċernaw kwistjonijiet legali b'livell għoli ta' speċjalizzazzjoni jew kwistjonijiet tekniċi speċifiċi ħafna jew jinvolvu analiżi konġunta ta' kwistjonijiet legali minn kuntesti differenti ħafna; jew

c) jinvolvu s-smigħ ta' numru kbir ta' xhieda, l-analiżi ta' provi kumplessi jew diversi passi fit-tul sabiex jiġu prodotti l-provi.

Ġeneralment, il-ħlas tal-ewwel jew l-unika tariffa tal-qorti jiġi aġġornat meta jiġu ppreżentati d-dokumenti. Jekk il-ħlas isir f'format elettroniku, irid jiġi ppruvat minn verifiki elettroniċi, kif previsti mil-liġi. Jekk il-ħlas isir b'mod mhux elettroniku, ir-rikorrent irid jipprovdi prova tal-ħlas.

It-tieni parti tal-ħlas tat-tariffa tal-qorti trid issir fi żmien għaxart ijiem min-notifika għall-aħħar seduta ta' smigħ, u r-rikorrent irid jagħti prova tal-ħlas jew prova tal-ħlas sħiħ ta' din ir-tariffa fl-istess perjodu ta' żmien.

Imposti

L-imposti minħabba l-proċedimenti huma imposti, kemm jekk mitluba mill-partijiet jew ordnati mill-imħallef tal-proċess.

Ħlief kif previst mir-regolamenti dwar l-aċċess għall-ġustizzja, kull parti trid tħallas l-imposti li tkun ġarrbet u li kienu meħtieġa matul il-proċedimenti.

L-imposti huma r-responsabbiltà tal-parti li talbet l-miżura jew, fejn din saret ex officio, tal-parti li ħadet vantaġġ minnha.

L-ispejjeż

L-ispejjeż jikkonsistu fl-ammont li kull parti neffqet fuq il-kawża u li għaliha għandha dritt għal kumpens minħabba li l-qorti sabet telliefa lill-parti l-oħra. Dawn jiġu determinati bħala parti mis-sentenza tal-qorti.

Il-ħlas tal-ispejjeż ordnat mill-qorti jinkludi t-tariffi tal-qorti mħallsa mill-parti rebbieħa, fuq skala, l-imposti verament imġarrba mill-parti, il-kumpens imħallas lill-aġent ta' eżekuzzjoni u l-ispejjeż tiegħu, it-tariffi u l-ispejjeż tar-rappreżentant legali skont rikors dettaljat, kif imsemmi fir-Regolament.

Jekk ir-rikorrent seta' kellu rikors għal metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim, iżda għażel proċedimenti ġudizzjarji, irid iġarrab l-ispejjeż tiegħu stess minkejja l-eżitu tal-kawża, sakemm il-parti l-oħra ma tkunx għamlitha impossibbli li jintuża dan il-metodu alternattiv għas-soluzzjoni ta' tilwima.

Xi każijiet huma, bil-liġi, eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż; l-istess japplika għal ċerti partijiet.

Peress li t-tariffi tal-qorti jikkorrispondu għall-ammont dovut minħabba x-xewqa ta' kull parti għal-litigazzjoni, kull persuna li tista' tiġi meqjusa li kienet involuta fil-kawża (rikorrent, konvenut, kreditur, debitur, attur, intimat, appellant jew konvenut) tista' ġeneralment tkun responsabbli għat-tariffi tal-qorti, għaliex il-ħlas jikkorespondi mal-għotja ta' servizz, kemm jekk il-każ ikunx intrebaħ jew le. Il-partijiet rebbieħa għandhom dritt għal rifużjoni tal-ammonti mħallsa lilhom bħala tariffi tal-qorti skont ir-regolamenti li jirregolaw l-ispejjeż.

Tariffi

It-tariffi professjonali jiġu stabbiliti mill-qorti li, għal dan il-għan, trid tqis l-importanza tas-servizzi provvduti, id-diffikultà u l-urġenza tal-kwistjoni, il-livell ta' kreattività intellettwali involuta fil-prestazzjoni tal-professjonist, ir-riżultati miksuba, il-ħin mgħoddi, ir-responsabbiltajiet li ħa u d-dmirijiet professjonali l-oħra.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Iva, tista', sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna legali (ara l-iskeda informattiva dwar "L-Għajnuna Legali").

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Ara t-tweġibiet lill-mistoqsijiet 7 u 8.

Meta tasal it-talba, ir-rekwiżiti formali jiġu vverifikati mill-uffiċjali tal-qorti li jaċċettaha. Fi stadji ulterjuri tal-proċedimenti, l-imħallef iwettaq verifika aktar dettaljata u profonda.

Il-partijiet għandhom jiġu nnotifikati b'dawn id-deċiżjonijiet.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-Qrati mhumiex meħtieġa mil-liġi biex jagħtu informazzjoni ta' din ix-xorti. Madankollu, permezz tac-CITIUS, l-inizjattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja biex issir id-diġitalizzazzjoni tal-proċedimenti tal-qorti, ir-rappreżentanti legali issa għandhom l-opportunità jikkonsultaw il-każijiet mill-uffiċċji tagħhom.

Issa li d-dokumenti proċedurali jitwasslu elettronikament u jidħlu direttament fl-applikazzjonijiet IT tal-imħallfin, flimkien mal-fatt li l-imħallfin jużaw l-istess applikazzjonijiet biex iwettqu dmirijiethom, l-avukati, l-imħallfin u r-reġistri tal-qrati jistgħu jużaw dawn l-applikazzjonijiet u l-portal tac-CITIUS biex jikkonsultaw l-atti tal-kawża u d-dokumenti.

Aktar informazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaApoio Judiciário – Protecção Jurídica

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBases Jurídico-Documentais

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCâmara dos Solicitadores

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiário da República (Official Gazette)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirecção-Geral da Administração da Justiça

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirecção-Geral da Política de Justiça

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinistério da Justiça (Ministry of Justice)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdem dos Advogados

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal Citius

L-aħħar aġġornament: 31/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Rumanija

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Kwalunkwe persuna li għandha pretensjoni kontra persuna oħra trid tiddepożita rikors mal-qorti tal-ġustizzja li jkollha ġuriżdizzjoni fuq il-materja inkwistjoni. Il-materja tista’ tiġi riferuta lill-qorti biss wara li tkun tlestiet proċedura minn qabel, jekk il-liġi tipprovdiha espressament. Il-prova tat-tlestija tal-proċedura minn qabel trid tkun mehmuża mar-rikors.

Parti f’tilwima tista’ tiddependi wkoll fuq mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim.

Il-medjazzjoni hija fakultattiva qabel tmur il-qorti. Matul il-proċedimenti legali, l-awtoritajiet ġudizzjarji huma mitluba li jinfurmaw lill-partijiet bl-għażla u l-vantaġġi tal-medjazzjoni.

Il-medjazzjoni tista’ sseħħ f’tilwimiet relatati mal-assigurazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-liġi tal-familja, il-kawżi ta’ responsabbiltà professjonali, it-tilwim industrijali u t-tilwim ċivili b’valur ta’ inqas minn RON 50 000, ħlief għal dawk li fir-rigward tagħhom tkun ingħatat sentenza eżekuttiva mill-qorti sabiex jinbdew proċedimenti ta’ insolvenza.

Il-partijiet f’tilwima jistgħu jirrikorru wkoll għal arbitraġġ, li huwa ġuriżdizzjoni alternattiva privata. Il-persuni b’kapaċità sħiħa li jaġixxu jistgħu jaqblu li jsolvu t-tilwim permezz ta’ arbitraġġ, ħlief għal dawk li jirrigwardaw l-istat ċivili, il-kapaċità tal-persuni, il-proċedimenti ta’ suċċessjoni, ir-relazzjonijiet familjari u drittijiet li ma jistgħux jiġu deċiżi mill-partijiet.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Id-dritt ta’ azzjoni pekunjarja huwa soġġett għal preskrizzjoni, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mil-liġi. Fil-każijiet speċifikament previsti mil-liġi, drittijiet ta’ azzjoni oħrajn huma soġġetti wkoll għall-preskrizzjoni estintiva, irrispettivament mis-suġġett tagħhom (l-Artikolu 2501 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2517 tal-Kodiċi Ċivili.

Il-Kodiċi Ċivili jistabbilixxi perjodi ta’ preskrizzjoni speċjali li jippreskrivu ċerti materji, bħal:

  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ għaxar snin għal drittijiet reali li ma jkunux ġew iddikjarati mil-liġi bħala inderogabbli jew mhux soġġetti għal perjodu ta’ limitazzjoni ieħor; kumpens għad-dannu materjali/mhux materjali mġarrab minn persuna b'riżultat ta’ tortura jew atti ta’ barbariżmu jew, kif applikabbli, permezz ta’ vjolenza jew attakk sesswali kontra minuri jew persuni li ma jistgħux jiddefendu ruħhom jew jesprimu r-rieda tagħhom; kumpens għal ħsara lill-ambjent;
  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sentejn għad-dritt ta’ azzjoni li jiddependi fuq relazzjoni ta’ (ri)assigurazzjoni; id-dritt ta’ azzjoni li jirrigwarda l-ħlas tal-kumpens dovut lill-intermedjarji għas-servizzi pprovduti skont ftehim ta’ intermedjazzjoni;
  • il-perjodu ta’ limitazzjoni ta’ sena għad-dritt ta’ azzjoni li jirrigwarda r-rifużjoni tal-ammonti miġbura mill-bejgħ ta’ biljetti għal prestazzjoni li ma seħħitx; fornituri tal-ikel jew operaturi tal-lukandi għas-servizzi li jfornu; professuri, għalliema, maestri u artisti, għal lezzjonijiet kull siegħa, kuljum jew kull xahar; tobba, qwiebel, infermiera u spiżjara għal sejħiet, proċeduri jew mediċina; bejjiegħa bl-imnut għall-ħlas ta’ merkanzija mibjugħa u provvisti kkonsenjati; ħaddiema tas-sengħa għall-ħlas tax-xogħol tagħhom; avukati, kontra l-klijenti, għall-ħlas tal-onorarji u l-ispejjeż; nutara pubbliċi u uffiċjali ġudizzjarji, fir-rigward tal-ħlas tal-ammonti li jkunu intitolati għalihom għall-attivitajiet tagħhom; inġiniera, periti, surveyors tal-art, kontabilisti u persuni oħrajn li jaħdmu għal rashom għall-ħlas tal-ammonti li jkunu intitolati għalihom; id-dritt ta’ azzjoni li jirriżulta minn ftehim għat-trasport bl-art, bl-ajru jew bl-ilma ta’ merkanzija kontra t-trasportatur.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ir-regoli dwar il-kompetenza internazzjonali f’tilwim b’implikazzjonijiet transfruntiera huma stipulati fil-Ktieb VII, Proċeduri Ċivili Internazzjonali, tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ktieb japplikaw għall-proċedimenti b’implikazzjonijiet transfruntiera skont id-dritt privat, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mit-trattati internazzjonali li ir-Rumanija hija parti fihom, mil-liġi tal-Unjoni Ewropea jew mil-liġijiet speċjali.

F’materji li jikkonċernaw il-kompetenza internazzjonali, il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn: ġuriżdizzjoni li tiddependi fuq id-domiċilju jew l-uffiċċju tal-konvenut, prorogazzjoni tal-ġuriżdizzjoni favur il-qrati Rumeni, ftehimiet għall-għażla tal-qorti, eċċezzjoni għall-arbitraġġ, forum ta’ neċessità, ġuriżdizzjoni interna, lis pendens u rikorsi relatati f’livell internazzjonali, ġuriżdizzjoni personali esklużiva, ġuriżdizzjoni esklużiva fuq azzjonijiet pekunarji jew ġuriżdizzjoni preferenzjali tal-qrati Rumeni (l-Artikolu 1065 u s-segwenti tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Il-ġuriżdizzjoni territorjali hija rregolata skont kriterji ġenerali (id-domiċilju jew l-uffiċċju tal-konvenut), kriterji alternattivi (filjazzjoni, manteniment, ftehim tat-trasport, ftehim tal-assigurazzjoni, kambjala/ċekk/ċedola/titolu ta’ sigurtà, il-konsumaturi, responsabbiltà ċivili skont il-liġi dwar id-danni) jew kriterji esklużivi (proprjetajiet, wirt, kumpaniji, azzjonijiet kontra l-konsumaturi), stabbiliti mill-Artikolu 107 u s-segwenti tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Il-ġuriżdizzjoni tal-qorti skont is-suġġett tal-kawża hija stabbilita mill-Artikolu 94 u s-segwenti tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili u tiddependi fuq in-natura tal-kawża jew l-ammont inkwistjoni.

Bħala qrati tal-prim’istanza, il-qrati distrettwali jisimgħu rikorsi li huma, skont il-Kodiċi Ċivili, fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti tal-kustodja u tal-familja; rikorsi għal reġistrazzjoni fir-reġistri tal-istat ċivili; rikorsi relatati mal-amministrazzjoni ta’ binjiet/appartamenti/spazji b’aktar minn sular wieħed li huma proprjetà esklużiva ta’ persuni differenti u r-relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti mill-assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn; rikorsi għal evizzjoni; rikorsi relatati ma’ ħitan kondiviżi u fosos, id-distanza bejn bini u pjantaġġuni, dritt ta’ passaġġ, impedimenti, limitazzjonijiet oħrajn li jaffettwaw id-drittijiet tas-sjieda; rikorsi relatati ma’ bidliet fil-konfini u mal-immarkar tal-konfini; rikorsi għall-protezzjoni ta' pussess; rikorsi relatati ma’ obbligi affermattivi jew negattivi li ma jistgħux jitkejlu f’termini ta’ flus; rikorsi relatati mal-qasma ġudizzjarja, irrispettivament mill-valur involut; rikorsi oħrajn li jistgħu jitkejlu f’termini ta’ flus, sa u inkluż l-ammont ta’ RON 200 000, irrispettivament mill-kapaċità tal-partijiet.

It-tribunali jisimgħu, bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi kollha li, skont il-liġi, mhumiex fil-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħrajn jew kwalunkwe rikorsi oħrajn li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Il-qrati tal-appell jisimgħu, bħala qrati tal-prim’istanza, ir-rikorsi relatati ma’ tilwim amministrattiv u fiskali jew kwalunkwe rikorsi oħrajn li, skont il-liġi, huma fil-ġuriżdizzjoni tagħhom.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-partijiet jistgħu jressqu azzjoni fil-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentant, u tali rappreżentanza tista’ tkun soġġetta għal-liġi, għal ftehim jew għall-ġudikatura. Il-persuni fiżiċi li ma għandhomx il-kapaċità li jaġixxu jiġu rrappreżentati minn rappreżentant legali. Il-partijiet jistgħu jiġu rrappreżentati minn rappreżentant tal-għażla tagħhom, skont il-liġi, sakemm il-liġi ma titlobx li huma jidhru personalment quddiem il-qorti tal-ġustizzja.

Fil-qrati tal-prim’istanza u matul l-appelli, il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu rrappreżentati minn avukat jew institur ieħor. Jekk persuna li mhijiex avukat taġixxi bħala rappreżentant, l-institur jista’ jagħmel biss sottomissjonijiet rigward eċċezzjonijiet proċedurali u s-sustanza tal-kawża permezz ta’ avukat, kemm fl-istadju tal-inkjesta kif ukoll matul il-preżentazzjoni tal-argumenti. Bil-għan li jitfassal ir-rikors, jiġu stabbiliti r-raġunijiet għall-appell u jitressaq u jiġi argumentat l-appell, il-persuni fiżiċi għandhom jiġu assistiti u rrappreżentati biss, taħt il-piena ta’ nullità, minn avukat.

Il-persuni ġuridiċi jistgħu jiġu rrappreżentati quddiem il-qrati tal-ġustizzja biss, skont ftehim, minn konsulent legali jew avukat. Bil-għan li jitfassal ir-rikors, jiġu stabbiliti r-raġunijiet għall-appell u jitressaq u jiġi argumentat l-appell, il-persuni ġuridiċi għandhom jiġu assistiti u, kif applikabbli, irrappreżentati biss, taħt il-piena ta’ nullità, minn avukat jew konsulent legali. Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw kif xieraq għal assoċjazzjonijiet, kumpaniji jew entitajiet oħrajn mingħajr personalità ġuridika.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-rikors jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul. Wara r-reġistrazzjoni, ir-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, flimkien ma’, fejn xieraq, evidenza ta’ kif dawn intbagħtu lill-qorti, jiġu mgħoddija lill-President tal-qorti jew lill-persuna nnominata minn tal-aħħar, li min-naħa tagħhom jieħdu passi immedjati sabiex jistabbilixxu b’mod każwali qorti speċjalizzata, skont il-liġi (l-Artikolu 199 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Skont l-Artikolu 12(5) tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, ir-rikorsi u d-dokumenti proċedurali għandhom jitfasslu biss bir-Rumen. Ir-rikorsi għandhom isiru biss bil-miktub. L-Artikolu 194 tal-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili jistabbilixxi li r-rikors, iddepożitat personalment jew permezz ta’ rappreżentant, li jasal bil-posta, bis-servizz ta’ kurrier, b’faks jew skennjat u mibgħut permezz tal-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, għandu jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul.

Skont l-Artikolu 225 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, jekk kwalunkwe waħda mill-partijiet li jridu jinstemgħu ma tkunx titkellem bir-Rumen, il-qorti għandha tirrikorri għal traduttur legali. Jekk il-partijiet jaqblu, l-imħallef jew l-iskrivan jista’ jaġixxi bħala traduttur. Jekk il-preżenza ta’ traduttur legali ma tkunx tista’ tiġi żgurata, jistgħu jintużaw it-traduzzjonijiet magħmula minn persuni affidabbli li jitkellmu bil-lingwa inkwistjoni. Jekk il-persuna tkun muta, truxa jew truxa u muta jew, għal kwalunkwe raġuni oħra, ma tkunx tista’ tesprimi ruħha, il-komunikazzjoni għandha ssir bil-miktub. Jekk il-persuna inkwistjoni ma tistax taqra jew tikteb, għandu jintuża interpretu. Id-dispożizzjonijiet rigward l-esperti għandhom japplikaw kif xieraq għat-tradutturi u l-interpreti.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-użu ta’ xi formoli standardizzati għal talbiet legali. Ir-regoli ġenerali dwar il-proċedura ċivili jistabbilixxu l-kontenut ta’ wħud mill-pretensjonijiet tad-dritt ċivili (eż. rikors, difiża, kontrotalba).

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

L-ispejjeż legali huma t-taxxi tal-boll ġudizzjarji, l-onorarji tal-avukati, tal-esperti u tal-ispeċjalisti, l-ammonti dovuti lix-xhieda fir-rigward tal-ivvjaġġar u l-ammonti mitlufa bħala riżultat tal-ħtieġa li dawk ikkonċernati jidhru quddiem il-qorti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, kif ukoll kwalunkwe spejjeż oħrajn meħtieġa għat-tmexxija tajba tal-proċedimenti. Il-parti li titlob l-ispejjeż legali trid tagħti prova tal-ispejjeż u l-ammont tagħhom sa mhux aktar tard mill-aħħar tad-diskussjonijiet dwar is-sustanza tal-kawża. Il-parti telliefa jkollha tħallas l-ispejjeż legali tal-parti rebbieħa, fuq talba ta’ din tal-aħħar. Jekk ir-rikors ikun ġie permess biss parzjalment, l-imħallfin għandhom jistabbilixxu sa fejn kull parti tista’ tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż legali. Jekk ikun meħtieġ, l-imħallfin jistgħu jordnaw it-tpaċija tal-ispejjeż legali. Il-konvenut li jkun irrikonoxxa l-pretensjonijiet magħmula mill-attur fl-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu ġew debitament imħarrka għaliha, ma jistax jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż legali, ħlief meta, qabel il-bidu tal-proċedimenti, l-attur ikun bagħat avviż formali lill-konvenut jew il-konvenut kien legalment f’kontumaċja. Jekk ikun hemm diversi atturi jew konvenuti, huma jistgħu jiġu ordnati jħallsu l-ispejjeż legali b’mod ugwali, proporzjonali jew konġunt, skont l-istat tagħhom fil-proċedimenti jew in-natura tar-relazzjoni legali bejniethom.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-għajnuna legali tista’ tinkiseb skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika f’materji ċivili, approvata b’emendi ulterjuri mil-Liġi Nru 193/2008, kif emendata ulterjorment. Il-Kodiċi l-Ġdid ta' Proċedura Ċivili (l-Artikoli 90 u 91) jinkludi dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għajnuna legali.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Ir-rikors jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul. Wara r-reġistrazzjoni, ir-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jiġu mgħoddija lill-President tal-qorti jew lill-imħallef li jissostitwixxi lill-President, li jieħu passi immedjati sabiex jistabbilixxi b’mod każwali bord.

Il-bord li l-kawża tkun ġiet assenjata lilu b’mod każwali jivverifika jekk ir-rikors jissodisfax ir-rekwiżiti meħtieġa. Meta r-rikors ma jissodisfax ir-rekwiżiti, il-pretendent jiġi nnotifikat bil-miktub dwar in-nuqqasijiet inkwistjoni. Fi żmien massimu ta’ għaxart ijiem minn meta jirċievi l-komunikazzjoni, il-pretendent irid jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali jew jagħmel il-bidliet ordnati, taħt il-piena tal-annullament tar-rikors. Jekk l-obbligi relatati mal-forniment ta’ informazzjoni addizzjonali jew mal-emendar tar-rikors ma jiġux issodisfati fit-terminu pprovdut, il-qorti tordna li r-rikors jiġi annullat permezz ta’ rapport tas-smigħ maħruġ fl-awli.

Ladarba l-imħallef ikun sab li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legali kollha fir-rigward tar-rikors, huwa jordna, permezz ta’ deċiżjoni, li dan jiġi kkomunikat lill-konvenut.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Informazzjoni dettaljata dwar il-kawża tista’ tinkiseb mill-uffiċċju tal-arkivju tal-qrati jew mis-siti web tagħhom, jekk disponibbli, fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.just.ro/.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar rikors biss jekk il-partijiet ikunu ġew imħarrka jew ikunu dehru quddiem il-qorti personalment jew permezz ta’ rappreżentant. Il-qorti tipposponi d-deċiżjoni dwar il-kawża u tordna li parti għandha tiġi mħarrka kull meta hija ssib li l-parti assenti ma tkunx ġiet imħarrka f’konformità mar-rekwiżiti previsti mil-liġi, taħt il-piena ta’ nullità. Il-komunikazzjoni tat-taħrikiet u tad-dokumenti proċedurali kollha għandha ssir ex officio.

Ladarba l-imħallef ikun sab li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legali kollha fir-rigward tar-rikors, huwa jordna, permezz ta’ deċiżjoni, li dan jiġi kkomunikat lill-konvenut, li jiġi infurmat bl-obbligu li jippreżenta difiża, taħt piena, fi żmien ħamsa u għoxrin jum mill-komunikazzjoni tar-rikors. Id-difiża tiġi kkomunikata lill-attur, li jrid jippreżenta risposta għad-difiża fi żmien għaxart ijiem mill-komunikazzjoni u l-konvenut irid jiffamiljarizza ruħu mar-risposta għad-difiża billi jaċċessa l-fajl tal-kawża. Fi żmien tlett ijiem mid-data tal-preżentazzjoni tar-risposta għad-difiża, l-imħallef jistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, l-ewwel seduta ta’ smigħ, li trid issir fi żmien massimu ta’ sittin jum mid-data tad-deċiżjoni tal-qorti, u jordna li l-partijiet jiġu mħarrka. Jekk il-konvenut ma jkun ippreżenta ebda difiża fit-terminu legali jew l-attur ma jkunx ipprovda risposta għad-difiża fit-terminu legali, malli jiskadi l-perjodu xieraq, l-imħallef jistabbilixxi, permezz ta’ deċiżjoni, l-ewwel seduta ta’ smigħ, li trid issir fi żmien massimu ta’ sittin jum mid-data tad-deċiżjoni, u jordna li l-partijiet jiġu mħarrka. Fi proċedimenti urġenti, il-perjodi msemmija hawn fuq jistgħu jitqassru mill-imħallef, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Jekk il-konvenut ikun jirrisjedi barra l-pajjiż, l-imħallef jordna żmien raġonevoli itwal, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ.

Il-parti li tkun iddepożitat ir-rikors u rrikonoxxiet id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-parti li tkun dehret f’seduta ta’ smigħ ma tiġix imħarrka matul il-proċedimenti kollha quddiem dik il-qorti, minħabba li l-parti inkwistjoni titqies li taf bid-dati tas-seduta ta’ smigħ sussegwenti. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-parti li tkun ġiet innotifikata bit-taħrika għal seduta ta’ smigħ minħabba li, f’dan il-każ, il-parti inkwistjoni titqies li taf bid-dati tas-seduta ta’ smigħ ta' wara dik li ġiet innotifikata biha bit-taħrika. It-taħrika ssemmi wkoll li, minbarra n-notifika tat-taħrika, soġġetta għal firma li tirrikonoxxi li waslet, il-parti mħarrka titqies li taf ukoll bid-dati tas-seduta ta’ smigħ ta' wara dik li ġiet innotifikata biha bit-taħrika.

Fl-ewwel seduta ta’ smigħ li l-partijiet ikunu ġew debitament imħarrka għaliha, l-imħallef, wara li jisma’ lill-partijiet, irid jistma l-perjodu meħtieġ ta’ inkjesta, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, sabiex b’hekk tkun tista’ tingħata deċiżjoni fi żmien ottimali u prevedibbli.

L-aħħar aġġornament: 30/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Kif tipproċedi? - Slovenja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aktar faċli li tinsab soluzzjoni għal tilwima permezz ta' proċedura alternattiva ta' soluzzjoni għat-tilwim. Metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) jippermettu li tinstab soluzzjoni għal tilwima mingħajr il-ħtieġa ta' qorti, jew tal-inqas mingħajr deċiżjoni tal-qorti dwar il-mertu tal-kawża. It-tipi ewlenin ta' ADR użati fis-Slovenja jinkludu l-arbitraġġ, il-medjazzjoni u l-kawżi quddiem il-qorti f'sens usa' maħsuba biex iwasslu għal ftehim bil-qorti. L-Att dwar Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov) jobbliga lill-qrati tal-ewwel u t-tieni istanza biex iħallu lill-partijiet b'tilwima ġejja minn relazzjonijiet kummerċjali, marbuta max-xogħol, tal-familja u relazzjonijiet ċivili oħra biex jużaw it-tekniki tal-ADR biex jadottaw u jeżegwixxu programm ta' ADR. Skont dan il-programm, il-qrati għandhom l-obbligu jippermettu lill-partijiet jużaw il-medjazzjoni, u possibilment forom oħra ta' ADR ukoll.

Il-medjazzjoni hija s-soluzzjoni ta' tilwima bl-għajnuna ta' parti terza newtrali, li ma tistax tagħti deċiżjoni vinkolanti. Il-partijiet jistgħu jaqblu li jikkonkludu ftehim ta' soluzzjoni ta' tilwima f'forma ta' att nutarili direttament infurzabbli, ftehim quddiem il-qorti jew deċiżjoni ta' arbitraġġ ibbażata fuq ftehim.

Il-partijiet jistgħu, f'kull ħin matul il-proċedimenti f'qorti ċivili, jikkonkludu ftehim fuq il-kwistjoni tat-tilwima (ftehim bil-qorti). Il-ftehim bil-qorti jikkostitwixxi titolu eżekuttiv.

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim".

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Il-preskrizzjoni biex tinfetaħ kawża tiddependi fuq in-natura tal-każ. Il-pariri ta' avukat jew ta' avukat tal-għajnuna legali jista' jiċċara d-domandi dwar il-preskrizzjoni u limiti oħra ta' żmien. Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Preskrizzjoni Proċedurali".

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab fit-taqsima "Il-Ġuriżdizzjoni tal-qrati".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Il-partijiet jistgħu jidhru quddiem il-qorti mingħajr bżonn ta' avukat fis-Slovenja, ħlief fi proċeduri li jinvolvu rimedji legali straordinarji, fejn jistgħu jieħdu passi legali biss permezz ta' intermedjarju li jkun avukat, jew jekk il-parti jew ir-rappreżentant legali tiegħu jkun għadda mill-eżami tal-warrant. Jekk il-parti tkun tixtieq avukat, l-intermedjarju jista' jkun, fi proċedimenti quddiem qorti lokali, kull persuna li għandha kapaċità ġuridika sħiħa, filwaqt li quddiem qorti distrettwali jew superjuri jew quddiem il-Qorti Suprema, avukat jew persuna li tkun għaddiet mill-eżami tal-warrant biss tista' tidher għall-parti.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Il-kawża tista' tiġi ppreżentata quddiem il-qorti kompetenti bil-posta jew mibgħuta direttament lir-reġistru tagħha. Ara wkoll it-tweġiba Nru 8.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwa uffiċjali tal-qorti fis-Slovenja huwa s-Sloven. Madankollu, f'żoni fejn hemm minorità etnika Ungeriża jew Taljana, l-Ungeriż jew it-Taljan jiġu meqjusa wkoll bħala lingwa uffiċjali ta' mpar is-Sloven. L-att tal-kawża jrid isir bis-Sloven u ffirmat mir-rikorrent innifsu. Il-firma oriġinali tar-rikorrent tfisser firma bil-miktub kif ukoll firma sigura elettronika vverifikata minn ċertifikat ta' kwalità.

Għalhekk, rikors kif ukoll att ta' kawża, jridu jiġu ppreżentati bil-miktub. Rikors bil-miktub huwa rikors miktub jew stampat u ffirmat bil-miktub (rikors f'forma stampata). Rikors bil-miktub jiġi ppreżentat bil-posta, mibgħut direttament lill-korp jew imwassal mill-persuna mqabbda professjonalment biex tippreżenta r-rikorsi (fornitur ta' servizzi professjonali/poslovni ponudnik). Rikors jista' jiġi ppreżentat ukoll bil-faks.

Il-liġi tipprovdi wkoll għar-rikorsi elettroniċi, eżempju rikorsi f'forma elettronika u ffirmati b'firma elettronika sigura vverifikata minn ċertifikat ta' kwalità. Ir-rikorsi elettroniċi jiddaħħlu fis-sistema ta' informazzjoni elettronikament. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal. Il-liġi tippermetti wkoll li rikors bil-miktub jiġi ppreżentat elettronikament jew permezz tal-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni.

Minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi eżistenti (atti u regolamenti ta' implimentazzjoni) marbuta mal-proċeduri ċivili u kummerċjali kollha, attwalment il-proċeduri inklużi fis-sit elettroniku e-Justice(e‑Sodstvo) biss jistgħu jinbdew permezz tal-Internet jew elettronikament: ċerti tipi tal-proċedura ta' infurzar, is-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet u l-għotja ta' deċiżjonijiet fi proċedimenti ta' stralċ, u s-sottomissjoni ta' proposti għar-reġistrazzjoni tal-art.

Is-sit elettroniku e-Justice jeżisti fis-Slovenja għal dan il-għan, u jippermetti li jiġi sottomess materjal bil-miktub elettronikament: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Fis-Slovenja rikors ma hemmx għalfejn jiġi ppreżentat permezz ta' forma speċjali; madankollu jrid ikun fih ċerti elementi rikjesti mil-liġi: referenza għall-qorti, l-ismijiet u r-residenza permanenti jew temporanja tal-partijiet, l-ismijiet tar-rappreżentanti legali jew l-aġenti, talba speċifika li tindika s-suġġett ewlieni tal-kawża u t-talbiet addizzjonali, il-fatti li jsostnu t-talba tar-rikorrent, il-provi li jappoġġaw dawk il-fatti, l-ammont mitlub u l-firma tar-rikorrent. Ir-rikorsi li jridu jiġu nnotifikati lill-parti l-oħra jridu jiġu ppreżentati l-qorti f'numru ta' kopji kif rikjesti mill-qorti u mill-parti l-oħra, u f'forma li teħtieġ il-qorti. Dan japplikaw ukoll għad-dokumenti mehmuża.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu meta tinbeda l-kawża u mal-preżentata tal-kontro talba, proposta għal annullament bonarju, rikors bi proposta għal ħruġ ta' ordni għall-ħlas, mozzjoni għal ritrattazzjoni, mozzjoni sabiex jinġiebu l-provi qabel proċedimenti ċivili, proposta għal soluzzjoni, rikors ta' appell, appell, talba għal reviżjoni, u reviżjoni. It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu mhux aktar tard mill-għeluq taż-żmien stabbilit mill-qorti fl-ordni ta' ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-qorti tista' tiġbed l-attenzjoni tal-partijiet rigward l-ordni dwar il-konsegwenzi fin-nuqqas ta' ħlas tat-tariffi tal-qorti. It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu wkoll għal kull sentenza mogħtija mill-qrati ta' kull istanza.

Jekk it-tariffa tal-qorti għal rikors ma titħallasx qabel jiskadi ż-żmien u ma hemmx kundizzjonijiet li jippermettu l-eżenzjoni minn jew il-posponiment tal-ħlas, jew il-ħlas bin-nifs, ir-rikors jitqies li ġie rtirat. L-ispejjeż tal-proċedimenti tal-qorti jitħallsu mill-parti t-telliefa tal-kawża. L-intermedjarji li huma avukati jitħallsu lura tal-ispejjeż meħtieġa u ħlas għal proċedimenti ġudizzjarji skont l-Att dwar it-Tariffi tal-Avukati (Zakon o odvetniški tarifi). L-ispejjeż tas-servizzi tal-avukati huma l-ammont totali tal-partiti ta' ħlas li għalihom huma intitolati għas-servizzi pprovvduti u l-ispejjeż tagħhom. L-ispejjeż għas-servizzi ta' avukat jridu jitħallsu meta hu/hi jkunu wettqu l-obbligi kollha stabbiliti fil-ftehim ta' mandatarju bejnu/bejnha u l-parti jew il-persuna li għandha bżonn is-servizzi. Fejn l-avukat jagħti s-servizzi tiegħu fi proċedimenti ġudizzjarji, l-ispejjeż ta' dawk is-servizzi jridu jitħallsu meta tingħata deċiżjoni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti. Avukat jista' jitlob il-ħlas bil-quddiem ta' somma xierqa lill-parti qabel it-tmiem tal-proċedimenti għall-ħlas diġa dovut u għall-ispejjeż li ġa saru u li se jkun hemm. Il-parti għandha tingħata rċevuta li turi l-ħlas bil-quddiem li tkun ħallset. Avukat jista' jitlob il-ħlas tad-drittijiet tiegħu u l-ispejjeż biss permezz ta' rċevuta b'lista tas-servizzi maħruġa lill-parti.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-għajnuna legali, li tingħatalhom jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Att dwar l-Għajnuna Legali (Zakon o brezplačni pravni pomoči, ZBPP). Aktar tagħrif dwar dan is-suġġett jinsab taħt it-taqsima "Għajnuna Legali".

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Kawża titqies li nfetħet meta tasal quddiem il-qorti kompetenti. Meta din tintbagħat bil-posta jew b'telegramma, id-data tal-impustar titqies bħala d-data tan-notifika lill-qorti li lilha tkun indirizzata. Ir-rikorrent ma jirċevix konferma awtomatika li r-rikors wasal. Jekk ir-rikors jasal fil-kaxxa postali tal-qorti, il-ħin li fih jasal fil-kaxxa postali jitqies bħala l-ħin ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat.

L-Att dwar ir-Rikorsi Elettroniċi (Zakon za vloge v elektronski obliki) jistabbilixxi li r-rikorsi elettroniċi jidħlu fis-sistema ta' informazzjoni elettronikament. F'dan il-każ, il-ħin li fih daħal fis-sistema ta' informazzjoni jitqies bħala l-mument ta' notifika lill-qorti li lilha huwa indirizzat. Is-sistema ta' informazzjoni tavża awtomatikament lir-rikorrent li r-rikors wasal.

Irridu ngħidu li, minkejja d-dispożizzjonijiet ġuridiċi fis-seħħ, mhux attwalment possibbli li tinfetaħ kawża elettronikament f'kawżi ċivili u kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta' proċedimenti li jinvolvu r-reġistru tal-artijiet, l-istralċ u l-infurzar.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Meta l-avvenimenti huma marbuta ma termini ta' żmien preklużivi, il-qorti twissi lill-parti bil-miktub u tehmeż ukoll avviż li jispjega l-konsegwenzi jekk il-parti tonqos milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-qorti.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 16/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Slovakkja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Għal tweġiba għal din il-mistoqsija, ara wkoll it-taqsima: “Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim – Is-Slovakkja”

Mhux it-tilwimiet kollha neċessarjament iridu jiġu indirizzati fil-qorti. Il-partijiet għandhom l-ewwel jipprovaw jilħqu ftehim bonarju u jsibu kompromess aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Alternattiva oħra hija li tilwima tissolva permezz ta’ medjazzjoni. Medjazzjoni hija attività barra l-qorti fejn il-persuni involuti fil-medjazzjoni jsolvu t-tilwima tagħhom, li tirriżulta mir-relazzjoni kuntrattwali tagħhom jew minn relazzjoni legali oħra, bl-assistenza ta’ medjatur. Huwa rrakkomandat li l-partijiet jirrikorru għal qorti biss ladarba jkunu eżawrew il-metodi alternattivi kollha ta’ soluzzjoni tat-tilwim, jew fil-każijiet meta l-objettiv ikun li tinkiseb definizzjoni preċiża tal-pożizzjoni tal-partijiet, tad-drittijiet tagħhom u tar-responsabbiltà reċiproka.

F’ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-Att dwar l-Arbitraġġ (zákon o rozhodcovskom konaní), kif emendat, tribunal tal-arbitraġġ jista’ jiddeċiedi f’kawżi li jappartjenu għal:

a) soluzzjoni ta’ tilwimiet fuq proprjetà li jirriżultaw minn relazzjonijiet ċivili u kummerċjali domestiċi u internazzjonali, jekk il-post tal-arbitraġġ ikun fir-Repubblika Slovakka;

b) rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ domestiċi u barranin fir-Repubblika Slovakka.

Jekk it-tip ta’ tilwima soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jkun wieħed li l-Att dwar l-Arbitraġġ ma jeskludix mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jaqblu, fil-qorti jew barra l-qorti, li jipproċedu b’arbitraġġ. Dan il-ftehim irid jinkludi ftehim ta’ arbitraġġ. Ftehim ta’ dik ix-xorta mogħti lil qorti għandu l-effett ta’ rtirar tal-pretensjoni u tal-kunsens tal-konvenut għal dak l-irtirar, skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili (Civilný sporový poriadok, KPKĊ).

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, dritt jiġi preskritt jekk ma jkunx ġie eżerċitat fil-perjodu stabbilit mil-liġi. It-termini għall-preżentata ta’ pretensjoni jvarjaw skont il-każ.

Il-perjodi ta’ limitazzjoni statutorji huma stabbiliti mil-liġi. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ tliet snin, li jibda jiddekorri mill-mument meta jkun jista’ jiġi eżerċitat għall-ewwel darba d-dritt.

Il-qorti tagħti attenzjoni biss lil dak id-dritt li jkun ġie preskritt skont il-liġi fuq suġġeriment tad-debitur. Jekk id-debitur joġġezzjona li d-dritt jiġi preskritt skont il-liġi, id-dritt preskritt skont il-liġi ma jkunx jista’ jingħata lill-kreditur.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

L-awtorità tal-qrati li jiddeliberaw fuq materja partikolari hija stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea – regolamenti, konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali internazzjonali u, fin-nuqqas tagħhom, leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-konflitt tal-liġijiet.

Ir-regoli li jirregolaw l-awtorità tal-qrati Slovakki huma stabbiliti, fil-livell nazzjonali, mill-Att Nru 97/1963, dwar id-dritt proċedurali u privat internazzjonali (Zákon č. 97/1963 Zb. o medzinárodnom práve súkromnom a procesnom). Ir-regola fundamentali tgħid li l-qrati Slovakki jkollhom ġuriżdizzjoni jekk il-persuna li sottomissjoni (pretensjoni) tiġi indirizzata kontriha jkollha r-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tagħha fir-Repubblika Slovakka, jew, fil-każ tad-drittijiet ta’ proprjetà, jekk hija jkollha proprjetà fil-pajjiż. Dispożizzjonijiet oħrajn jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li il-qrati Slovakki għandhom ġuriżdizzjoni soġġetti għalihom. Fir-relazzjonijiet kuntrattwali, il-partijiet jistgħu jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni permezz ta’ ftehim. F’ċerti każijiet, il-qrati Slovakki jkollhom ġuriżdizzjoni esklużiva, pereżempju, fi proċedimenti relatati ma’ drittijiet in rem fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, il-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli li tinsab fir-Repubblika Slovakka, jew fi proċedimenti relatati mar-reġistrazzjoni jew il-validità ta’ privattivi, trademarks, disinji u drittijiet oħrajn.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, hija l-qorti ordinarja tal-parti li l-pretensjoni hija indirizzata kontriha (il-konvenut) li għandha l-ġuriżdizzjoni sabiex tisma’ l-kawża, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor. Il-qorti ordinarja għal individwu (ċittadin) hija l-qorti li dak iċ-ċittadin ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha u, jekk huwa ma jkollux residenza, tkun tad-distrett fejn jgħix; il-qorti ordinarja għal entità ġuridika hija l-qorti li l-entità ġuridika jkollha s-sede rreġistrata tagħha fid-distrett tagħha u, fil-każ ta’ entità ġuridika barranija, il-qorti li l-unità organizzattiva tal-entità tinsab fid-distrett tagħha. Il-qorti ordinarja għall-Istat hija l-qorti li iċ-ċirkostanza li wasslet sabiex jintalab id-dritt seħħet fid-distrett tagħha. Il-qorti ordinarja f’materji kummerċjali hija l-qorti li l-konvenut ikollu s-sede rreġistrata tiegħu fid-distrett tagħha u, jekk huwa ma jkollu ebda sede rreġistrata, il-qorti li huwa jkun involut f’attivitajiet ta’ negozju fid-distrett tagħha. Jekk il-konvenut ma jkollu ebda post tan-negozju, il-qorti ordinarja tiegħu tkun il-qorti li l-konvenut ikollu r-residenza tiegħu fid-distrett tagħha.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara t-taqsima: “F’liema qorti nista’ nressaq pretensjoni? - Is-Slovakkja

Ir-regola fundamentali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni sostantiva hija stabbilita fl-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili. Bħala regola, fil-prim’istanza, hija qorti distrettwali (okresný súd) li għandha l-ġuriżdizzjoni. Qorti reġjonali (krajský súd) tiddeċiedi biss bħala qorti tal-prim’istanza f’kawżi speċifiċi, pereżempju, f’tilwimiet li jappartjenu lil pajjiż terz jew lil persuni li jgawdu immunità diplomatika u prerogattivi, jekk it-tilwimiet jaqgħu taħt l-awtorità tal-qrati tar-Repubblika Slovakka. L-Att Nru 371/2004, dwar is-sede u d-distretti tal-qrati fir-Repubblika Slovakka (Zákon č. 371/2004 Z. z. o sídlach a obvodoch súdov Slovenskej republiky) jirregola l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tar-reġistru, tal-qrati tal-falliment u tal-qrati tal-kompożizzjoni, tal-qrati tal-kambjala u taċ-ċekkijiet, tal-qrati li jiddeċiedu dwar kawżi relatati mal-protezzjoni ta’ oġġetti ta’ protezzjoni industrijali u l-protezzjoni ta’ kompetizzjoni inġusta, tal-qorti li tisma’ proċedimenti relatati ma’ tranżazzjonijiet fil-borża, tal-qorti responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-kura għall-minuri u tal-qorti responsabbli għall-għajnuna legali f’każijiet ta’ ħtieġa finanzjarja.

L-ammont inkwistjoni ma għandu ebda effett fuq liema qorti fir-Repubblika Slovakka jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi fuq materja partikolari.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja fil-proċeduri ċivili fir-Repubblika Slovakka.

Il-liġi tippermetti r-rappreżentanza minn avukat f’tipi ta’ proċedura magħżula, pereżempju, f’materji ta’ falliment, il-protezzjoni tal-kompetizzjoni, imġiba kompetittiva inġusta, id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u fi proċedimenti ta’ appell straordinarji (l-Artikolu 420 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili).

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili, sottomissjoni tista’ ssir biss bil-miktub, fuq karta jew f’forma elettronika. Sottomissjoni magħmula f’forma elettronika sussegwentement trid tintbagħat f’forma stampata fi żmien 10 ijiem, inkella s-sottomissjoni tiġi injorata. Sottomissjoni magħmula fuq karta trid tiġi ppreżentata fin-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Minħabba li l-partijiet igawdu pożizzjoni ugwali fil-proċedura ġudizzjarja ċivili, mhuwiex meħtieġ li pretensjoni tiġi ppreżentata bil-lingwa Slovakka. Il-partijiet huma intitolati li jaġixxu quddiem qorti bil-lingwa materna tagħhom jew b’lingwa oħra li huma jifhmu. Il-qorti hija obbligata li tiżgura li huma jkollhom opportunitajiet indaqs biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; jiġifieri li jkollhom ukoll traduzzjoni u interpretazzjoni. Sottomissjoni tista’ ssir bil-miktub, fuq karta jew f’forma elettronika.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma hemm ebda formola preskritta għall-preżentata ta’ azzjoni (rikors għall-bidu tal-proċedimenti).

Ir-rekwiżiti ġenerali huma stabbiliti fl-Artikolu 127 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili. It-talba trid tkun iffirmata u tindika b’mod ċar lil liema qorti hija indirizzata, min qiegħed jippreżentaha, għal liema materja tappartjeni u x’qiegħda tfittex. Sottomissjoni trid tiġi ppreżentata bin-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet u appendiċi, b’tali mod li kontroparti waħda tibqa’ fil-qorti u kull parti tirċievi kontroparti waħda u appendiċi, kif meħtieġ. Jekk parti tonqos milli tippreżenta n-numru meħtieġ ta’ kontropartijiet u appendiċi, il-qorti tagħmel kopji tagħhom aspejjeż tal-parti. Jekk tkun involuta kawża li għadha għaddejja, id-dettalji meħtieġa jinkludu n-numru tal-fajl tal-kawża.

Minbarra r-rekwiżiti ġenerali, it-talba għandha tiddikjara l-ismijiet u l-kunjomijiet u, jekk possibbli, anki d-data tat-twelid, in-numru tat-telefon u l-indirizz tar-residenza tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom; informazzjoni dwar il-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħhom; deskrizzjoni ġenwina tal-fatti deċiżivi u indikazzjoni tal-prova li l-attur qed jibbaża fuqha; u tagħmilha ċara x’qiegħed ifittex l-attur. Jekk parti tkun entità ġuridika, it-talba trid tiddikjara l-isem jew l-isem tal-kumpanija, l-uffiċċju rreġistrat u n-numru ta’ identifikazzjoni, jekk ikun ġie assenjat wieħed. Jekk parti tkun entità barranija, trid tiġi mehmuża silta minn reġistru jew xi reġistru ieħor li fih tkun irreġistrata l-entità barranija mal-pretensjoni. Jekk individwu involut f’attivitajiet ta’ negozju jkun parti, it-talba trid tiddikjara l-isem tal-kumpanija, is-sede rreġistrata u n-numru ta’ identifikazzjoni, jekk ikun ġie assenjat wieħed. Jekk l-Istat ikun parti, it-talba trid tiddikjara indikazzjoni tal-Istat u tal-awtorità tal-Istat rilevanti li se tirrappreżenta lill-Istat.

Sabiex il-proċeduri tal-qorti jsiru aktar flessibbli u sabiex tingħata assistenza lill-partijiet fil-proċedimenti, is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) jagħti eżempji (formoli) ta’ talbiet partikolari għall-bidu tal-proċedimenti. Huwa possibbli li tniżżel eżempju u timlieh. Formola tidderieġi b’mod preċiż lill-attur għall-entrati li jridu jimtlew. Formola mimlija tista’ tintbagħat mhux iffirmata jew iffirmata b’firma elettronika ċċertifikata bl-użu ta’ ċertifikat iċċertifikat. Jekk l-attur jibgħat sottomissjoni mingħajr firma elettronika ċċertifikata, huwa obbligat li jissupplimenta din is-sottomissjoni b’sottomissjoni fuq karta.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Il-preżentata ta’ talba hija soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-qorti. Tariffa tal-qorti trid titħallas mill-parti li tippreżenta t-talba (l-attur/ir-rikorrent), sakemm l-obbligu tiegħu li jħallas it-tariffa tal-qorti ma jkunx ġie rrinunzjat fuq talba tiegħu jew jekk huwa jkun eżentat mill-ħlas tagħhom bil-liġi. L-ammont tat-tariffa huwa stabbilit mill-iskeda tat-tariffi tal-qorti, li tikkostitwixxi anness għall-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u tariffa għal silta mir-reġistru kriminali (Zákon č. 71/1992 Zb. o súdnych poplatkoch a poplatku za výpis z registra trestov). L-ammont tat-tariffa jiġi ddikjarat fl-iskeda tat-tariffi, bħala perċentwal minn bażi ta’ tariffi, jew bħala somma fissa. Għandha titħallas tariffa tal-qorti mal-preżentata ta’ pretensjoni. Jekk tariffa pagabbli ma tkunx tħallset mal-preżentazzjoni ta’ rikors għall-bidu tal-proċedimenti, il-qorti titlob lil min għandu jħallas sabiex iħallas it-tariffa sa data ta’ skadenza stabbilita mill-qorti, ġeneralment għaxart ijiem min-notifika tat-talba; jekk, minkejja t-talba, it-tariffa tibqa’ ma titħallasx fit-terminu stabbilit, il-qorti tissospendi l-proċedimenti. Min iħallas irid jiġi infurmat fit-talba dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa.

Ir-rappreżentanza minn avukat mhijiex obbligatorja fil-proċeduri ċivili fir-Repubblika Slovakka.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Ara t-taqsima: “Għajnuna Legali – Is-Slovakkja”.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Azzjoni titqies bħala li tressqet dakinhar li tiġi ppreżentata fil-qorti. Il-qorti tipprovdi konferma lill-attur li l-azzjoni tiegħu tressqet u ġiet irreġistrata fir-reġistru tal-qorti.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Qorti titlob lill-parti sabiex tissupplimenta jew tikkoreġi sottomissjoni skorretta, inkompleta jew inkomprensibbli f’terminu li jiġi stabbilit mill-qorti, iżda li ma jridx ikun iqsar minn għaxart ijiem. Sottomissjonijiet oħrajn li l-kontenut tagħhom ma jipprovdix id-dettalji meħtieġa għal azzjoni għall-bidu tal-proċedimenti, jekk ma jiġux ikkoreġuti jew supplimentati kif xieraq, jiġu injorati mill-qorti.

Il-partijiet u r-rappreżentanti tagħhom għandhom id-dritt li jikkonsultaw fajl ta’ kawża fil-qorti u jagħmlu siltiet, kopji u fotokopji tiegħu, jew inkella jistgħu jitolbu lill-qorti tagħmel fotokopji għalihom, a spejjeż tagħhom.

Fit-tħejjija għal seduta ta’ smigħ, il-qorti tinnotifika rikors għall-bidu tal-proċedimenti (azzjoni) lill-intimat (konvenut), flimkien ma’ kontroparti tal-pretensjoni u l-appendiċi tagħha. Din in-notifika ssir personalment u l-partijiet iridu jingħataw struzzjonijiet xierqa. Il-qorti tibgħat id-dikjarazzjoni tal-intimat lill-pretendent mingħajr dewmien. Jekk tkun meħtieġa min-natura tal-materja jew miċ-ċirkostanzi tal-każ, qorti tista’ tobbliga lill-intimat, permezz ta’ riżoluzzjoni, sabiex jipprovdi d-dikjarazzjoni bil-miktub tiegħu dwar il-materja u, f’każ li ma jaqbilx kompletament mal-pretensjoni, jiddikjara fid-dikjarazzjoni tal-fatti tiegħu dawk il-fatti li huma deċiżivi għad-difiża tiegħu, jehmeż id-dokumenti li qed jappella kontrihom u jidentifika l-prova sabiex jiddokumenta l-pretensjonijiet tiegħu. Il-qorti tistabbilixxi terminu għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni.

Sakemm il-Kodiċi tal-Proċedura Kontenzjuża Ċivili jew regolament speċifiku ieħor ma jistabbilix mod ieħor, qorti tordna seduta ta’ smigħ dwar il-materja inkwistjoni, sabiex tiddelibera dwar il-materja, li hija tħarrek lill-partijiet u lil parteċipanti oħrajn li l-preżenza tagħhom hija meħtieġa għaliha.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Finlandja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Xi drabi, jaf ikun aħjar jekk tirrikorri għal proċedura alternattiva. Ara "Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim".

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

Għal tipi differenti ta' kawżi japplikaw termini preskrittivi differenti. Tista' tikseb aktar informazzjoni dwar it-termini preskrittivi mingħand avukat jew billi tirrikorri għand l-Uffiċċju tal-Għajnuna Legali (oikeusaputoimisto).

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni".

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

Ara "Il-ġuriżdizzjoni – Il-Finlandja".

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi privati biss jistgħu jressqu kawża ċivili quddiem il-qorti mingħajr konsulenza legali. Madankollu, f'kawżi kumplessi, jaf ikun jaqbillek li jkollok l-assistenza ta' avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Ir-reġistri tal-qorti huma l-ewwel punti ta' kuntatt.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Il-lingwi użati fil-proċedimenti fil-qrati Finlandiżi huma l-Finlandiż u l-Isvediż. Il-pretensjonijiet (rikorsi għal ċitazzjonijiet) iridu jsiru bil-miktub u normalment bil-Finlandiż. Fil-Gżejjer Åland, irid jintuża l-Isvediż. Iċ-ċittadini tal-Finlandja, l-Islanda, in-Norveġja, l-Isvezja u d-Danimarka jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jużaw il-lingwa proprja tagħhom. Il-pretensjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta' faks jew bil-posta elettronika. Għal ċerti tipi ta' proċedimenti, hemm ukoll il-possibbiltà li jintuża l-ipproċessar awtomatiku. Ara "L-ipproċessar awtomatiku – Il-Finlandja".

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Ma teżisti l-ebda formola speċjali. Il-pretensjoni tiegħek trid tindika b'mod ċar dak li qed titlob u r-raġunijiet għat-talba. Bħala regola ġenerali, mal-pretensjoni tiegħek għandek tehmeż kwalunkwe kuntratt, dokument relatat ma' xi impenji jew evidenza miktuba oħra li tkun beħsiebek issejjes it-talba tiegħek fuqha.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Meta l-kawża tkun ingħalqet, il-qorti titolbok tħallas tariffa tal-amministrazzjoni. L-ammont ta' din it-tariffa jiddependi mill-istadju tal-proċedimenti li fih tkun inqatgħet is-sentenza. Ċerti kawżi jistgħu jiġu solvuti bis-saħħa tal-evidenza miktuba biss. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, ma tkunx tista' tittieħed deċiżjoni qabel ma jsir is-smigħ. Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/karajaoikeudet/en/index/charges/chargescollectedbycourts.html.

Id-drittijiet tal-avukat u d-data meta għandhom jitħallsu, jiġu stabbiliti f'kuntratt u mhumiex soġġetti għal xi regoli speċifiċi.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali tiddependi mil-livell tal-introjtu tiegħek. L-għajnuna legali ma tingħatax għal kawżi żgħar. Għal aktar informazzjoni, żur il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/oikeusapu/en/index.html.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Id-data li fiha l-qorti tirċievi r-rikors tiegħek għal ċitazzjoni tikkostitwixxi l-bidu tal-proċedimenti. Fuq talba, il-qorti tista' tibgħat konferma tal-irċevuta. Madankollu, il-qorti ma tistax tipprovdi konferma dwar jekk il-kawża ġietx introdotta b'mod adegwat jew le.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Il-qorti tibqa' żżomm lill-partijiet interessati informati bl-andament tal-kawża u tipprovdilhom skeda ta' żmien temporanja għal dak li jkun se jiġri. Huwa wkoll possibbli li tikkuntattja inti stess lill-qorti biex tikseb aktar tagħrif dwar l-andament tal-proċedimenti tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 08/02/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Kif tipproċedi? - Svezja

1 Hemm bżonn li mmur il-qorti jew teżisti alternattiva oħra?

Jista' jkun aħjar li tuża sistemi għas-soluzzjoni alternattiva tat-tilwim, bħall-medjazzjoni.

2 Hemm limitu ta’ żmien biex inressaq każ il-qorti?

F'ċerti każijiet hemm dispożizzjonijiet li jgħidu li l-każ irid jitressaq f'ċertu perjodu ta' żmien, inkella jista jkun tard wisq biex wieħed jitlob għall-ħlas ta' dejn, pereżempju. Il-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża l-qorti tvarja skont it-tip ta' każ inkwistjoni. Il-mistoqsijiet marbuta mal-perjodu ta' żmien sabiex titressaq kawża jista' jweġibhom konsulent legali jew konsulent dwar l-affarijiet tal-konsumatur, pereżempju.

3 Għandi mmur quddiem qorti f’dan l-Istat Membru?

L-informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tinsab hawnhekk.

4 Jekk iva, f’liema qorti partikolari f’dan l-Istat Membru għandi nirrikorri, skont fejn ngħix jien u fejn tgħix il-parti l-oħra, jew skont elementi oħrajn tal-każ tiegħi?

Fejn tgħix int, fejn tgħix il-parti l-oħra, u fatturi oħra jistgħu jkunu importanti fejn se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

5 Għal liema qorti partikolari għandi nirrikorri f’dan l-Istat Membru, skont in-natura tal-każ tiegħi u l-ammont mitlub?

In-natura tal-każ, l-ammont kontestat u ċirkostanzi oħra jistgħu jkunu importanti fid-determinazzjoni tat-tip ta' qorti li quddiemha se titressaq il-kawża. Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

6 Nista’ nressaq il-każ waħdi jew għandi bżonn intermedjarju, bħal pereżempju avukat?

L-individwi jistgħu jiftħu kawża l-qorti b'inizjattiva tagħhom stess. Għalhekk mhemmx bżonn ta' rappreżentant jew ta' avukat fl-Isvezja. Mhemmx monopolju tal-avukati fis-sens li r-rappreżentant legali jew il-konsulent irid ikun bilfors avukat.

Fil-qosor, persuna tista' tiftaħ kawża waħedha, mingħajr ma tqabbad avukat.

7 Biex nibda l-każ, fejn irrid inressqu eżatt: fl-uffiċċju tal-informazzjoni, fl-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew quddiem xi amministrazzjoni oħra?

Irid jitressaq rikors quddiem il-qorti. Dan jista' jiġi ppreżentat fir-reġistru tal-qorti, impustat fil-kaxxa tal-ittri jew fil-kaxxa tal-posta, mogħti lill-uffiċjali tal-qorti, jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

8 B’liema lingwa nista’ nagħmel ir-rikors tiegħi?  Nista’ nippreżentah bil-fomm jew jeħtieġ li jsir bil-miktub? Nista’ nibgħat ir-rikors bil-feks jew bil-posta elettronika?

Fl-Isvezja, il-lingwa tal-qorti hija l-Isvediż. Rikors għalhekk irid ikun miktub bl-Isvediż. Jekk id-dokument ġie ppreżentat f'lingwa oħra, madankollu, f'ċerti każijiet il-qorti tista' tordna l-parti biex iġġib traduzzjoni tiegħu. F'ċerti każijiet eċċezzjonali, il-qorti tista' tittraduċi d-dokumenti hija stess.

Rikors irid jiġi ppreżentat bil-miktub u ffirmat personalment. Jekk ir-rikors ma jiġix iffirmat personalment iżda jiġi ppreżentat bil-faks jew posta elettronika, pereżempju, l-qorti trid titlob il-konferma tar-rikors permezz ta' dokument oriġinali ffirmat. Jekk din il-konferma ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

9 Jeżistu formoli partikolari biex fuqhom tiftaħ kawża, jew jekk m'hemmx, kif għandi nippreżenta l-każ tiegħi?  Hemm xi elementi li bilfors għandhom jiġi inklużi fil-fajl?

Mhemmx rekwiżit li jgħid li jridu jintużaw formoli speċjali biex tinfetaħ kawża. Hemm formola għar-rikors għall-kawżi ċivili li tista' tintuża irrispettivament mill-ammont involut fit-tilwima inkwistjoni. Il-formola hija disponibbli mis-sit elettroniku tal-Amministrazzjonit tal-Qrati Nazzjonali Svediżi bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIsvediż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Rikors irid ikun fih informazzjoni dwar il-partijiet, it-talbiet, il-bażi għat-talbiet, informazzjoni dwar il-provi li qed jintużaw u x'se turi kull biċċa prova, u informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi li jagħtu ġuriżdizzjoni lill-qorti biex tisma' l-kawża.

Il-provi bil-miktub li fuqhom hija bbażata l-kawża jridu jiġu ppreżentati flimkien mar-rikors.

Jekk ir-rikors ma jkunx komplut, il-qorti trid titlob informazzjoni addizzjonali. Jekk din l-informazzjoni addizzjonali ma tasalx, ir-rikors jiġi miċħud.

10 Huwa meħtieġ li nħallas xi tariffi tal-qorti? Jekk iva, meta? Ikun jeħtieġ li nħallas avukat mal-preżentata tar-rikors?

Ir-rikorrent irid iħallas tariffa għar-rikors fil-kawżi ċivili. It-tariffa titħallas lill-qorti distrettwali ("tingsrätt") meta jiġi ppreżentat ir-rikors. It-tariffa hija ta' SEK 450 (madwar EUR 50). Jekk it-tariffa ma titħallasx, il-qorti tibgħat ordni lir-rikorrent biex iwettaq l-obbligu ta' ħlas. Jekk minkejja dan il-ħlas ma jsirx, ir-rkors jiġi miċħud.

Il-mistoqsijiet dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-avukati huma kwistjoni li trid tiġi miftiehma bejn il-klijent u l-avukat. Din hija użanza kemm għal talbiet ta' ħlas bil-quddiem u minħabba fatturi sussegwenti għax-xogħol li diġa sar. Hemm regoli speċjali għall-każijiet fejn tingħata l-għajnuna legali.

11 Nista' nitlob għajnuna legali?

Tista' ssib aktar informazzjoni hawnhekk.

12 It-talba tiegħi minn liema mument titqies li nftetħet b'mod uffiċjali? Nirċievi konferma mingħand l-awtoritajiet dwar jekk il-każ tiegħi ġiex ippreżentat korrettement jew le?

Fl-Isvezja, każ jitqies li tressaq fid-data meta r-rikors jasal quddiem il-qorti. Ir-rikors jitqies li wasal quddiem il-qorti fid-data meta d-dokumenti jew in-notifika ta' oġġett tal-posta mħallas li fiha d-dokumenti tasal quddiem il-qorti jew għand uffiċjal debitament awtorizzat.

Jekk jista' jiġi meqjus li d-dokumenti, jew in-notifika tagħhom, ġew ippreżentanti lir-reġistru tal-qorti jew isseparati għall-qorti fl-uffiċċju tal-posta f'ċerta data, huma jitqiesu li waslu f'dik id-data jekk jaslu għand uffiċjal debitament awtorizzat fil-ġurnata tax-xogħol li jmiss.

L-ebda konferma ma toħroġ awtomatikament li tgħid li l-każ jitqies li tressaq korrettament. Informazzjoni dwar dan, madankollu, tista' tinkiseb permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

13 Ningħata informazzjoni preċiża dwar iż-żmien li fih ikunu ser isiru s-seduti sussegwenti (bħaż-żmien disponibbli għalija biex nidher)?

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Svediż tal-Proċedura Ġudizzjarja ("rättegångsbalken") il-qorti trid tħejji skeda biex tibda tittratta l-każ malajr kemm jista' jkun. Jista' jkun hemm, madankollu, xi każijiet fejn mhemmx bżonn titlesta skeda. F'bosta każijiet, ftit hemm bażi biex titlesta skeda sakemm ma tasal ir-risposta tal-konvenut.

Dejjem tista' tinkiseb informazzjoni dwar it-trattament tal-kawża permezz ta' kuntatt mal-qorti, pereżempju bit-telefown.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Justitiedepartementet)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali tal-Isvezja (Domstolsverket)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Nazzjonali Svediż dwar it-Taxxa (Riksskatteverket)

L-aħħar aġġornament: 17/11/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.