

Le, mhux bilfors dejjem trid tmur il-qorti biex issolvi t-tilwima tiegħek. F’xi każijiet, ikun perfettament possibbli li tagħmel użu minn forom alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, bħall-medjazzjoni u l-arbitraġġ.
Iva, spiss ikun hemm, iżda t-termini għall-ftuħ ta’ kawża l-qorti jvarjaw minn kawża għall-oħra u mhuwiex possibbli li tingħata tweġiba f’termini ġenerali. Għall-mistoqsijiet, l-aħjar li tikkuntattja avukat jew il-Kunsill għall-Assistenza Ġuridika (Juridisch loket).
Bħala regola bażika, il-konvenut jitħarrek mill-qorti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu.
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, il-kawża tiegħek trid titressaq quddiem il-qorti distrettwali fil-post tar-residenza tal-konvenut. Jekk il-post tar-residenza tal-konvenut fin-Netherlands ma jkunx magħruf, il-ġuriżdizzjoni tista’ tkun ukoll tal-qorti fil-post fejn din il-persuna tkun qed toqgħod effettivament. Għalhekk, trid issib f’liema indirizz u f’liema muniċipalità Netherlandiża qed jgħix il-konvenut. Jekk dak ikun magħruf, tista’ tikkonsulta l-Att dwar il-Klassifikazzjoni Ġudizzjarja (Wet op de rechterlijke indeling) biex issir taf f’liema distrett ġudizzjarju jinsab il-post tar-residenza jew tas-soġġorn. Abbażi ta’ dan, huwa possibbli li tiddetermina l-qorti distrettwali li trid tiġi ppreżentata l-kawża lilha.
Għat-tweġiba għal din il-mistoqsija, ara l-mistoqsija preċedenti. Għal aktar informazzjoni biex tiddetermina f’liema qorti għandek tiftaħ il-kawża tiegħek, nirreferuk għas-sit web De Rechtspraak, li jispjega s-sistema ġudizzjarja Netherlandiża.
Fin-Netherlands, il-prinċipju legali huwa li l-partijiet iridu jkunu rrappreżentati minn avukat fil-kawżi ċivili u kummerċjali. F’dan ir-rigward, ma tagħmel ebda differenza jekk il-kwistjoni tkunx tinvolvi proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, proċedimenti mibdija b’rikors jew proċedimenti sommarji, proċedura għal mandat ta’ inibizzjoni interim jew, pereżempju, proċedimenti f’kontumaċja.
Tapplika eċċezzjoni biss għal pretensjonijiet li jammontaw sa massimu ta’ €25,000 jew għal pretensjonijiet ta’ valur indeterminat, iżda fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li l-valur li jirrappreżentaw ma jaqbiżx il-€25,000. F’dawn il-kawżi, hija l-qorti subdistrettwali (kantonrechter) li għandha l-ġuriżdizzjoni u l-partijiet jistgħu jaġixxu għan-nom tagħhom stess fil-proċedimenti. F’dak il-każ ma tkunx obbligat tqabbad avukat. Il-qorti subdistrettwali tittratta wkoll il-kawżi relatati mal-liġi industrijali, mal-lokazzjonijiet, mal-bejgħ lill-konsumaturi u mal-kreditu għall-konsumatur. F’dawn il-każijiet il-valur monetarju tal-pretensjoni huwa irrilevanti. Kwistjonijiet oħra ttrattati mill-qorti subdistrettwali jinkludu l-amministrazzjoni, it-tutela, il-kurazija u r-rinunzja jew l-aċċettazzjoni ta’ wirt.
Għal aktar informazzjoni dwar jekk intix obbligat tqabbad avukat jew le, agħfas hawn.
Id-dokumenti bil-miktub li bihom jistgħu jinbdew il-proċedimenti jridu jiġu indirizzati lill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Jeħtieġ li hawnhekk wieħed iżomm f’moħħu d-differenza bejn il-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat u l-proċedimenti mibdija b’rikors. Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, ir-rikors ġuramentat l-ewwel jiġi nnotifikat lill-konvenut u mbagħad jiġi rreġistrat fl-uffiċċju tal-iskrivan. Iż-żewġ azzjonijiet iridu jitwettqu minn uffiċjal ġudizzjarju. Wara dan, il-proċedimenti jitmexxew permezz tal-lista ta’ kawżi (lista ta’ kawżi li jinstemgħu matul is-sessjoni). Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, ir-rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti. Ara wkoll “In-notifika tad-dokumenti”.
Fin-Netherlands, l-Olandiż huwa l-lingwa uffiċjali tal-proċeduri tal-qorti. Dan ifisser li r-rikors ġuramentat jew ir-rikors (bil-miktub) li jibda l-proċedimenti jrid jitfassal bl-Olandiż. Bħala eċċezzjoni, id-dokumenti proċedurali f’kawża pendenti quddiem qorti stabbilita fil-provinċja ta’ Friesland jistgħu jitfasslu bil-lingwa ta’ Friesland.
Id-dokumenti jistgħu jiġu ddepożitati wkoll mal-uffiċċju tal-iskrivan ta’ qorti b’faks. Id-dokumenti mibgħuta b’faks li jaslu fl-uffiċċju tal-iskrivan qabel 24:00 tal-aħħar jum jitqiesu bħala li ġew ippreżentati fil-ħin. Hemm eċċezzjoni għal dan: ir-rikorsi fil-kawżi tal-familja ma jiġux aċċettati jekk ikunu ntbagħtu b’fax. Id-dokumenti ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz tal-posta elettronika.
Proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat
Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, ir-rikors ġuramentat l-ewwel jiġi nnotifikat lill-konvenut u mbagħad jiġi rreġistrat fl-uffiċċju tal-iskrivan. It-taħrika trid tinkludi: l-isem tal-pretendent, x’inhi l-pretensjoni, l-isem tal-konvenut, ir-raġunijiet għall-pretensjoni u d-dokumenti li jissostanzjaw ippreżentati mill-pretendent b’sostenn għall-pretensjoni. It-taħrika tiddikjara wkoll id-data tas-seduta ta’ smigħ u l-qorti li fiha se tinstema’ l-kawża.
L-atti jrid ikun fihom id-dokumenti li ġejjin:
Proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors
Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, ir-rikors jiġi ppreżentat direttament lill-uffiċċju tal-iskrivan u l-bqija tal-proċedimenti jitmexxew ukoll mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti kompetenti.
Il-fajl irid ikun fih id-dokumenti li ġejjin:
Kwalunkwe parti li tinvoka kwalunkwe dokument fir-rikors ġuramentat, dikjarazzjoni bil-miktub jew nota ta’ informazzjoni hija mitluba li tehmeż kopja ta’ dak id-dokument.
Iridu jitħallsu t-tariffi tal-qorti meta titressaq azzjoni fil-qorti. L-ammont tagħhom jiddependi mit-tip ta’ tilwima u mill-ammont involut. Fil-prattika, l-avukat tiegħek iħallas dan l-ammont bil-quddiem u mbagħad iżommlok tiegħu aktar tard. Jekk matul il-proċedimenti jkun meħtieġ li jissejjaħ espert (pereżempju, awditur, espert mediku jew espert tekniku), fl-aħħar mill-aħħar, il-qorti titlob li l-ispejjeż jitħallsu mill-parti telliefa, sakemm ma tiddeċidix mod ieħor (pereżempju, fil-kawżi tal-familja, fejn l-ispejjeż ġeneralment jitħallsu mill-parti li tkun ġarrbithom). L-istess japplika wkoll għall-ispejjeż tax-xhieda jew ta’ forom oħrajn ta’ evidenza.
L-avukati jitolbu onorarju għax-xogħol tagħhom li jkun ibbażat fuq rata fis-siegħa sakemm ma jkunx hemm intitolament għal għajnuna legali ssussidjata (ara wkoll il-mistoqsija 11). Fil-prinċipju, l-onorarji tal-avukati fin-Netherlands mhumiex fissi. Huwa rrakkomandat li tinkiseb informazzjoni dwar is-suġġett fi żmien xieraq mingħand l-avukat li jirrappreżentak jew mill-Kamra tal-Avukati Netherlandiża (Nederlandse Orde van Advocaten). Il-biċċa l-kbira tal-avukati jitolbu ħlas parzjali bil-quddiem u sussegwentement jitolbu l-ħlas għas-servizzi tagħhom matul il-proċedimenti, u jibagħtu fattura finali fl-aħħar.
Fin-Netherlands teżisti l-possibbiltà ta’ għajnuna legali ssussidjata. F’xi każijiet tista’ tikseb kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ pariri legali u assistenza fil-proċedimenti. Jekk ma tistax taffordja l-ispejjeż kollha ta’ avukat tista’, f’ċerti ċirkostanzi, tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-għajnuna legali. Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) imbagħad iħallas parti mill-ispejjeż tal-avukat, u inti tħallas biss kontribuzzjoni li tiftaħ għaliha ddeterminata minn test tal-mezzi. Ir-rikors jiġi ppreżentat mill-avukat lill-Bord tal-Għajnuna Legali. Aktar informazzjoni dwar l-għajnuna legali tinstab fis-sit web tal-Bord tal-Għajnuna Legali.
Fil-proċedimenti mibdija b’rikors ġuramentat, il-kawża tkun pendenti mid-data tat-taħrika u tiġi nnotifikata lill-konvenut mill-marixxall tal-qorti. Ir-rikors ġuramentat irid jiġi ppreżentat mill-attur lill-uffiċċju tal-iskrivan sa sal-aħħar jum tal-ftuħ tal-uffiċċju tal-iskrivan qabel id-data tal-lista ta’ kawżi stipulata fit-taħrika (id-data skedata għas-seduta ta’ smigħ). Jekk ir-rikors ġuramentat ma jiġix ippreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan sal-iskadenza, il-kawża titħassar mil-lista, sakemm ma jiġix ippreżentat rikors ġuramentat validu li jissostitwih fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-lista tal-kawżi indikata fit-taħrika.
Fil-proċedimenti mibdija b’rikors, il-kawża tkun pendenti meta r-rikors ikun ġie ppreżentat lill-uffiċċju tal-iskrivan.
B’mod ġenerali, ma tintbagħat ebda konferma li kawża tkun ġiet ippreżentata b’mod validu. F’kawżi mibdija b’rikors ġuramentat, jekk ir-rikors ġuramentat ikun nieqes minn xi ħaġa, f’xi każijiet, l-attur jingħata l-opportunità li jirrimedja dak in-nuqqas. L-istess japplika fil-każ ta’ proċedimenti mibdija permezz ta’ rikors. Madankollu, l-uffiċċju tal-iskrivan mhuwiex obbligat li joffri din l-opportunità.
L-informazzjoni preċiża dwar l-iskeda għall-proċedimenti ma tistax tingħata immedjatament mill-uffiċċju tal-iskrivan tal-qorti jew meta tinfetaħ il-kawża. Naturalment, tiġi nnotifikat dwar meta finalment tkun se tinstema’ l-kawża tiegħek. Iż-żewġ partijiet jirċievu stedina biex jattendu s-seduta ta’ smigħ f’ħin u f’post partikolari.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.